EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012O0021

2012/689/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Settembru 2012 dwar il-qafas ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (BĊE/2012/21)

OJ L 307, 7.11.2012, p. 89–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 014 P. 11 - 25

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2022; Imħassar b' 32022O0971

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2012/689/oj

7.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/89


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Settembru 2012

dwar il-qafas ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli

(BĊE/2012/21)

(2012/689/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (CSDB — Centralised Securities Database) hija infrastruttura ta’ teknologija informatika waħda, li titħaddem b’mod konġunt mill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inklużi l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fejn dawn il-BĊNi minn jeddhom jipparteċipaw fl-operat tas-CSDB. Is-CSDB taħżen id-dejta partita b’partita, b’mod partikolari, id-dejta dwar titoli, l-emittenti tagħhom u l-prezzijiet.

(2)

Id-dejta tinġabar minn sorsi varji, inkluż mingħand membri tas-SEBĊ, xi fornituri ta’ dejta kummerċjali, il-pubbliku u sorsi amministrattivi, u tiġi trasmessa lis-CSDB. Madankollu, hemm riskju illi din id-dejta li tiddaħħal tista’ tkun mhux preċiża jew mhux kompleta. Is-sistema tas-CSDB tista’ tirrikonċilja parzjalment dejta inkonsistenti li tiddaħħal minn sorsi differenti, u tista’ tidentifika dejta li mhijiex kompleta jew li hija nieqsa. Hija awtomatikament tgħaqqad id-dejta li tiddaħħal minn sorsi varji fejn hemm trikkib sa fejn huwa possibbli ġewwa rekord wieħed li huwa komplet u ta’ kwalità għolja.

(3)

Il-kwalità ġenerali ta’ dejta fis-CSDB tista’ tiġi vvalutata biss fil-livell ta’ dejta li tinħareġ aktar milli fil-livell ta’ settijiet individwali ta’ dejta li tiddaħħal. Sabiex tiġi żgurata l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta li tinħareġ, sa fejn huwa possibbli, huwa neċessarju li jiġi definit qafas għall-immaniġġjar tal-kwalità tad-dejta (DQM) biex jiġi applikat lill-output feed data, subsett tad-dejta li tinħareġ li jista’ jintuża biex jappoġġa l-produzzjoni ta’ statistika jew għal użi oħrajn. L-output feed data hija pprovduta lill-BĊNi sa mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ kull xahar tal-kalendarju.

(4)

Xi output feed data tinkludi wkoll attributi bħal prezzijiet jew informazzjoni relatata mal-introjtu li huma mistennija li jvarjaw biż-żmien. Dawn l-attributi huma vverifikati b’mod awtomatiku mis-sistema tas-CSDB permezz tal-applikazzjoni ta’ algoriżmi statistiċi. Huma l-attributi speċifikati f’Anness I għal kull mira tad-DQM li huma suġġetti għall-verifika minn awtoritajiet kompetenti b’konformità ma’ din il-Linja Gwida. Il-lista sħiħa ta’ attributi li jikkostitwixxu l-feeds appoġġati hija stipulata f’Anness II.

(5)

Il-qafas tad-DQM tas-CSDB għandu jkun applikat lill-output feed data irrispettivament mis-sors tad-dejta li tiddaħħal. Huwa għandu jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-BĊNi taż-żona tal-euro għall-kwalità tad-dejta li tinħareġ fis-CSDB u, fejn relevanti, dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(6)

Il-qafas tad-DQM tas-CSDB għandu jkun ibbażat, l-ewwel fuq miri tad-DQM li jirrappreżentaw indikaturi għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ output feed data u, it-tieni, fuq metriċi tad-DQM li jidentifikaw u jipprijoritizzaw, għal kull mira tad-DQM rispettiva, l-output feed data li tenħtieġ li tiġi vverifikata. Huwa għandu jkun ibbażat ukoll fuq il-limiti tad-DQM li jiddefinixxu l-livell minimu ta’ verifika li trid titwettaw fir-rigward ta’ mira tad-DQM.

(7)

Minħabba n-nuqqas ta dejta ta’ referenza, il-miri tad-DQM mhux dejjem jidentifikaw żbalji fl-output feed data iżda jistgħu jidentifikaw biss każijiet fejn hija meħtieġa l-verifika manwali ta’ output feed data.

(8)

Peress illi s-CSDB jitħaddem b’mod konġunt mill-membri kollha tas-SEBĊ, huma għandhom kollha jimmiraw li jsegwu l-istess standards tad-DQM. Barra minn dan, BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma fl-aqwa pożizzjoni biex iwettqu DQM fuq id-dejta relatata ma’ emittenti li jirrisjedu fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. Filwaqt illi huwa rikonnoxxut illi linji gwida adottati mill-BĊE ma jistgħux jimponu obbligi fuq BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro, Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew japplika kemm lill-BĊNi taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawn li mhumiex fiż-żona tal-euro. BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom għalhekk ifasslu u jimplimentaw il-miżuri kollha illi huma jqisu li huma xierqa sabiex iwettqu DQM b’konformità ma’ din il-Linja Gwida.

(9)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dejta li tinħareġ, għandha ssir ġestjoni tas-sors tad-dejta (DSM — Data Source Management) bil-għan li jiġu identifikati u kkoreġġuti żbalji strutturali fid-dejta li tiddaħħal direttament ma’ min jipprovdi d-dejta,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:

1.

“CSDB” tfisser il-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli stabbilita mis-SEBĊ u li tinsab fil-bini tal-BĊE;

2.

“dejta li tiddaħħal” tfisser kull dejta pprovduta lis-CSDB minn sors ta’ dejta wieħed jew aktar;

3.

