EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0014(01)

2005/918/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2005 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2006 (BĊE/2005/14)

OJ L 333, 20.12.2005, p. 55–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 349M, 12.12.2006, p. 687–687 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/918/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

687


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Diċembru 2005

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2006

(BĊE/2005/14)

(2005/918/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106 (2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti li joħorġu l-iStati Membri li adottaw il-euro (l-iStati Membri parteċipanti).

(2)

L-iStati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu, kemm jistmaw li għandu jkun il-volum ta’ muniti euro li se joħorġu fl-2006, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li se jinħarġu fl-2006

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti li l-iStati Membri parteċipanti se joħorġu fl-2006 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Il-ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2006

Il-Belġju

145,5

Il-Ġermanja

500,0

Il-Greċja

71,4

Spanja

625,0

Franza

362,0

L-Irlanda

76,0

L-Italja

772,4

Il-Lussemburgu

45,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

60,0

L-Awstrija

177,0

Il-Portugall

150,0

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni Finali

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-iStati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar id-9 ta’ Diċembru 2005.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top