EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004O0013

Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva fl-euro mill-Ewrosistema għal banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u għal organizzazzjonijiet internazzjonali

OJ L 241, 13.7.2004, p. 68–71 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 267M, 12.10.2005, p. 36–39 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006O0004

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2004/546/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

36


LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta' l-1 ta' Lulju, 2004

dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva fl-euro mill-Ewrosistema għal banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u għal organizzazzjonijiet internazzjonali

(BĊE/2004/13)

(2004/546/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 23,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 23 flimkien ma' l-Artikolu 43.4 ta' l-istatut, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati Membri li addottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet ma' banek ċentrali f'pajjiżi oħra, u fejn ikun xieraq, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jwettqu kull tip ta' tranżazzjonijiet bankarji fir-relazzjonijiet tagħhom ma' terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)

Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li l-Ewrosistema għandha taġixxi bħala sistema waħda meta tipprovdi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil dawn il-klijenti, mingħajr ma jingħata każ tal-membru ta' l-Ewrosistema li permezz tiegħu dawn s-servizzi huma pprovduti. Għal dan il-għan, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li hu meħtieġ li jaddotta din il-Linja ta' Gwida biex jiżgura, inter alia, li s-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema huma pprovduti fuq bażi standardizzata skond termini u kundizzjonijiet armonizzati, li l-BĊE jirċievi informazzjoni adegwata dwar dawn is-servizzi, u li l-karatteristiċi komuni minimi meħtieġa f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti huma identifikati.

(3)

Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li hu meħtieġ li jikkonferma li l-informazzjoni kollha, id-data u d-dokumenti abbozzati minn u/jew skambjati bejn il-membri ta' l-Ewrosistema fil-kuntest tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, huma ta' natura kunfidenzjali u huma suġġetti għall-Artikolu 38 ta' l-istatut.

(4)

Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-istatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità''.

ADDOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:

“kull tip ta” tranżazzjonijiet bankarji' għandha tinkludi l-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil banek ċentrali f'terzi pajjiżi, lil pajjiżi terzi nfishom u lil organizzazzjonijiet internazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar tar-riżervi ta' dawk il-banek ċentrali, tal-pajjiżi u ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali,

“personal tal-BĊE awtorizzat” għandha tfisser dawk il-persuni fil-BĊE kif għandhom jiġu identifikati mill-Bord Eżekuttiv minn żmien għal żmien, bħala dawk il-persuni awtorizzati biex jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema,

“banek ċentrali” għandha tinkludi awtoritajiet monetarji,

“klijent” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż barra l-Unjoni Ewropea (non-EU) (inkluża kwalunkwe awtorita pubblika jew aġenzija tal-gvern), kwalunkwe bank ċentrali jew awtorita monetarja barra l-UE, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li qed tirċievi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema minn membru ta' l-Ewrosistema,

“servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema” għandha tfisser servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva msemmija fl-Artikolu 2 li jistgħu jiġu pprovduti minn membri ta' l-Ewrosistema lill-klijenti, u li jħallu lill-klijenti biex jimmaniġġjaw b'mod komprensiv ir-riżervi tagħhom permezz ta' membru wieħed ta' l-Ewrosistema,

Eurosystem Serviċe Provider” (ESP) għandha tfisser membru ta' l-Ewrosistema li jinkariga ruħu biex jipprovdi s-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema,

“Individual Serviċe Provider” (ISP) għandha tfisser membru ta' l-Ewrosistema li ma jinkarigax ruħu biex jipprovdi s-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema,

“organizzazzjoni internazzjonali” għandha tfisser kwalunkwe organizzazzjoni, minbarra korpi u istituzzjonijiet tal-Komunita', stabbilita mill- jew skond l-awtorita ta' xi trattat internazzjonali,

“riżervi” għandha tfisser l-attiv eliġibbli u denominat fl-ewro tal-klijent, i.e. flus kontanti u t-titoli kollha li huma eliġibbli bħala “tier one assets” tad-database ta' l-attiv eliġibbli ta' l-Ewrosistema, kif ippubblikati u aġġornati kuljum fuq il-website tal-BĊE, bl-eċċezzjoni ta' kemm it-titoli li jaqgħu taħt “issuer group 3” u, għall-issuer groups li jifdal, it-titoli li jaqgħu taħt “kategorija ta' likwidita IV”. Għall-fini ta' din il-Linja ta' Gwida, riżervi ma jinkludux la l-attiv miżmum esklussivament għall-iskop li jintlaħqu l-obbligi relatati mal-penzjoni tal-klijent, fil-konfront ta' l-istaff eżistenti jew ta' qabel, lanqas il-kontijiet mirhuna u miftuħa minn xi klijent ma' xi membru ta' l-Ewrosistema, għall-iskopijiet ta' l-ippjanar mill-ġdid tad-dejn pubbliku fi ħdan il-qafas ta' ftehim internazzjonali,

“terzi pajjiżi” għandha tfisser pajjiżi barra l-UE.

