EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010O0030

2010/794/UE: Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta' Diċembru 2010 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2010/30)

OJ L 336, 21.12.2010, p. 63–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2010/794/oj

21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/63


LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta' Diċembru 2010

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(BĊE/2010/30)

(2010/794/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tintlaħaq politika monetarja waħda tenħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa “l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b'hekk din il-politika tkun tista” tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta' gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħda tal-Eurosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skont dawn il-linji ta' gwida.

(3)

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awwissu 2000 dwar politika monetarja u proceduri tal-Eurosistema (1), għandha tiġi emendata biex tirrifletti tibdil għall-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema, b'mod partikolari: (a) biex jiġu introdotti kriterji ta' eligibbiltà għall-użu proprju ta' bonds tal-bank koperti li ma jikkonformawx mal-UCITS ma' ipoteki kummerċjali bħala l-assi sottostanti; (b) biex jiżdiedu d-depożiti b'terminu fiss bħala garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja u l-kreditu intraday tal-Eurosistema; u (c) biex tiġi emendata l-Appendiċi 5 tal-Anness I biex tirrifletti l-fatt li l-Estonja ser tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2011 u li l-isem tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tal-Irlanda nbidel,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għall-Anness I

L-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 2

Verifika

1.   Il-BĊNi għandhom jgħaddu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il- ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

2.   Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Jannar 2011.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   Paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandhom jappliakw mill-1 ta' Jannar 2011.

3.   Paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandu japplika mill-1 ta' Frar 2011.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 268 sa 274.


ANNESS

L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 6.2.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Tliet tipi ta’ assi mhux negozjabbli huma eliġibbli bħala garanzija fil-qafas wieħed għall-assi eliġibbli: depożiti b’terminu fiss minn kontropartijiet eliġibbli, klejms ta’ kreditu u strumenti ta’ dejn appoġġati minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli (RMBDs) (*).

(*)  Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011, hemm sistema intermedja fis-seħħ għal klejms ta’ kreditu, li tippermetti lil kull BĊE li jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ garanzija, apparti mill-użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk għandux jiġi applikat ħlas għall-ipproċessar. Mill-1 ta’ Jannar 2012, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.”"

(2)

It-Taqsima 6.2.3 tiġi emendata kif ġej:

(a)

Is-seba’ paragrafu (il-ħames paragrafu taħt l-intestatura “Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli”) jinbidel b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw rabtiet mill-qrib ma japplikawx għal: (a) rabtiet mill-qrib bejn il-kontroparti u korp tas-settur pubbliku taż-ŻEE li jkollu d-dritt li jiġbor it-taxxi, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn korp tas-settur pubbliku taż-ŻEE li jkollu d-dritt li jiġbor it-taxxi; (b) bonds tal-bank koperti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva UCITS; jew (c) każijiet fejn l-istrumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi paragunabbli ma’ dawk l-istrumenti mogħtija taħt (b) bħal fil-każ ta’ (i) RMBDs mhux negozjabbli li mhumiex titoli; jew (ii) bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati b’self tal-proprjetà immobbli residenzjali jew bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati b’self ta’ ipoteka kummerċjali, jiġifieri ċerti bonds tal-bank koperti mhux iddikjarati li jikkonformaw mal-UCITS mill-Kummissjoni Ewropea, li jissodisfaw il-kriterji kollha li japplikaw għal titoli appoġġati mill-assi, kif jidher fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin (**):

Fil-każ ta’ bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati b’self tal-proprjetà immobbli residenzjali

Kwalunkwe self ta’ proprjetà immobbli residenzjali sottostanti l-bonds tal-bank koperti strutturati għandhom jiġu denominati f’euro; min jagħmel il-ħruġ (u d-debitur u l-garanti, jekk huma persuni legali) għandhom ikunu inkorporati fi Stat Membru, l-assi sottostanti tagħhom għandhom jinstabu fi Stat Membru, u l-liġi li tirregola s-self għandha tkun dik ta’ Stat Membru.

Self ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa eliġibbli għall-pool ta’ kopertura tal-bonds tal-bank koperti strutturati rilevanti, jekk huwa ggarantit minn garanzija eliġibbli jew salvagwardat b’ipoteka. Garanzija eliġibbli għandha tkun pagabbli f’24 siegħa mal-inadempjenza. Garanziji eliġibbli għall-finijiet ta’ dan is-self garantit jistgħu jiġu pprovduti f’formati kuntrattwali differenti, inklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni, iżda dawn għandhom jingħataw minn entità pubblika jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għal superviżjoni pubblika. Il-garanti għall-finijiet ta’ dan is-self garantit m’għandux ikollu rabtiet mill-qrib ma’ min jagħmel il-ħruġ tal-bonds koperti, u għandu jkun ikklassifikat tal-inqas [A+/A1/AH] minn ECAI aċċettat matul il-ħajja tat-tranżazzjoni.

