EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004O0004
Guideline of the European Central Bank of 21 April 2004 amending Guideline ECB/2001/3 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (ECB/2004/4)
2004/501/KE:
Linja ta’ gwida tal-bank ċnetrali ewropew tal-21 ta’ April, 2004 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (BĊE/2004/4)
2004/501/KE:
Linja ta’ gwida tal-bank ċnetrali ewropew tal-21 ta’ April, 2004 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (BĊE/2004/4)
ĠU L 205, 9.6.2004, p. 1–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 15/03/2006
9.6.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
L 205/1 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊNETRALI EWROPEW
tal-21 ta’ April, 2004
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET)
(BĊE/2004/4)
(2004/501/KE)
IL-KUSNILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, partikolarment l-Artiklu 105(2),
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 3.1, l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artikli 17, 18 u 22,
Billi:
(1) |
Ir-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat u r-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-iStatut jagħti s-setgħa lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) biex jippromwovu l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas. |
(2) |
Skond l-Artiklu 22 ta' l-iStatut, il-BĊE u l-BĊNi jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jassiguraw sistemi effiċjenti u sodi ta' ikklerjar u ħlas ġewwa l-Komunita 'u ma' pajjiżi oħra. |
(3) |
Jinħtieġ li l-Linja ta' Gwida BĊE/2001/3 tas-of 26 ta' April, 2001 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (1) tiġi emendata biex tirrifletti dawn li ġejjin: l-ewwel, id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv ta' l-24 ta' Ottubru, 2002, li l-BĊNi ta' l-għaxar pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju, 2004, għandhom ikollhom id-dritt biex jikkonnnettjaw mat-TARGET mingħajr ma jkunu obbligati biex jagħmlu dan; it-tieni, il-bidliet dwar it-tariffi pagabbli dwar l-iSkema ta' Kumpens tat-TARGET. |
(4) |
Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-iStatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunita'. |
ADDOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ta’ emenda
Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artiklu 2 huwa emendat kif ġej: L-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija sostituta b’dan li ġej: “Is-sistema RTGS ta' l-Istati Membri li m' addottawx l-ewro jistgħu jikkonnettjaw mat-TARGET sakemm is-sistemi RTGS jikkonformaw mal-karatteristiċi komuni minimi stabbilti fl-Artiklu 3 u huma kapaċi biex jipproċessaw l-ewro bħala valuta barranija flimkien mal-valuta nazzjonali rispettiva tagħhom.’ |
(2) |
B'effett mill-1 ta' Awwissu, 2004, l-Artiklu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness I huwa sostitut bit-test fl-Anness ma' din il-Linja ta' Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju, 2004.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta’ April, 2004.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 140, 24.5.2001, p. 72. Il-Linja ta' Gwida kif l-aħħar emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2003/6 (ĠU L 113, 7.5.2003, p. 10).
ANNESS
SISTEMI NAZZJONALI RTGS
Stat Membru |
Isem tas-sistema |
Aġent regolatur |
Post |
Il-Belġju |
Electronic Large-value Interbank Payment System (ELLIPS) |
Banque Nationale de Belgique/Nationale Bank van België |
Brussell |
Il-Ġermanja |
RTGSplus |
Deutsche Bundesbank |
Frankfurt |
Il-Greċja |
Hellenic Real-time Money Transfer Express System (HERMES) |
Bank of Greece |
Ateni |
Spanja |
Servicios de Liquidación del Banco de España (SLBE) |
Banco de España |
Madrid |
Franza |
Transferts Banque de France (TBF) |
Banque de France |
Pariġi |
L-Irlanda |
Irish Real-time Interbank Settlement System (IRIS) |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
Dublin |
L-Italja |
Sistema di regolamento lordo (BIREL) |
Banca d’Italia |
Ruma |
Il-Lussemburgu |
Luxembourg Interbank Payment Systems (LIPS-Gross) |
Banque centrale du Luxembourg |
Il-Lussemburgu |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
TOP |
De Nederlandsche Bank |
Amsterdam |
L-Awstrija |
Austrian Real-time Interbank Settlement System (ARTIS) |
Oesterreichische Nationalbank |
Vjenna |
Il-Portugall |
Sistema de Pagamentos de Grandes Transacções (SPGT) |
Banco de Portugal |
Lisbona |
Il-Finlandja |
Bank of Finland (BoF-RTGS) |
Suomen Pankki |
Ħelsinki |