EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0019
2010/673/EU: Decision of the European Central Bank of 2 November 2010 amending Decision ECB/2007/7 concerning the terms and conditions of TARGET2-ECB (ECB/2010/19)
2010/673/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2010/19)
2010/673/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2010/19)
OJ L 290, 6.11.2010, p. 53–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/53 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Novembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE
(BĊE/2010/19)
(2010/673/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1),
Wara li kkunsidra d-Deċiżioni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (2),
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2010/12 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (3), inter alia, (a) biex jieħu kont tal-aġġornamenti għal TARGET2 verżjoni 4.0, partikolarment sabiex parteċipanti jitħallew ikollhom aċċess għal kont PM wieħed jew aktar permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet; u (b) biex jirrifletti numru ta’ bidliet tekniċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jiġu ċċarati xi kwistjonijiet. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jsiru emendi ta’ konformità lil Deċiżjoni BĊE/2007/7, sabiex jiġu implimentati uħud mill-elementi tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2010/12 fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE
L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE2007/7 li fih it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Novembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.
(3) ĠU L 261, 5.10.2010, p. 6.
ANNESS
It-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 28(2) huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Artikolu 32(2), il-kelma “Community” tinbidel bil-kelma “Union”. |
4. |
L-Artikolu 33(1) huwa mibdul b’li ġej: “1. Participants shall be deemed to be aware of, and shall comply with, all obligations on them relating to legislation on data protection, prevention of money laundering, the financing of terrorism, proliferation-sensitive nuclear activities and the development of nuclear weapons delivery systems, in particular in terms of implementing appropriate measures concerning any payments debited or credited on their PM accounts. Participants shall also acquaint themselves with the network service provider’s data retrieval policy prior to entering into the contractual relationship with the network service provider.”. |
5. |
Fl-Artikolu 34(1), il-kelma “SWIFT” hija mibdula bil-kelma “BIC”. |
6. |
L-Artikolu 38(2) huwa mibdul b’li ġej: “2. Without prejudice to the competence of the Court of Justice of the European Union, any dispute arising from a matter relating to the relationship referred to in paragraph 1 falls under the exclusive competence of the courts of Frankfurt am Main”. |
7. |
F’Appendiċi I, l-aħħar tliet ringieli tat-tabella fil-paragrafu 2(1) huma mibdulin b’li ġej:
|
8. |
F’Appendiċi V, l-aħħar ringiela tat-tabella fil-paragrafu 3 hija mibdula b’li ġej:
|