Garanzija sostituta ta’ kwalità għolja sa 10 % tal-pool ta’ kopertura hija aċċettata. Dan il-limitu jista’ jinqabeż biss wara analiżi fil-fond mill-BĊN rilevanti.

Il-parti massima ta’ kull self eliġibbli individwali li tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ ħruġ ta’ bond tal-bank kopert strutturat huwa ta’ 80 % self-għall-valur (LTV). Il-kalkolu LTV għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni konservattiva tas-suq.

Il-garanzija żejda minima obbligatorja hija ta’ 8 %.

L-ammont ta’ self massimu għal self ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa ta’ EUR 1 miljun.

Il-valutazzjoni tal-kreditu stand-alone tal-pool ta’ kopertura għandha tikkorrispondi ma’ livell PD annwali ta’ 10 punti bażi skont il-limitu ‘single A’ (ara t-Taqsima 6.3.1).

Limitu minimu fit-tul ta’ ‘single A’ (‘A-’ skont Fitch jew Standard & Poor, jew ‘A3’ minn Moody, jew ‘AL’ minn DBRS) għandu jiġi applikat lil min jagħmel il-ħruġ u korpi relatati li huma parti minn jew rilevanti għat-tranżazzjoni dwar il-bond tal-bank kopert strutturat.

Fil-każ ta’ bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati b’self ta’ ipoteka kummerċjali:

Kwalunkwe self ta’ ipoteka kummerċjali sottostanti l-bonds tal-bank koperti strutturati għandu jiġi ddenominat f’euro; min jagħmel il-ħruġ (u d-debitur u l-garanti, jekk huma persuni legali) għandu jkun inkorporat fi Stat Membru, l-assi sottostanti tiegħu għandhom jinstabu fi Stat Membru, u l-liġi li tirregola s-self għandha tkun dik ta’ Stat Membru.

Garanzija sostituta ta’ kwalità għolja sa 10 % tal-pool ta’ kopertura hija aċċettata. Dan il-limitu jista’ jinqabeż biss wara analiżi fil-fond mill-BĊN rilevanti.

Il-parti massima ta’ kull self eliġibbli individwali li tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ ħruġ ta’ bond tal-bank kopert strutturat huwa ta’ 60 % self-għall-valur LTV. Il-kalkolu LTV għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tas-suq konservattiva.

Il-garanzija żejda minima hija ta’ 10 %.

Is-sehem ta’ kull parti li tissellef fil-pool ta’ kopertura, wara li jiġu aggregati l-ammonti ta’ self individwali kollha pendenti minn xi ħadd li jissellef partikolari, m’għandux jaqbeż il-5 % tat-total tal-pool ta’ kopertura.

Il-valutazzjoni tal-kreditu stand-alone tal-pool ta’ kopertura għandha tikkorrespondi mal-grad 1 tal-kwalità ta’ kreditu skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-Eurosistema (ara t-Taqsima 6.3.1).

Il-grad 2 tal-kwalità tal-kreditu għandu jiġi applikat lil min jagħmel il-ħruġ u entitajiet relatati li huma parti minn jew rilevanti għat-tranżazzjoni marbuta mal-bond tal-bank kopert strutturat.

Is-self ta’ ipoteki kummerċjali sottostanti kollu għandu jiġi rivalutat tal-inqas fuq bażi annwali. Tnaqqis fil-prezzijiet ta’ proprjetajiet għandhom jiġu riflessi għal kollox fir-rivalutazzjoni. Fil-każ ta’ żidiet fil-prezzijiet, tiġi applikata haircut ta’ 15 %. Self li ma jissodisfax ir-rekwiżit tal-limitu LTV għandu jiġi ssostitwit b’self ġdid, jew għandu jiġi ggarantit iż-żejjed, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-BĊN rilevanti. Il-metodoloġija ta’ valutazzjoni primarja li għandha tiġi applikata huwa l-valur tas-suq, jiġifieri, il-prezz stmat li jinkiseb jekk l-assi kellhom jinbiegħu fis-suq bl-użu ta’ sforzi raġonevoli. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq l-aktar assunzjoni konservattiva. Metodi statistiċi jistgħu jiġu applikati wkoll imma bħala metodoloġija ta’ valutazzjoni sekondarja biss.

