EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1746

Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Settembru, 2003 li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2003/10)

OJ L 250, 2.10.2003, p. 17–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 307 - 309
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 197 - 199
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 197 - 199

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1746/oj

32003R1746



Official Journal L 250 , 02/10/2003 P. 0017 - 0019


Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Settembru 2003

li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

(BĊE/2003/10)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru, 1998, dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [1], partikolarment l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4),

Billi:

(1) Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta' Novembru, 2001, dwar il-karta tal-bilanċikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji [2] jeżiġi li d-data statistika kklassifikata skond il-pajjiż u l-valuta, l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFMi) jirrappurtawha kull trimestru. Madankollu, fil-preżent din id-data jeżiġiha biss dwar dawk l-Istati li jkunu Membri ta' l-Unjoni Ewropea (UE) meta jiġi addottat. Għalhekk għandu jiġi emendat biex l-obbligi tar-rappurtaġġ jiġu estiżi għal data dwar il-pajjiżi li se jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Mejju, 2004.

(2) Bħalissa, ħafna mid-data dwar il-pajjiżi msemmija hija x'aktarx insinifikanti. Il-benefiċċju li jirriżulta milli tidentifika separatament id-data insinifikanti x'aktarx ikun inqas mill-ispejjeż assoċjati mal-ġbir tagħha. B' konformita' mal-flessibbiltà li teżisti diġà u li hija permessa bir-Regolament BĊE/2001/13, fil-kalkulazzjoni tal-figuri ta' kull trimestru fejn wieħed jistà juri li d-data involuta aktarx ma tkunx sinifikanti minn figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni, il-prinċipju tal-flessibbiltà għandu wkoll jiġi applikat fil-każ tar-rappurtaġġ ta' data ġdida. Għal dan il-għan, il-banek ċentrali nazzjonali jevalwaw regolarment jekk id-data hijiex sinifikanti jew le.

(3) Ir-Regolament BĊE/2001/13 jeħtieġ isirulu emendi oħra minħabba l-kodifikazzjoni tar-Regolament BĊE/1998/15 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi [3],

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament BĊE/2001/13 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4, qed tiżdied is-sentenza li ġejja mal-paragrafu 2:

"B'referenza għall-paragrafi 6a u 7a ta' l-ewwel parti 1, is-sezzjoni IV ta' l-anness I, kull BĊN għandu jeżamina jekk id-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#", fit-tabelli 3 u 4 tat-tieni parti ta' l-anness I, hijiex insinifikanti, u għandu jinforma lill-aġenti tar-rappurtaġġ meta ma jkunx jeħtieġ li din tiġi rrappurtata."

2. L-Artikolu 5(2) huwa rrevokat.

3. L-Annessi I u V huma emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

4. L-Anness II huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) u (3) għandu japplika mill-1 ta' Mejju, 2004. L-Artikolu 1(2) u (4) għandu japplika mill-10 ta' Marzu, 2004.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Settembru, 2003.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[2] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament BĊE/2002/8 (ĠU L 330, tas-6.12.2002, p. 29).

[3] ĠU L 356, tas-30.12.1998, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2002/3 (ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 9).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-annessi I, II u V għar-Regolament BĊE/2001/13 huma emendati kif ġej:

(1) L-anness I huwa emendat kif ġej:

(a) L-ewwel parti, is-sezzjoni IV hija emendata kif ġej:

(i) Jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

"6a. L-aġenti tar-rappurtaġġ jirrappurtaw id-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mhux immarkati bis-simbolu "#" fit-tabella 3 tat-tieni parti.

L-aġenti tar-rappurtaġġ jirrappurtaw ukoll id-data li għandha x' taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#". Madankollu, jekk il-figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li din id-data hija insinifikanti, il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li din tiġi rrappurtata. Kull BĊN jinforma lill-aġenti tar-rappurtaġġ b'din id-deċiżjoni."

(ii) Jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:

"7a. L-aġenti tar-rappurtaġġ jirrappurtaw id-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mhux immarkati bis-simbolu "#" fit-tabella 4 tat-tieni parti.