“dejta li tinħareġ” (output data) tfisser dejta li tinkiseb awtomatikament mis-CSDB billi tiġi magħquda dejta li tiddaħħal ġewwa rekord wieħed komplet u ta’ kwalità għolja;

4.

“output feed data” tfisser is-subsett ta’ dejta li tinħareġ u l-karatteristiċi elenkati f’Anness II li jservu bħala kontribut għad-dejta għall-appoġġ tal-produzzjoni ta’ statistika jew għal użi oħrajn;

5.

“Immaniġġjar tal-Kwalità tad-Dejta” jew “DQM” tfisser li tiġi żgurata, ivverifikata u miżmuma l-kwalità ta’ output feed data permezz tal-użu u l-applikazzjoni ta’ miri tad-DQM, metriċi tad-DQM, limiti tad-DQM u l-workflow tad-DQM;

6.

“Ġestjoni tas-Sors tad-Dejta” jew “DSM” tfisser l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji ripetittivi u/jew strutturali fid-dejta li tiddaħħal ma’ min jipprovdi d-dejta;

7.

“DQM inizjali” tfisser DQM ta’ output feed data, inkluż dejta li tkopri l-aktar perijodu ta’ żmien riċenti, li titwettaq minn awtoritajiet kompetenti fid-DQM ta’ kull xahar waqt li tiġi kkunsidrata l-output feed data pprovduta mit-tbassir tal-aħħar tax-xahar;

8.

“DQM regolari” tfisser DQM ta’ output feed data li titwettaq minn awtoritajiet kompetenti tad-DQM fuq bażi ta’ kull xahar li tqis id-dejta ta’ referenza li mhijiex tas-CSDB ipprovduta minn sorsi ta’ dejta varji bil-ħsieb li jiġi żgurat illi l-kwalità tad-dejta li tinħareġ mis-CSDB tissodisfa r-rekwiżiti għall-feed data tas-CSDB;

9.

“mira tad-DQM” tfisser punt ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ output feed data, kif speċifikat f’Anness I;

10.

“metrika tad-DQM” tfisser indikatur statistiku li jkejjel il-livell li fih tkun waslet ċertu mira tad-DQM, kif speċifikat f’Anness I;

11.

“limitu tad-DQM’ tfisser il-livell minimu ta’ xogħol ta’ verifika li jrid isir sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-qafas tad-DQM għal mira tad-DQM;

12.

“workflow tad-DQM” tfisser proċess tekniku applikat għall-korrezzjoni tad-dejta li tiddaħħal sabiex tikkonforma ma’ mira tad-DQM;

13.

“tbassir tal-aħħar tax-xahar” tfisser aġġornament regolari ta’ kull xahar tad-dejta li tinħareġ u ta’ metriċi tad-DQM li tipproduċi approssimazzjoni tad-dejta li tinħareġ għall-pożizzjoni tal-aħħar tax-xahar li jmiss;

14.

“jum ta’ xogħol” tfisser jum sħiħ li fih ikun miftuħ it-TARGET2, kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE;

15.

“verifika” tfisser il-proċess li permezz tiegħu awtoritajiet kompetenti fid-DQM jivverifikaw l-output feed data tas-CSDB u, jekk meħtieġ, jikkoreġu d-dejta li tiddaħħal fis-CSDB, biex b’hekk jiġi applikat il-workflow tad-DQM;

16.

“residenti” għandha l-istess tifsira definita f’Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

Artikolu 2

Suġġett u ambitu

1.   Din il-Linja Gwida tistabbilixxi qafas għad-DQM fis-CSDB, li l-għan tiegħu huwa li jiżgura l-kompletezza, l-preċiżjoni u l-konsistenza ta’ dejta li tinħareġ fis-CSDB permezz ta’ regoli dwar il-kwalità tal-istandards li jiġu applikati lil din id-dejta b’mod konsistenti.

2.   Il-qafas tad-DQM tas-CSDB għandu jkun ibbażat fuq id-DQM u d-DSM.

Artikolu 3

Awtoritajiet kompetenti tad-DQM

1.   Il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti emittent ta’ titolu għandu jkun kompetenti għad-DQM tad-dejta relatata ma’ dak l-emittent.

2.   Il-BĊE għandu jkun kompetenti għad-DQM ta’ dejta relatata ma’ emittenti residenti barra ż-żona tal-euro, sakemm BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro ma jkunx aċċetta r-responsabbiltà biex imexxi DQM għal dejta relatata ma’ emittenti residenti fl-Istat Membru tiegħu.

Artikolu 4

DQM, metriċi tad-DQM u limiti minimi tad-DQM

1.   Awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom iwettqu DQM inizjali u DQM regolari. Meta jagħmlu dan huma għandhom jivverifikaw l-output feed data, irrispettivament mis-sors tagħha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom japplikaw metriċi tad-DQM b’konformità ma’ Anness I.

3.   Għall-attributi koperti minn Anness I, awtoritajiet kompetenti fid-DQM għandhom japplikaw il-limiti minimi tad-DQM f’livell li jiżgura l-kwalità tal-output feed data skont ir-rekwiżiti li jappoġġaw l-użi għal dawn l-attributi rispettivi kif stipulat f’Anness II.

Artikolu 5

DQM inizjali

1.   DQM inizjali għandu jkun applikat lill-miri tad-DQM 1, 2. 3a, 3b u 6, kif speċifikat f’Anness I.

2.   Il-BĊE għandu jagħmel disponibblit-tbassir tal-aħħar tax-xahar sebat ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem ta’ kull xahar tal-kalendarju.

3.   Fit-twettiq tad-DQM inizjali, l-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom jivverifikaw anomaliji sostanzjali fl-istatistika sabiex jiżguraw illi, wara li jkun seħħ id-DQM inizjali, l-output feed data tkun tirrifletti l-aktar żviluppi riċenti sa fejn huwa possibbli.

