EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0010(01)

2004/507/: 2004/507/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-23 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2004/10)

OJ L 205, 9.6.2004, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0026

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/507/oj

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/19


Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew

tat-23 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti

(BĊE/2004/10)

(2004/507/KE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 48,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li ma kinux se jaddottaw l-ewro fl-1 ta' Jannar, 2004, għandhom iħallsu fl-1 ta' Jannar, 2004, bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN li se jagħmel parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament).

(3)

Fl-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun ta'5 564 669 247,19 ewro.

(4)

L-iskema kapitali estiża teħtieġ l-addozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2003/19 b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, u biex tiddetermina l-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux għadhom addottaw l-ewro sal-1 ta' Mejju, 2004, (minn issa' l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom iħallsu fl-1 ta' Mejju, 2004,

(5)

Minħabba l-Artikolu 3.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi taċ-Česká národní banka, ta' l-Eesti Pank, tas-Central Bank of Cyprus, tal-Latvijas Banka, tal-Lietuvos bankas, tal-Magyar Nemzeti Bank, tal-Bank Ċentrali ta' Malta, tan-Narodowy Bank Polski, tal-Banka Slovenije u tan-Národná banka Slovenska kellhom l-opportunita' biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma tiġi addottata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ammont u l-modalita` tal-ħlas tal-kapital

Fl-1 ta' Mejju, 2004, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE. Filwaqt li jieħu konsiderazzjoni tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali deskritti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/5, kull BĊN mhux parteċipanti għandu għalhekk iħallas fl-1 ta' Mejju, 2004, l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux parteċipanti (EUR)

Česká národní banka

5 680 860,54

Danmarks Nationalbank

6 101 159,01

Eesti Pank

694 915,90

Central Bank of Cyprus

506 384,90

Latvijas Banka

1 160 010,95

Lietuvos bankas

1 723 656,30

Magyar Nemzeti Bank

5 408 190,75

Bank Ċentrali ta’ Malta

252 023,87

Narodowy Bank Polski

20 013 889,41

Banka Slovenije

1 302 967,30

Národná banka Slovenska

2 783 948,38

Sveriges Riksbank

9 400 451,41

Bank of England

56 022 530,23

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Danmarks Nationalbank, Sveriges Riksbank u l-Bank of England diġa' ħallsu 5 % tas-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sat-30 ta' April, 2004, skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/19. Minħabba dan, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi lura ammont lura mingħandu, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1.

2.   Kull wieħed mill-BĊNi l-oħra mhux parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1.

3.   It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April, 2004, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta’ April, 2003.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 31.

(2)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(3)  Ara paġna 9 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.


Top