L-aġenti tar-rappurtaġġ jirrappurtaw ukoll id-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#". Madankollu, jekk il-figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li din id-data hija insinifikanti, il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu biex ma jitolbux li din tiġi rrappurtata. Kull BĊN jinforma lill-aġenti tar-rappurtaġġ b'din id-deċiżjoni."

(iii) Jiżdied il-paragrafu 9a li ġej:

"9a. Meta d-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#" hija insinifikanti imma l-BĊNi xorta jiġbruha, din tistà tintbagħat mill-BĊNi lill-BĊE b'dewmien ta' xahar ieħor mill-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta' xogħol li jiġi wara t-tmiem tat-trimestru li miegħu din id-data jkollha x'taqsam. Huma l-BĊNi li jiddeċiedu meta jkollhom bżonn jirċievu d-data mill-aġenti tar-rappurtaġġ biex ikunu jistgħu jissodisfaw din l-iskadenza."

(b) It-tieni parti hija emendata kif ġej:

(i) Fit-tabella 3 (Klassifikazzjoni skond il-pajjiż):

- Taħt l-intestatura "B. Stati Membri parteċipanti oħra (i.e. eskluż is-settur domestiku) + parti minn Ċ. Il-bqija tad-dinja (Stati Membri)", il-kolonni huma mdaħħla biex jirrappreżentaw kull pajjiż li se jissieħeb fl-UE fl-1 ta' Mejju, 2004. Kull kaxxa f'kull waħda mill-kolonni msemmija hija mmarkata bis-simbolu "#".

- Fl-intestatura ta' l-aħħar kolonna, il-kliem "(esklużi l-Istati Membri)" huma mibdula b' "(esklużi DK, SE, GB)".

- Tiżdied in-"Nota Ġenerali" li ġejja mat-tabella: "Jekk il-figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li d-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#" hija insinifikanti, il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li din tiġi rrappurtata."

(ii) Fit-tabella 4 (Klassifikazjoni skond il-valuta):

- Taħt l-intestatura "Il-valuta ta' Stati Membri oħra", jiddaħħlu kolonni biex jirrappreżentaw kull pajjiż li se jissieħeb fl-UE fl-1 ta' Mejju, 2004. Kull kaxxa f'kull waħda minn dawn il-kolonni msemmija hija mmarkata bis-simbolu "#".

- L-ewwel filliera tinbidel b'dan li ġej:

"ELEMENTI FIL-KARTA TAL-BILANC | Il-valuti kollha flimkien | Ewro | Il-valuta ta' Stati Membri oħra | Valuti oħra |

[Kaxxi li jirrappreżentaw il-valuta ta' kull Stat Membru] | Total | USD | JPY | CHF | Il-valuti li jifdal flimkien |

(…) |

- Tiżdied in-"Nota Ġenerali" li ġejja mat-tabella: "Jekk il-figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li d-data li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#" huma insinifikanti, il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li din tiġi rrappurtata."

(2) Fl-anness II, l-ewwel parti 1, il-paragrafu 2, jitħassar il-kliem "(xahar wieħed)".

(3) Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin, 1a, 1b u 2a, fl-anness V:

"1a. Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtaġġ skond dan ir-Regolament li għandu x'jaqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#" jibda bid-data ta' kull trimestru għall-perjodu li jispiċċa f'Ġunju 2004.

1b. Jekk il-BĊN relevanti jiddeċiedi li ma jitlobx l-ewwel rappurtaġġ tad-data insinifikanti li jibda bid-data ta' kull trimestru għall-perjodu li jispiċċa f'Ġunju 2004, ir-rappurtaġġ jibda 12-il xahar wara li jinforma lill-aġenti tar-rappurtaġġ li d-data tkun meħtieġa.

2a. Għall-ewwel 12-il xhar li tkun rrappurtata, id-data sinifikanti li għandha x'taqsam mal-kaxxi mmarkati bis-simbolu "#" tista' tiġi rrappurtata lill-BĊE, b'dewmien ta' xahar ieħor mill-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta' xogħol li jiġi wara t-tmiem tat-trimestru li miegħu jkollha x'taqsam din id-data. Huma l-BĊNi li jiddeċiedu meta jkollhom bżonn li jirċievu d-data mill-aġenti tar-rappurtaġġ biex ikunu jistgħu jissodisfaw din l-iskadenza."

--------------------------------------------------

Top