Riżerva ta’ likwidità fil-forma ta’ flus kontanti f’euro depożitati ma’ kontroparti eliġibbli għandha tinżamm f’kull ħin biex tkopri l-ħlasijiet tal-imgħaxijiet kollha relatati mal-bonds tal-bank koperti għall-perijodu ta’ sitt xhur sussegwenti.

Kull meta l-klassifikazzjoni ta’ kreditu għal żmien qasir ta’ min jieħu self kummerċjali b’ipoteka sottostanti taqa’ ‘l isfel mill-grad 2 ta’ kwalità ta’ kreditu fid-disa’ xhur qabel ma jimmatura bond tal-bank kopert hard bullet, min jissellef għandu jgħaddi ammont ta’ flus kontanti f’euro biżżejjed biex ikopri l-parti rilevanti tal-ħlas prinċipali tal-bond tal-bank kopert kif ukoll spejjeż relatati skedati biex jitħallsu minn min jagħmel il-ħruġ taħt bond tal-bank kopert lir-riżerva ta’ likwidità.

Fil-każ ta’ stress ta’ likwidità, id-data tal-maturità oriġinali tista’ tiġi estiża sa 12-il xahar biex tikkumpensa għal avariji ta’ maturità bejn is-self ammortizzat fil-pool ta’ kopertura u l-fidi tal-bullet tal-bond tal-bank kopert. Madankollu, il-bond tal-bank kopert isir ineliġibbli għall-użu proprju wara d-data ta’ maturità oriġinali.

(**)  Bonds ta’ banek koperti strutturati appoġġati minn self tal-proprjetà immobbli residenzjali sottomessi qabel l-10 ta’ Ottubru 2010 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011. Bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati minn self ta’ ipoteka kummerċjali, sottomessi qabel l-1 ta’ Frar 2011 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011.”"

(b)

It-tmien paragrafu (is-sitt paragrafu taħt l-intestatura “Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli”) jinbidel b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, għall-bonds ta’ banek koperti strutturati appoġġati minn self tal-proprjetà immobbli residenzjali jew bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati minn self ta’ ipoteka kummerċjali, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu konferma legali minn ditta legali rinomata li tikkonferma li ġew sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet:

Min joħroġ il-bonds tal-bank koperti huwa istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE, u mhux vettura b’għan speċjali, anki jekk dawn il-bonds huma ggarantiti minn istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE.

Min jagħmel il-ħruġ jew il-ħruġ tal-bonds huma suġġetti, bil-liġi tal-Istat Membru fejn min jagħmel il-ħruġ huwa inkorporat jew fejn il-bonds inħarġu, għal superviżjoni pubblika speċjali intiża biex tipproteġi d-detenturi tal-bond tal-bank kopert.

Fil-każ tal-insolvenza ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-detenturi tal-bonds għandhom prijorità fir-rigward tar-rimborż tal-kapital u l-ħlas ta’ imgħax ġej minn assi eliġibbli (sottostanti).

Somom ġejjin mill-ħruġ ta’ bonds tal-bank koperti għandhom jiġu investiti (skont ir-regoli ta’ investiment stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-bond tal-bank) skont il-leġiżlazzjoni tal-bond tal-bank kopert nazzjonali rilevanti jew leġiżlazzjoni oħra applikabbli għall-assi in kwistjoni.”

(3)

Fit-Taqsima 6.4.3 għandha tiżdied is-subtaqsima li ġejja:

Depożiti b’terminu fiss

Depożiti b’terminu fiss mhumiex suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni.”

(4)

It-tabella fl-Appendiċi 5 tinbidel b’dan li ġej:

Is-siti elettroniċi tal-eurosistema

Bank Ċentrali

Sit Elettroniku

Bank Ċentrali Ewropew

www.ecb.europa.eu

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

www.nbb.be jew www.bnb.be

Id-Deutsche Bundesbank

www.bundesbank.de

L-Eesti Pank

www.eestipank.ee

Is-Central Bank of Ireland

www.centralbank.ie

Il-Bank of Greece

www.bankofgreece.gr

Il-Banco de España

www.bde.es

Il-Banque de France

www.banque-france.fr

Il-Banca d’Italia

www.bancaditalia.it

Is-Central Bank of Cyprus

www.centralbank.gov.cy

Il-Banque centrale du Lussemburgu

www.bcl.lu

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta

www.centralbankmalta.org

Id-De Nederlandsche Bank

www.dnb.nl

L-Oesterreichische Nationalbank

www.oenb.at

Il-Banco de Portugal

www.bportugal.pt

In-Národná banka Slovenska

www.nbs.sk

Il-Banka Slovenije

www.bsi.si

Is-Suomen Pankki

www.bof.fi”



Top