4.   L-awtoritajiet kompetenti fid-DQM għandhom jivverifikaw id-dejta tat-tbassir tal-aħħar tax-xahar sat-tmiem tat-tieni jum tax-xogħol tax-xahar tal-kalendarju sa fejn, skont il-metriċi tad-DQM, il-limiti minimi tad-DQM ma jkunux ġew intlaħqu.

5.   Fejn ma hemm ebda dejta ta’ referenza disponibbli barra s-CSDB, id-DQM inizjali għandu jiddependi biss fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-awtorità kompetenti tad-DQM jew li tista’ tinkiseb faċilment mingħajr it-twaqqif ta’ xi struttura ġdida għar-rappurtar.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom jikkoreġu dejta li tiddaħħal skont il-workflow tad-DQM permezz tas-sistema tas-CSDB jew billi jipprovdu fajls tad-dejta li tiddaħħal lill-BĊE, skont kif xieraq.

Artikolu 6

DQM regolari

1.   DQM regolari għandu jkun applikat lill-miri tad-DQM 3a, 3b, 4, 5. u 6, kif speċifikat f’Anness I.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom iwettqu DQM regolari fi żmien xahar mit-tmiem ta’ kull xahar ta’ kalendarju. Huma għandhom jivverifikaw l-output feed data, bili jqisu l-informazzjoni kollha disponibbli preżentement, sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol tax-xahar tal-kalendarju wara x-xahar li fih jitwettaq id-DQM regolari.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom jikkoreġu dejta li tiddaħħal skont il-workflow tad-DQM miftiehem permezz tas-sistema tas-CSDB jew billi jipprovdu fajls tad-dejta li tiddaħħal lill-BĊE, skont kif xieraq.

Artikolu 7

Kompiti relatati mad-DSM

1.   L-awtoritajiet kompetenti tad-DQM għandhom jidentifikaw kwistjonijiet tad-DSM u jirrappurtawhom lill-BĊE.

2.   Il-BĊE għandu jindirizza l-iżbalji ripetittivi ta’ prijorità għolja fir-rigward tad-DSM f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tad-DQM relevanti fi żmien xahar mid-data li fiha kwistjoni tad-DSM tiġi rrappurtata lill-BĊE.

Artikolu 8

Korrezzjonijiet tad-dejta li tiddaħħal

Awtorità kompetenti tad-DQM għandha, sakemm jekk tkun tejbet dejta li tiddaħħal, tuża s-sistema tas-CSDB sabiex tikkoreġi żbalji u omissjonijiet fid-dejta li tiddaħħal fiha li ma jkunux ġew ikkoreġġuti fil-kors tal-verifika kif speċifikat fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 9

Rapport annwali tal-kwalità

Filwaqt li jikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, ta’ kull sena l-Bord Ezekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv dwar il-kwalità tal-output feed data.

Artikolu 10

Proċedura ssimplifikata ta’ emenda

Filwaqt li jikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat jagħmel emendi tekniċi fl-Annessi ta’ din il-Linja Gwida, sakemm dawn l-emendi ma jbiddlux il-qafas kunċettwali sottostanti tal-Linja Gwida, inkluż id-diviżjoni ta’ responsabbiltajiet bejn il-BĊE u l-BĊNi jew ma jolqtux fis-sostanza l-piż tar-rapportar fuq l-awtoritajiet kompetenti tad-DQM. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012.

2.   Din il-Linja Gwida tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 12

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.


ANNESS I

MIRI, IMPLIMENTAZZJONI U ATTRIBUTI TAD-DQM U l-BAŻI TAL-LIMITU TAD-DQM

Mira tad-DQM

Metriċi tad-DQM

Implimentazzjoni

Attributi tal-output feed data

Bażi tal-limitu tad-DQM

Mira 1:

Stabbiltà tad-dejta — dejta tal-istokk

Kunċett:

 

Il-metrika għandha tkun iddefinita għal kull pajjiż ta’ residenza/kombinazzjoni ta’ setturi bħala “indiċi ta’ tibdil” ippeżat bil-volum, ippeżat b’ammonti monetarji. Valur tal-indiċi ta’ 1 għandu jindika illi l-attribut rispettiv ma nbidilx għal kwalunkwe mit-titoli sottostanti, filwaqt illi valur ral-indiċi ta’ 0 għandu jindika illi l-attribut rispettiv inbidel għat-titoli kollha.

 

Jekk indiċi jaqa’ taħt 1, titoli individwali għandhom jiġu identifikati permezz tal-attribut mibdul li jkun wassal għall-waqgħa fl-indiċi bil-ħsieb li tiġi identifikata l-bidla sakemm jintlaħaq il-limitu minimu.

Ġrajjiet li jiskattaw bidla fl-indiċi:

 

Għal attributi diskreti, kull differenza fuq bażi ta’ xahar b’xahar fl-attribut titqies li tiskatta bidla fl-indiċi.

 

Għal attributi kontinwi, kull differenza fuq bażi ta’ xahar b’xahar li hija akbar minn 25 % titqies li tiskatta bidla fl-indiċi.

Kopertura:

Din il-metrika tad-DQM għandha tkopri l-ishma kollha f’fond tal-investiment, ekwità u titoli ta’ dejn inkluż ċertifikati li m’għandhomx data ta’ maturità ta’ aktar minn tliet xhur.

Mira 1 tivvaluta l-istabbiltà tad-dejta tal-istokk.

