EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0009(01)
2002/930/EC: Decision of the European Central Bank of 21 November 2002 on the distribution of the income of the European Central Bank on euro banknotes in circulation to the national central banks of the participating Member States (ECB/2002/9)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Novembru 2002 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew minn bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti (BĊE/2002/9)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Novembru 2002 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew minn bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti (BĊE/2002/9)
OJ L 323, 28.11.2002, p. 49–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 185 - 186
No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2005; Imħassar b' 32005D0011
Official Journal L 323 , 28/11/2002 P. 0049 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Novembru 2002 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew minn bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti (BĊE/2002/9) (2002/930/KE) IL-KUNSILL LI JIRREGOLA L-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 33 miġjub fih, Billi: (1) Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta' bankonoti ta' l-euro [1]tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni lejn il-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE. L-Artikolu 4 u l-Anness ma' dik id-Deċiżjoni jallokaw lill-BĊE 8 % tal-valur totali tal-bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-BĊN jżomm prestensjonijiet tas-Sistema Euro fuq il-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma tagħhom fl-iskeda kapitali sottoskritta, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-bankonoti ta' l-euro li huwa joħroġ. (2) Skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 [2], il-bilanċi ta' ġos-Sistema Euro fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġu remunerati bir-rata ta' riferenza. Skond l-Artikolu 2(3) ta' l-istess Deċiżjoni, din ir-remunerazzjoni hija titħallas minn pagamenti TARGET fuq bażi ta' kull kwart tas-sena. Bħala deroga minn din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 2(4) jistabbilixxi li għas-sena finanzjarja 2002, ir-remunerazzjoni tiġi mħallsa fl-aħħar tas-sena. (3) Il-premessa 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tiddikjara li d-dħul irċevut mill-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tiegħu fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu bħala prinċipju jiġi distribwit lill-BĊN bi qbil mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li Jirregola, fil-proporzjoni ma' l-ishma tagħhom fl-iskeda ta' kapital sottoskritta fl-istess sena finanzjarja li fiha jkun irċevihom. (4) Fid-distribuzzjoni tad-dħul li jerċievi l-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tiegħu fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, il-BĊE għandu jqis stima tar-riżultat finanzjarju tiegħu għal dik is-sena li b' qies xieraq tad-disponibbilta ta' dispożizzjonijiet li jisgħu jiġu rilaxxati biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż antiċipati. (5) Waqt li jkun qed jiġi stabbilit l-ammont tal-qligħ nett tal-BĊE li jrid jiġi trasferit lill-fond ta' riserva ġenerali skond l-Artikolu 33.1 ta' l-Istatut, il-Kunsill li Jirregola għandu jikkunsidra li kull parti minn dak il-profit li jikkorrespondi mad-dħul fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jiġi distribwit sħiħ lill-BĊNi, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni: (a) "Stati Membri parteċipanti" għandhom jitqiesu dawk l-Istati Membri li jadottaw il-munita waħdiena bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea; (b) "BĊN" għandhom jitqiesu l-bank ċentrali nazzjonali ta' Stati Membru parteċipanti; (ċ) "bilanċi fis-Sistema Euro fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni" għandhom jitqiesu l-pretensjonijiet u l-lijabilitajiet li jinħolqu bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊN l-oħra bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15; (d) "Id-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro" fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jitqiesu d-dħul li jierċievi l-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet fis-Sistema Euro fuq BĊN relatati mas-sehem tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16. Artikolu 2 Tqassim interimtad-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni 1. Id-dħul tal-BĊE fuq bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jitħallas sħiħ lill-BĊN fl-istess sena finanzjarja li jkun irċeviha u għandha titqassam lill-BĊN fil-proporzjoni ma' l-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. 2. Mis-sena finanzjarja 2003, il-BĊE għandu jqassam id-dħul tiegħu ta' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni li jkun qala' f' kull kwart tas-sena ta' qabel lill-BĊN fit-tieni jum tax-xogħol ta' April, Lulju, Ottubru u Jannar. 3. Il-BĊE għandu jqassam id-dħul tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni li jkun qala' fl-2002 lill-BĊN fit-tieni jum tax-xogħol ta' l-2003. 4. L-ammont tad-dħul tal-BĊE f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni jista' jitnaqqas bi qbil ma' kull deċiżjoni tal-Kunsill li Jirregola tal-BĊE fuq il-bażi ta' l-Istatut rigward spejjeż miġrura mill-BĊE f' konnessjoni mal-ħruġ u l-maniġġjar ta' bankonoti ta' l-euro. Artikolu 3 Deroga mill-Artikolu 2 1. Jekk, fuq il-bażi ta' stima raġunata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv,u rigward l-ammont dovut għar-raba' kwart tas-sena, il-Kunsill li Jirregola jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel qligħ nett annwali li huwa inqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, il-Kunsill li Jirregola għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena finanzarja li ma jqassamx parti minn jew id-dħul tal-BĊE kollu f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 2 sal punt meħtieġ biex jiġi żgurat li l-ammont ta' dħul imqassam ma jaqbiżx il-qligħ nett tal-BĊE għal din is-sena. 2. Il-Kunsill li Jirregola għandu jagħti struzzjonijiet lill-BĊN biex jergħu jħallsu lill-BĊE parti minn jew id-dħul kollu diġa mqassam matul is-sena sal-punt meħtieġ li jiġi żgurat li t-tqassim totali għas-sena ma jaqbiżx il-qligħ nett tal-BĊE għal dik is-sena. 3. Fis-sena finanzjarja 2002, id-deċiżjoni biex ma jiġix imqassam parti minn jew id-dħul kollu tal-BĊE f' bankonoti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandha tapplika għall-ammont totali dovut għal dik is-sena. 4. Il-paragrafi ta' qabel għandhom japplikaw meta telf ġenerali annwali potenzjali ma jistax jiġi kopert minn dispożizzjonijiet magħmula fis-snin ta' qabel. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati lill-kontijiet tat-telf u qligħ fl-ordni li ġejja: (a) dispożizzjonijiet magħmula kontra lijabilitajiet magħrufa; (b) dispożizzjonijiet ekwivalenti għal riservi li jinħolqu mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 49 ta' l-Istatut u miżmuma bħala kontijiet ta' rivalwazzjoni speċjali; (ċ) dispożizzjonijiet kontra riskji ta' natura ġenerali, inkluż mingħajr eċċezzjoni dispożizzjonijiet kontra rata ta' l-iskambju mhux speċifikata u riskju tal-prezz tas-suq. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta' Novembru 2002. Għan-nom tal-Kunsill li jirregola l-BĊE Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 52. [2] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 55. --------------------------------------------------