EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0018(01)

2011/788/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro (BĊE/2011/18)

OJ L 319, 2.12.2011, p. 116–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 003 P. 254 - 254

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/788/oj

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/116


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro

(BĊE/2011/18)

(2011/788/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 32,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ippuljar u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju li jirriżulta mill-operazzjonijiet tal-politika monetarja.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (2) tipprovdi għat-twaqqif tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti għall-finijiet tal-politika monetarja.

(3)

Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li bħal fil-każ tax-xiri skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (3), bonds iggarantiti mixtrija skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul skont ir-rata ta’ referenza kif iddefinit fid-Deċiżjoni BĊE/2010/23.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi dlonk emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   L-ammont tad-dħul monetarju ta’ kull BĊN għandu jkun iddeterminat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-attiv assenjat u rreġistrat fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet ta’ dan, id-deheb m’għandux jitqies li jiġġenera dħul, u t-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (*) u skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (**), għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul monetarju skont ir-rata ta’ referenza.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Novembru 2011.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17.

(2)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70.

(3)  ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.


Top