Bidliet mhux ivverifikati fl-attributi tas-CSDB m’għandhomx inaqqsu s-sehem tad-dejta stabbli lil hinn mil-limitu minimu tad-DQM għal kull wieħed mis-setturi emittenti tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA) (1):

S.11 “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (S.11 skont ESA 95)

S.121 “il-bank ċentrali” (S.121 skont ESA 95)

S.122 “korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti ħlief għall-bank ċentrali” (S.122 skont ESA 95)

S.123 “fondi tas-suq tal-flus (MMF)” (S.122 skont ESA 95)

S.124 “fondi ta’ investiment li mhumiex MMF” (S.123 skont ESA 95)

S.125 “intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni” (S.123 skont ESA 95)

S.126 “awżiljarji finanzjarji” (S.124 skont ESA 95)

S.127 “istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u korporazzjonijiet li jipprovdu għoti ta’ flus b’self” (S.123 skont ESA 95)

S.128 “korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (IC)” (S.125 skont ESA 95)

S.129 “fondi tal-pensjoni (PF)” (S.125 skont ESA 95)

S.13 “gvern ġenerali” (S.13 skont ESA 95)

Attributi espliċiti: Id-data tal-ħruġ għad-dejn, id-data tal-maturità tad-dejn, valuta nominali, il-bażi tal-kwotazzjoni, il-klassi tal-istrument tal-ESA, il-pajjiż ta’ residenza tal-emittent, is-settur tal-ESA tal-emittent, il-klassifikazzjoni tal-emittent fil-Klassifikazzjoni Ewropea tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE — European Classification of Economic Activities), l-ammont pendenti, in-numru ta’ ishma pendenti għal ishma ikkwotati.

Ammonti pendenti jew kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro, espressi bħala sehem tad-d-dejta tal-istokk.

Mira 2:

Preċiżjoni tad-dejta — kwistjonijiet ġodda u fidi; ħruġ nett

Kunċett:

 

Il-metrika għandha tkun iddefinita għal kull pajjiż ta’ residenza/kombinazzjoni ta’ setturi u għandha tkopri ħarġiet ġodda, fidi u ammonti pendenti ta’ titoli ta’ dejn ikkwotati bħala persentaġġ.

 

Il-metrika għandha tirrelata l-attività ta’ ħruġ nett ma tul ix-xahar mal-ammont pendenti fl-aħħar tax-xahar preċedenti (bidla fil-persentaġġ) u għandha timmonitorja l-iżvilupp relattiv tad-dejn pendenti.

 

Għandu jkun possibbli li dejta disaggregata tiġi aċċessata sal-ħarġiet ġodda u fidi individwali li ħolqu l-bidla fl-ammonti pendenti. Dawn l-iżviluppi għandhom ikunu vverifikati sakemm jintlaħaq il-limitu minimu.

Mira 2 tivvaluta ħarġiet ġodda u fidi fil-konfront ta-dejta tal-istokk rispettiva.

Id-dejta tal-ammont pendenti mhux ivverifikat ta’ ħarġiet ġodda u ta’ fidi ta’ titoli ta’ dejn ikkwotati f’persentaġġ f’termini nett m’għandhomx jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM għall kull wieħed mis-setturi tal-emittent tal-ESA li ġejjin:

S.11 “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (S.11 skont ESA 95)

S.121 “il-bank ċentrali” (S.121 skont ESA 95)

S.122 “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti ħlief għall-bank ċentrali” (S.122 skont ESA 95)

S123 “fondi tas-suq tal-flus (MMF)” (S.122 skont ESA 95)

S.124 “fondi ta’ investiment li mhumiex MMF” (S.123 skont ESA 95)

S.125 “intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni” (S.123 skont ESA 95)

S.126 “awżiljarji finanzjarji” (S.124 skont ESA 95)

S.127 “istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u korporazzjonijiet li jipprovdu għoti ta’ flus b’self” (S.123 skont ESA 95)

S.128 “korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (IC)” (S.125 skont ESA 95)

S.129 “fondi tal-pensjoni (PF)” (S.125 skont ESA 95)

S.13 “gvern ġenerali” (S.13 skont ESA 95)

Attributi espliċiti: ammont pendenti.

Attributi espliċiti: Id-data tal-ħruġ, id-data tal-maturità tad-dejn, il-valuta nominali, il-bażi tal-kwotazzjoni, il-klassi tal-istrument tal-ESA, il-pajjiż ta’ residenza tal-emittent, is-settur tal-ESA tal-emittent.

Ammonti pendenti f’euro, espressi bħala żvilupp relattiv meta mqabbel mad-dejta tal-istokk rispettiv.

Mira 3a:

Preċiżjoni tad-dejta — appoġġ għall-allokazzjoni korretta tas-settur u l-estrazzjoni tad-dejta skont l-emittent

Sfond kunċettwali:

 

Is-CSDB jorbot l-informazzjoni dwar l-emittent u l-istrument fuq bażi relazzjonali li tista’ tiġi deskritta bħala “waħda għal bosta”, jiġifieri emittent wieħed jista’ jkun marbut ma’ ħafna strumenti, filwaqt li kull strument huwa marbut ma’ emittent wieħed biss. Din ir-rabta bejn l-istrument u l-emittent issir permezz ta’ identifikaturi individwali tal-emittent pprovduti mill-fornituri differenti tad-dejta li tiddaħħal. Dawn l-identifikaturi jvarjaw bejn il-fornituri tad-dejta peress illi, s’issa, ma hemm l-ebda standard komuni iżda għandhom ikunu konsistenti.

 

Jekk il-fornituri tad-dejta li tiddaħħal jipprovdu identifikaturi tal-emittent li huma inkonsistenti (ma jaqblux) għall-istess strument, jiġifieri jekk huma ma jaqblux fuq l-emittent, l-istrument ma jistax jiġi allokat li emittent definittiv u jispiċċa fi “grupp b’nuqqas ta’ qbil”. Gruppi b’nuqqas ta’ qbil xorta jistgħu jkunu kklassifikati b’mod korrett skont il-pajjiż u s-settur iżda ma hemmx rabta konsistenti mal-emittent relevanti tal-istrument.