Artikolu 2

Lista ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema

Is-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema għandhom jikkonsistu f'li ġejjin:

1.

Kontijiet ta' kustodja (safe keeping) għar-riżervi;

2.

Servizzi kustodji (safe keeping):

(a)

rendikonti ta' kustodja ta' l-aħħar tax-xahar, bil-possibbilta li fuq it-talba tal-klijent tipprovdi wkoll rendikonti f'dati oħra;

(b)

it-trasmissjoni ta' rendikonti permezz tas-SWIFT lill-klijenti kollha li jistgħu jirċievu rendikonti permezz tas-SWIFT, u permezz ta' mezzi oħra addattati għal dawk il-klijenti li ma jistgħux jużaw l-ISWIFT;

(ċ)

in-notifikazzjoni ta' azzjonijiet tal-kumpaniji (ċorporate aċtions) (e.ż. ħlasijiet bil-kupun (ċoupon payments) u fidi) dwar holdings ta' titoli tal-klijenti;

(d)

l-ipproċessar ta' azzjonijiet tal-kumpaniji (ċorporate aċtions) f'isem il-klijenti;

(e)

l-iffaċilitar ta' arranġamenti bejn il-klijenti u l-aġenti bħala terzi partijiet, skond ċertu restrizzjonijiet, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-operat ta' programmi ta' self ta' titoli awtomatiċi.

3.

Servizzi ta' ħlas:

(a)

servizzi bla ħlas/kunsinna kontra servizzi ta' finalita'' ta' ħlas għat-titoli kollha denominati fl-ewro li għalihom huma pprovduti kontijiet ta' kustodja;

(b)

il-konferma tal-finalita'' ta' l-operazzjonijiet kollha permezz tas-SWIFT (jew permezz ta' mezzi oħra addattati għal dawk il-klijenti li ma jistgħux jużaw l-ISWIFT).

4.

Servizzi ta' flus kontanti/investiment:

(a)

ix-xiri/il-bejgħ tal-kambju ta' flus barranin għall-kontijiet tal-klijent fuq bażi prinċipali, li jkopri x-xiri/l-bejgħ fil-pront (spot purhċase/sale) ta' l-ewro kontra l-valuti tal-Ġ10 barra ż-żona ta' l-ewro bħala minimu;

(b)

servizzi ta' depożitu għal term fiss fuq bażi ta' aġenzija;

(ċ)

bilanċi ta' kreditu overnight:

bilanċi ta' EUR 100 000 taħt liema ammont ma tiġi offruta l-ebda remunerazzjoni,

Tier 1 — investiment awtomatiku ta' ammont fiss u limitat għal kull klijent fuq bażi prinċipali,

Tier 2 — possibbilta ta' investiment ta' fondi ma' parteċipanti fis-suq fuq bażi ta' aġenzija.

(d)

l-eżekuzzjoni ta' l-investimenti għall-klijenti skond l-istruzzjonijiet permanenti tagħhom u skond is-sett tas-servizzi ta' l-Ewrosistema;

(e)

l-eżekuzzjoni ta' l-ordnijiet tal-klijenti għal xiri/bejgħ ta' titoli fis-suq sekondarju.

Artikolu 3

Proviżjon ta' servizzi mill-ESPs u l-ISPs

1.   Fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, qed issir distinzjoni bejn il-membri ta' l-Ewrosistema bħala jew ESP jew ISP.

2.   Flimkien mas-servizzi indikati fl-Artikolu 2, kull ESP jista' wkoll joffri servizzi oħra ta' l-immaniġġjar tar-riżerva lill-klijenti. Xi ESP għandu jiddetermina dawn is-servizzi fuq bażi individwali u dawn is-servizzi ma għandhomx ikunu suġġett għal din il-Linja ta' Gwida.

3.   Xi ISP għandu jkun suġġett għal din il-Linja ta' Gwida, u għall-obbligi tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema fir-rigward ta' servizz wieħed jew aktar ta' l-immaniġġjar tar-riżerva, jew fir-rigward ta' parti minn dak is-servizz, li dan l-ISP jipprovdi u li jagħmel parti mis-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema. Barra minn dan, kull ISP jista wkoll joffri servizzi oħra ta' l-immaniġġjar tar-riżerva lill-klijenti u għandu jiddetermina dawn is-servizzi fuq bażi individwali. Dawn is-servizzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema

1.   Membri ta' l-Ewrosistema għandhom jipprovdu lill-personàl awtorizzat tal-BĊE b' kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil klijenti ġodda u eżistenti, u jinfurmawh ukoll meta xi klijent potenzjali javviċinahom.

2.   Qabel ma l-membri ta' l-Ewrosistema jikxfu l-identità ta' klijent eżistenti, ġdid jew potenzjali, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jakkwistaw il-kunsens għall-kxif ta' l-identità tal-klijent.

