EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0012(02)

2005/832/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Novembru 2005 , li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2005/12)

OJ L 311, 26.11.2005, p. 43–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 349M, 12.12.2006, p. 623–623 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0017(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/832/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

623


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Novembru 2005,

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2005/12)

(2005/832/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Waqt li jikkunsidra kif mistħoqq in-natura ta’ l-attivitajiet tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jkun kopert b’mod adegwat kontra r-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jistabbilixxi provvediment għal dawn ir-riskji fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2005/11 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri parteċipanti (1), jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv jista’, qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, jiddeċiedi biex jittrasferixxi d-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni f’ provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni BĊE/2002/11 (2) hija emendata kif ġej:

“L-Artikolu 6a li ġej huwa mdaħħal f’Kapitlu II:

Provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb

Waqt li jikkunsidra kif mistħoqq in-natura ta’ l-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment skond il-bażi ta’ stima rraġunata dwar ir-risk exposures tal-BĊE.”

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ ġurnata wara dik li fiha tiġi adottata.

Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar is-17 ta’ Novembru, 2005.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 311, 26.11.2005, p. 41.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2003, p. 38.


Top