 

Strumenti fi gruppi b’nuqqas ta’ qbil jipprevjenu l-estrazzjoni konsistenti u affidabbli tal-istrumenti kollha maħruġin minn emittent partikolari.

 

Strumenti fi gruppi b’nuqqas ta’ qbil iżidu r-riskju ta’ misklassifikazzjoni skont il-pajjiż ta’ residenza jew is-settur.

Kunċett:

Għal kull pajjiż ta’ residenza l-metrika għandha tidentifika l-istrumenti fi gruppi b’nuqqas ta’ qbil u torbothom bħala sehem ta’ persentaġġ f’termini ta’ għadd jew f’termini ta’ ammonti monetarju mal-istrumenti kollha għal dak il-pajjiż.

Kopertura:

Il-metrika għandha tkopri l-istrumenti kollha fis-CSDB.

Mira 3a tivvaluta l-identifikazzjoni korretta tal-popolazzjoni tal-emittent.

Fejn hemm nuqqas ta’ ftehim dwar l-emittent ta’ strument, jiġifieri dwar l-istrumenti fi “gruppi b’nuqqas ta’ qbil”, dawn l-istrumenti m’għandhomx jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM.

Attributi espliċiti: Identifikatur tal-emittent użat għall-iggruppjar.

Ammonti pendenti espressi f’euro li jirreferu għal strumenti fi gruppi b’nuqqas ta’ qbil, espressi bħala sehem ta’ persentaġġ tal-istrumenti kollha.

Mira 3b:

Preċiżjoni tad-dejta — appoġġ għall-allokazzjoni korretta tas-settur u l-estrazzjoni tad-dejta skont l-emittent

Sfond kunċettwali:

 

Is-CSDB jorbot l-informazzjoni dwar l-emittent u l-istrument fuq bażi relazzjonali li tista’ tiġi deskritta bħala “waħda għal bosta”, jiġifieri emittent wieħed jista’ jkun marbut ma’ ħafna strumenti, filwaqt li kull strument huwa marbut ma’ emittent wieħed biss. Din ir-rabta bejn l-istrument u l-emittent issir permezz ta’ identifikaturi individwali tal-emittent forniti mill-fornituri differenti tad-dejta li tiddaħħal. Dawn l-identifikaturi jvarjaw bejn il-fornitui tad-dejta peress illi, s’issa, ma hemm l-ebda standard komuni iżda għandhom ikunu konsistenti.

 

Jekk l-ebda fornitur tad-dejta ma jipprovdi identifikatur tal-emittent għal strument partikolari, hemm ir-riskju illi dan l-istrument ma jiġix allokat lil emittent definittiv u jispiċċa fi “grupp indipendenti” li jikkonsisti minn dan l-istrument biss. Gruppi indipendenti xorta jistgħu jkunu kklassifikati b’mod korrett skont il-pajjiż u s-settur iżda ma hemmx rabta konsistenti mal-emittent relevanti tal-istrument.

 

Strumenti fi gruppi indipendenti jipprevjenu l-estrazzjoni konsistenti u affidabbli tal-istrumenti kollha maħruġin minn emittent partikolari.

 

Strumenti fi gruppi indipendenti jżidu r-riskju ta’ misklassifikazzjoni skont il-pajjiż tar-residenza jew is-settur, peress illi huma ta’ spiss mogħtija informazzjoni li mhix kompleta.

Kunċett:

Għal kull pajjiż ta’ residenza l-metrika għandha tidentifika l-istrumenti fi gruppi indipendenti u torbothom bħala sehem ta’ persentaġġ f’termini ta’ għadd jew f’termini ta’ ammonti monetarju mal-istrumenti kollha għal dak il-pajjiż.

Kopertura:

Il-metrika għandha tkopri l-istrumenti kollha fis-CSDB.

Mira 3b tivvaluta l-identifikazzjoni korretta tal-popolazzjoni tal-emittent.

Fejn ma hemmx informazzjoni affidabbli dwar l-emittent ta’ strument, jiġifieri dwar l-istrumenti fi “gruppi indipendenti”, dawn l-istrumenti m’għandhomx jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM.

Attributi espliċiti: Identifikatur tal-emittent użat għall-iggruppjar.

Ammonti pendenti espressi f’euro li jirreferu għal strumenti fi gruppi indipendenti, espressi bħala sehem ta’ persentaġġ tal-istrumenti kollha.

Mira 4:

Preċiżjoni tad-dejta — ammont pendenti ta’ titoli ta’ dejn inkluż ċertifikati

Kunċett:

 

Il-metrika għandha taggrega ammonti pendenti għal titoli ta’ dejn inkluż ċertifikati skont il-pajjiż tar-residenza ta’ kull emittent u skont is-settur tal-emittent skont il-kunċett ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli (SEC).

 

Dan l-aggregat għandu jkun imqabbel mal-figura rispettiva tas-SEC u għandha tiġi kkalkolata l-varjazzjoni mill-persentaġġ tad-dejta tas-CSDB.

 

Differenzi mhux ivverifikati u mhux spjegati m’għandhomx jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM.

Mira 4 tqabbel id-dejta li tinħareġ mis-CSDB mad-dejta ta’ referenza esterna.

