EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0046(01)

2013/796/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 6 ta’ Diċembru 2013 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2014 (BĊE/2013/46)

OJ L 349, 21.12.2013, p. 109–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/11/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/796/oj

21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/109


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Diċembru 2013

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2014

(BĊE/2013/46)

(2013/796/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) u l-Artikolu 140(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

Is-17-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Latvja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2014, flimkien ma’ noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2014

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2014 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Il-ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2014

Il-Belġju

24,925

Il-Ġermanja

655

L-Estonja

11,14

L-Irlanda

48,96

Il-Greċja

6,856

Spanja

201,24

Franza

267

L-Italja

58,36

Ċipru

5,1

Il-Lussemburgu

45

Malta

10,04

Il-Pajjiżi l-Baxxi

97,5

Il-Latvja

80,91

L-Awstrija

247

Il-Portugall

20,4

Is-Slovenja

12

Is-Slovakkja

21,4

Il-Finlandja

60

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Latvja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Diċembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.


Top