3.   Jekk ma jakkwistax il-kunsens, il-membru ta' l-Ewrosistema interessat għandu jipprovdi lill-personàl awtorizzat tal-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa mingħajr ma jikxef l-identità tal-klijent.

Artikolu 5

Projbizzjoni u sospensjoni tal-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema

1.   Il-BĊE se jżomm għall-konsultazzjoni mill-membri ta' l-Ewrosistema, lista ta' klijenti eżistenti jew potenzjali u li r-riżervi tagħhom huma milquta minn ordni ta' iffriżar jew xi miżura simili, imposta jew minn wieħed mill-istati Membri ta' l-UE abbażi tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda jew mill-Unjoni Ewropea.

2.   Jekk abbażi ta' xi miżura jew deċiżjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, addottati għal politika nazzjonali jew għal raġunijiet ta' interess nazzjonali, minn membru ta' l-Ewrosistema jew mill-istat Membru li fih ikun qiegħed il-membru ta' l-Ewrosistema, il-membru ta' l-Ewrosistema jissospendi l-proviżjon tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil xi klijent eżistenti, jew jirrifjuta li jipprovdi dawn is-servizzi lil xi klijent ġdid, dan il-membru għandu jinnotifika minnufih lill-personàl awtorizzat tal-BĊE. Il-personàl tal-BĊE awtorizzat għandu jinforma minnufih lill-membri l-oħra ta' l-Ewrosistema. Miżura jew deċiżjoni bħal din m'għandhiex iżżomm il-membri l-oħra ta' l-Ewrosistema milli jipprovdu servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil dawk il-klijenti.

3.   L-Artikolu 4(2) u (3) għandhom japplikaw għal kwalunkwe kxif ta' l-identità ta' xi klijent eżistenti jew potenzjali magħmula skond il-paragrafu 2.

Artikolu 6

Responsabbilta għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema

1.   Kull membru ta' l-Ewrosistema għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti tiegħu li huwa jikkonsidra xierqa għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema.

2.   Salvi xi kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi u applikabbli, jew miftiehma minn membru ta' l-Ewrosistema, kull membru ta' l-Ewrosistema li jipprovdi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, jew xi parti minn dawn is-servizzi, lill-klijenti tiegħu, għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe servizzi bħal dawn li huwa jipprovdi.

Artikolu 7

Karatteristiċi komuni minimi addizzjonali f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti

Il-membri ta' l-Ewrosistema għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom mal-klijenti jkunu, mill-1 ta' Jannar, 2005, konsistenti ma' din il-linja ta' Gwida u mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali li ġejjin. L-arranġamenti kuntrattwali għandhom:

(a)

jiddikjaraw li l-kontroparti tal-klijent huwa l-membru ta' l-Ewrosistema li miegħu dak il-klijent ikun ikkonkluda arranġament għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema jew għall-proviżjon ta' xi parti minnhom, u li fih innifsu dak l-arranġament ma joħloqx drittijiet tal-klijent jew jeddijiet fil-konfront ta' kwalunkwe membru ieħor ta' l-Ewrosistema. Din id-dispożizzjoni ma żżommx xi klijent milli jkollu xi arranġament ma' bosta membri ta' l-Ewrosistema;

(b)

jirreferu għar-rabtiet (links) li jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' titoli miżmuma mill-kontropartijiet tal-klijenti, u għar-riskji relevanti fl-użu ta' rabtiet (links) mhux evalwati għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja;

(ċ)

jirreferu għall-fatt li ċerti tranżazzjonijiet fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema għandhom jitwettqu bl-akbar prudenza u diliġenza possibbli;

(d)

jirreferu għall-fatt li l-membru ta' l-Ewrosistema jistà jagħmel suġġerimenti lill-klijenti dwar iż-żmien u l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni biex jevita kunflitti mal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju ta' l-Ewrosistema, u li dan il-membru m' għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenzi li dawk is-suġġerimenti jistgħu jkollhom għall-klijent;

(e)

jirreferu għall-fatt li t-tariffi li l-membri ta' l-Ewrosistema jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema huma suġġetti għal reviżjonijiet mill-Ewrosistema, u li l-klijenti għandhom, skond il-liġi applikabbli, ikunu marbuta bir-reviżjonijiet tat-tariffi li jistgħu jirriżultaw minn dawn ir-reviżjonijiet.

Artikolu 8

Ir-rwol tal-BĊE fil-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema

Il-BĊE se jikkoordina l-proviżjon ġenerali ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema u l-qafas informattiv relatat. Kull membru ta' l-Ewrosistema li jsir ESP jew li jittermina l-istatus tiegħu bħala ESP għandu jinforma lill-BĊE dwar dan.

Artikolu 09

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, 2004.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar, 2005.

Artikolu 10

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-1 ta' Lulju, 2004.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top