Differenzi mhux ivverifikati u mhux spjegati bejn id-dejta aggregata tas-CSDB u l-informazzjoni rispettiva mis-SEC tal-BĊE jew punti ta’ referenza affidabbli oħrajn m’għandhomx, bla ħsara għad-disponibbiltà ta’ din id-dejta ta’ referenza, jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM għall-istess data ta’ referenza għal kull wieħed mis-setturi emittenti tal-ESA li ġejjin:

S.11 “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (S.11 skont ESA 95)

S.121 “il-bank ċentrali” (S.121 skont ESA 95)

S.122 “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti ħlief għall-bank ċentrali” (S.122 skont ESA 95)

S123 “fondi tas-suq tal-flus (MMF)” (S.122 skont ESA 95)

S.124 “fondi ta’ investiment li mhumiex MMF” (S.123 skont ESA 95)

S.125 “intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni” (S.123 skont ESA 95)

S.126 “awżiljarji finanzjarji” (S.124 skont ESA 95)

S.127 “istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u korporazzjonijiet li jipprovdu għoti ta’ flus b’self” (S.123 skont ESA 95)

S.128 “korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (IC)” (S.125 skont ESA 95)

S.129 “fondi tal-pensjoni (PF)” (S.125 skont ESA 95)

S.13 “gvern ġenerali” (S.13 skont ESA 95)

Attributi espliċiti: Ammont pendenti f’euro, kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro.

Attributi impliċiti: id-data tal-ħruġ, id-data tal-maturità, il-valuta, is-settur tal-ESA tal-emittent, il-pajjiż tar-residenza.

Ammont pendenti jew kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro, espressi bħala differenza fil-persentaġġ bejn is-CSDB u l-punt ta’ referenza estern.

Mira 5:

Preċiżjoni tad-dejta — ekwità tal-kapitalizzazzjoni tas-suq

Kunċett:

 

Il-metrika għandha taggrega l-kapitalizzazzjoni tas-suq għal ishma tal-ekwità skont il-pajjiż tar-residenza ta’ kull emittent u settur emittent skont il-kunċett tal-istatistika dwar il-ħruġ ta’ titoli.

 

Dan l-aggregat għandu jkun imqabbel mal-figura rispettiva tas-SEC u għandha tiġi kkalkolata l-varjazzjoni mill-persentaġġ tad-dejta tas-CSDB.

 

Differenzi mhux ivverifikati u mhux spjegati m’għandhomx jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM.

Mira 5 tqabbel id-dejta li tinħareġ mis-CSDB mad-dejta ta’ referenza esterna.

Differenzi mhux ivverifikati u mhux spjegati bejn l-informazzjoni aggregata tas-CSDB u l-informazzjoni rispettiva mis-SEC tal-BĊE jew punti ta’ referenza affidabbli oħrajn m’għandhomx, bla ħsara għad-disponibbiltà ta’ dejta ta’ referenza, jeċċedu l-limitu minimu tad-DQM għall-istess data ta’ referenza għal kull wieħed mis-setturi emittenti tal-ESA li ġejjin:

S.11 “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (S.11 skont ESA 95)

S.121 “il-bank ċentrali” (S.121 skont ESA 95)

S.122 “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti ħlief għall-bank ċentrali” (S.122 skont ESA 95)

S123 “fondi tas-suq tal-flus (MMF)” (S.122 skont ESA 95)

S.124 “fondi ta’ investiment li mhumiex MMF” (S.123 skont ESA 95)

S.125 “intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni” (S.123 skont ESA 95)

S.126 “awżiljarji finanzjarji” (S.124 skont ESA 95)

S.127 “istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u korporazzjonijiet li jipprovdu għoti ta’ flus b’self” (S.123 skont ESA 95)

S.128 “korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (IC)” (S.125 skont ESA 95)

S.129 “fondi tal-pensjoni (PF)” (S.125 skont ESA 95)

S.13 “gvern ġenerali” (S.13 skont ESA 95)

Attributi espliċiti: Ammont pendenti f’euro, numru ta’ ishma pendenti għal ishma kkwotati.

Attributi impliċiti: valuta nominali, settur emittenti skont l-ESA, pajjiż ta’ residenza, valur tal-prezz għal ishma kkwotati (verifika ta’ kampjun biss).

Ammont pendenti jew kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro, espressi bħala differenza fil-persentaġġ bejn is-CSDB u l-punt ta’ referenza estern.

Mira 6:

Preċiżjoni tad-dejta — klassifikazzjoni tal-emittent

Kunċett:

Il-metrika għandha tiggrada l-emittenti għal kull kombinazzjoni ta’ pajjiż ta’ residenza/setturi emittenti skont it-total tal-passiv tagħhjom ibbażat fuq titoli (ekwità u dejn ikkombinati). Il-metrika għandha tindika wkoll il-bidliet fil-gradazzjoni assoluti bejn emittenti differenti biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ outliers sinifikanti f’ammonti pendenti jew kapitalizzazzjoni tas-suq. Il-pajjiż ta’ residenza u l-klassifikazzjoni tas-settur tal-emittent għandhom jiġu vverifikati sal-limitu minimu tad-DQM.

Kopertura:

Din il-metrika għandha tkopri l-ishma kollha f’fond tal-investiment, ekwità u titoli ta’ dejn li m’għandhomx data ta’ maturità ta’ aktar minn tliet xhur.

Mira 6 tivvaluta l-klassifikazzjoni statistika tal-emittenti.

Il-klassifikazzjoni statistika tal-emittenti sal-limitu minimu tad-DQM għandha tiġi vverifikata għal kull wieħed mis-setturi emittenti tal-ESA li ġejjin:

S.11 “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (S.11 skont ESA 95)

S.121 “il-bank ċentrali” (S.121 skont ESA 95)

S.122 “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti ħlief għall-bank ċentrali” (S.122 skont ESA 95)

S123 “fondi tas-suq tal-flus (MMF)” (S.122 skont ESA 95)

S.124 “fondi ta’ investiment li mhumiex MMF” (S.123 skont ESA 95)

S.125 “intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni” (S.123 skont ESA 95)

S.126 “awżiljarji finanzjarji” (S.124 skont ESA 95)

S.127 “istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u korporazzjonijiet li jipprovdu għoti ta’ flus b’self” (S.123 skont ESA 95)

S.128 “korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (IC)” (S.125 skont ESA 95)

S.129 “fondi tal-pensjoni (PF)” (S.125 skont ESA 95)

S.13 “gvern ġenerali” (S.13 skont ESA 95)

Settur tal-ESA tal-emittent, pajjiż ta’ residenza.

