EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007O0013
Guideline of the European Central Bank of 15 November 2007 amending Guideline ECB/2002/7 on the statistical reporting requirements of the European Central Bank in the field of quarterly financial accounts (ECB/2007/13)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2007/13)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2007/13)
OJ L 311, 29.11.2007, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 17 Volume 002 P. 140 - 141
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0024
29.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 311/47 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali
(BĊE/2007/13)
(2007/771/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 5.2, 12.1 u 14.3,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(3) tal-Linja Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1) jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv jirrevedi kull sena d-derogi mogħtija lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li ma jistgħux jaderixxu ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida. |
(2) |
Il-Linja Gwida BĊE/2005/13 tas-17 ta’ Novembru 2005 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (2) u l-Linja Gwida BĊE/2006/6 inkludew derogi aġġornati mill-obbligi tar-rappurtar tad-data fir-rigward ta’ l-Istati Membri li jkunu laħqu adottaw l-ewro sa meta jiġu adottati dawk l-atti legali. |
(3) |
Ċipru se jadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008 u għandhom jiddaħħlu derogi fil-Linja Gwida BĊE/2002/7 fir-rigward ta’ Ċipru. |
(4) |
Skond l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernatur tas-Central Bank of Cyprus ġie mistieden biex jattendi l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li jadotta din il-Linja Gwida, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
L-Anness III tal-Linja Gwida BĊE/2002/7 huwa emendat skond l-Anness ma’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24. Il-Linja Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja Gwida BĊE/2006/6 (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 46).
ANNESS
L-Anness III mal-Linja Gwida BĊE/2002/7 huwa emendat kif ġej:
Fit-Tabella 1 (Data kurrenti), qed tiddaħħal is-sezzjoni li ġejja bejn is-sezzjonijiet intitolati “L-Italja” u “Il-Lussemburgu”:
“ĊIPRU |
||
4, 5/2-21/A, B, D-I |
Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħti skond l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, OFIs, FA, ICPFs, GG u HHs lil residenti u lil dawk li m’mhumiex, imqassma skond is-settur tal-kontroparti u ż-żona |
Ir-raba’ trimestru 2008” |