Ammont pendenti jew kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro, espressi bħala “kapitalizzazzjoni”, jiġifieri l-ammonti pendenti u l-kapitalizzazzjoni tas-suq għal kull emittent.


(1)  In-numerazzjoni tal-kategoriji tirrifletti n-numerazzjoni introdotta fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, KUMM(2010) 774 finali.


ANNESS II

ATTRIBUTI TA’ FEEDS U OUTPUT FEED DATA KOPERTI MILL-QAFAS TAD-DQM

Il-qafas tad-DQM għandu jkopri l-feeds li ġejjin li jappoġġaw użi differenti:

Feed li jappoġġa statistika esterna (EXT 1.0)

Feed ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura li jappoġġa statistika dwar korporazzjonijiet finanzjarji vettura (FVC 1.0)

Feed ta’ fond ta’ investiment li jappoġġa statistika dwar fondi ta’ investiment (IF 1.0)

Feed ta’ investiment f’titoli li jappoġġa statistika dwar investiment f’titoli (SHS 1.0)

Feed ta’ finanzjament minn titoli tal-gvern li jappoġġa statistika dwar finanzjament minn titoli tal-gvern (GSF 1.0)

Attributi ta’ output feed data li jikkostitwixxu l-feeds appoġġati:

Isem tal-attribut tal-output feed data

Deskrizzjoni

Feed applikabbli

EXT 1.0

FVC 1.0

IF 1.0

SHS 1.0

GSF 1.0

International Security Identification Number (ISIN) code (Kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN))

Identifikatur ISIN ta’ titolu.

Instrument European System of Accounts (ESA) class (Klassi tal-istrument fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA))

Klassifikazzjoni tat-titolu skont l-ESA.

Debt type (Tip ta’ dejn)

Tip ta’ strument ta’ dejn.

 

 

 

Is In securities issues statistics (SEC)

Attribut li jista’ jintuża biex jiġu identifikati titoli li għandhom ikunu nklużi f “ammonti pendenti kurrenti”, b’konformità mad-definizzjonijiet tas-SEC tal-BĊE.

 

 

 

 

Instrument supplementary class (Klassi supplimentari tal-istrument)

Attribut supplimentari: attribut li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ jekk strument għandux ikun inkluż fis-SEC jew le. Dan l-attribut jista’ jieħu valuri bħal 1 = “coupon strip”, 2 = “principal strip”, eċċ.

 

 

 

 

Security status (Stat tat-titolu)

Attribut supplimentari li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ jekk strument għandux ikun inkluż fis-SEC jew le. Dan l-attribut jista’ jindika jekk strument huwiex ħaj jew le.

 

 

 

 

Asset securitisation type (Tip ta’ titolizzazzjoni tal-attiv)

Tip ta’ attiv li bih issir titolizzazzjoni.

 

 

 

Is In the Eligible Assets Database

Attribut li jindika jekk strument huwiex eliġibbli biex jingħata b’rahan bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema.

 

 

 

 

Nominal currency (Valuta nominali)

Valuta nominali tal-istrument (Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandards (ISO) 4217).

Issue Date (Data tal-ħruġ)

Id-data li fiha t-titoli jiġu kkonsenjati lis-sottoskrittur mill-emittent flimkien ma’ pagament. Din hija d-data meta t-titoli jkunu jistgħu jiġu kkonsenjati lil investituri għall-ewwel darba.

Nota: Għal strip, din il-kolonna tindika d-data li fiha l-kupun/prinċipal jiġi stripped.

Maturity date (Data tal-maturità)

Data li fiha jsir il-fidi tal-istrument ta’ dejn.

Residual maturity (Maturità reżidwa)

Il-maturità residwa ta’ strument maħduma fid-data li fih tiġi ffriżata d-dejta.

 

 

 

 

Issuer domicile country (Pajjiż tad-domiċilju tal-emittent)

Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali (domiċilju) tal-emittent tat-titolu (ISO 3166).

Issuer ESA sector (Settur tal-emittent skont l-ESA)

Settur istituzzjonali tal-emittent skont l-ESA.

Issuer European Classification of Economic Activities (NACE) classification (Klassifikazzjoni tal-emittent fil-Klassifikazzjoni Ewropea tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE))

Attività ekonomika ewlenija skont in-NACE.

 

 

 

 

Amount issued (Ammont maħruġ)

Ammont tal-istrument ta’ dejn li jkun tqajjem fil-ħruġ (valur nominali)

Għal strip, din il-kolonna tindika l-ammont li bih ikun ġie stripped il-kupun/prinċipal. Għal titolu maħruġ f’segmenti, taħt ISIN wieħed, din il-kolonna tindika l-ammont kumulattiv maħruġ s’issa.

L-ammont maħruġ huwa ddenominat f’valuta nominali.

 

 

 

 

Amount outstanding (Ammont li għad irid jitħallas)

L-ammont li għad irid jitħallas fil-valur nominali. Għal titolu maħruġ f’segmenti, taħt l-istess ISIN, din il-kolonna tindika l-ammont kumulattiv maħruġ s’issa, nett mill-fidi. Il-valuri huma mogħtija f’valuta nominali.

L-ammont maħruġ jiġi ddenominat f’valuta nominali.

Jekk il-valuta nominali hija nieqsa, l-ammont li għad irid jitħallas jiġi ddenominat f’euro.

 

 

Amount outstanding in euro (Ammont li għad irid jitħallas f’euro)

L-ammont li għad irid jitħallas maqlub f’euro permezz tar-rata tal-kambju tal-euro kontra l-valuta nominali valida fid-data li fih tiġi ffriżata d-dejta.

 

 

 

Market capitalisation (Kapitalizzazzjoni tas-suq)

L-aħħar kapitalizzazzjoni tas-suq disponibbli. Il-kapitalizzazzjoni tas-suq tiġi ddenominata f’valuta nominali.

Jekk il-valuta nominali hija nieqsa, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tiġi ddenominata f’euro.

 

 

 

 

Yield to maturity (Qligħ mal-maturità)

Qligħ mal-maturità speċifiku għal kull titolu f’termini ta’ persentaġġ.

 

 

 

Short name (Isem qasir)

Isem qasir mogħti mill-emittent, iddefinit fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-ħruġ u kull informazzjoni disponibbli.

 

 

 

 

Pool factor (Fattur pool)

Għal titoli abbażi ta’ ipoteka, il-fattur pool jew il-fattur tal-bilanċ principali rimanenti huwa l-bilanċ prinċipali li għad irid jitħallas tal-pool ta’ ipoteki sottostanti għat-titolu diviż bil-bilanċ prinċipali oriġinali.

Quotation basis (Bażi ta’ kwotazzjoni)

Bażi ta’ kwotazzjoni tal-istrument, eż. il-persentaġġ ta’ nominali (perċentwal) jew valuta għal kull sehem/unità (unitajiet).

Price value (Valur tal-prezz)

L-aħħar prezz rappreżentattiv disponibbli tal-istrument fid-data ta’ referenza fuq bażi ta’ kwotazzjoni u valuta nominali, jekk applikabbli, tal-istrument. Għal titoli li jirrendu l-imgħax, il-prezz mingħajr imgħax jingħata, jiġifieri bl-esklużjoni ta’ imgħax akkumulat.

Price value type (Tip tal-valur tal-prezz)

Natura tal-valur tal-prezz, jiġifieri jekk jirrappreżenta valutazzjoni tas-suq, stimat jew valur default.

Monthly average price (Prezz medju ta’ kull xahar)

Medja tal-prezzijiet normalizzati tal-istrument disponibbli fl-aħħar 30 jum tal-kalendarju sad-data ta’ referenza fuq bażi ta’ kwotazzjoni u l-valuta nominali, jekk disponibbli, tal-istrument.

 

 

 

Redemption type (Tip ta’ fidi)

 

 

 

 

 

Redemption frequency (Frekwenza tal-fidi)

Numru ta’ fidi kull sena għal strument ta’ dejn.

 

 

 

 

Redemption price (Prezz tal-fidi)

Prezz tal-fidi finali.

 

 

 

 

Accrued interest (Interess akkumulat)

Interess akkumulat mill-aħħar pagament ta’ kupun jew mid-data li fiha beda jakkumula l-imgħax. Għal titoli li jirrendu l-imgħax, iż-żieda ta’ dan il-valur lill-valur tal-prezz jirriżulta fl-hekk imsejjaħ “prezz maħmuġ” (dirty price).

 

Accrued income factor (Fattur ta’ introjtu akkumulat)

Fattur ta’ introjtu speċifiku mit-titolu ta’ kuljum f’persentaġġ ikkalkulat skont il-metodu tad-debitur. Il-fattur huwa bbażat fuq akkumulazzjonijiet, jiġifieri li jingħata l-effett ikkombinat tal-imgħax akkumulat u l-introjtu dovut għad-differenza fil-prezz tal-ħruġ u dak tal-fidi.

 

Coupon type (Tip ta’ kupun)

Tip ta’ kupun eż. fiss, varjabbli, stepped, eċċ.

 

 

 

Last coupon rate (L-aħħar rata tal-kupun)

L-aħħar rata tal-kupun attwalment imħallsa kull sena bħala persentaġġ (rata annwalizzata).

 

Last coupon date (L-aħħar data tal-kupun)

L-aħħar data tal-kupun attwalment imħallas. L-attribut jippermetti l-identifikazzjoni ta’ jekk l-aħħar rata tal-kupun attwalment imħallsa tidħolx fil-perijodu ta’ rappurtar jew le.

 

Last coupon frequency (L-aħħar frekwenza tal-kupun)

Il-frekwenza ta’ kull sena, li fiha qed titħallas l-aħħar rata tal-kupun: “annwali” tinbidel f’ AN, “semi-annwali” f’ SA, eċċ.

 

Dividend ammont (Ammont tad-dividend)

Ammont tal-aħħar pagament tad-dividend għal kull sehem (bit-tip tal-ammont tad-dividend) qabel it-taxxa (dividend gross).

 

 

Dividend amount type (Tip tal-ammont tad-dividend)

L-ammont tad-dividend għal kull sehem jista’ jkun iddenominat fil-valuta tad-dividend jew f’numru ta’ ishma.

 

 

Dividend currency (Valuta tad-dividend)

Kodiċi ISO 4217 tal-valuta tal-pagament tal-aħħar dividend.

 

 

Dividend Settlement date (Data tas-Saldu tad-Dividend)

Data tas-saldu tal-pagament tal-aħħar dividend. L-attribut jippermetti li jiġi identifikat jekk l-ammont tad-dividend imħallas jidħolx fil-perijodu ta’ rappurtar jew le.

 

 

Last split factor (Fattur tal-aħħar frazzjonament)

Frazzjonamenti (splits) ta’ stokks u reverse splits ta’ ishma.

 

 

Last split date (L-aħħar data tal-frazzjonament)

Id-data li fiha l-frazzjonament tal-istokk isir effettiv.

 

 


Top