EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0015(01)

2013/357/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranin ittrasferiti (BĊE/2013/15)

OJ L 187, 6.7.2013, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0026(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/357/oj

6.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/9


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranin ittrasferiti

(BĊE/2013/15)

(2013/357/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba d-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea u li l-bank ċentrali nazzjonali tagħha (BĊN), Hrvatska narodna banka, jingħaqad fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Lulju 2013, id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-espansjoni tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, l-ippeżar ġdid assenjat lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital estiża (minn hawn ‘il quddiem l-“ippeżar tal-iskema tal-kapital”).

(2)

L-aġġustamenti għall-ippeżar fl-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE jagħmlu neċessarju li jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE jkun ikkredita skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi taż-żona tal-euro”) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżerva barranin minn BĊNi taż-żona tal-euro lill-BĊE (minn hawn ‘il quddiem il-“klejms”). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba iż-żieda fl-ippeżar tagħhom fl-iskema tal-kapital sa mill-1 ta’ Lulju 2013, għandhom minħabba f’hekk iwettqu trasferiment ta’ kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba dan it-tnaqqis fl-ippeżar tagħhom fl-iskema tal-kapital.

(3)

Il-limitu fuq l-ammont ta’ assi ta’ rizerva barranin li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-BĊE ser ikun ekwivalenti għal EUR 57 951 042 976,26 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

(4)

Skont il-prinċipji ġenerali tas-sens ta’ ġustizzja, it-trattament ugwali u l-protezzjoni tal-aspettazzjonijiet leġittimi li huma l-bażi tal-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fiż-żidiet fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE, minħabba l-aġġustamenti msemmija aktar ‘il fuq, għandu wkoll iwettqu trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-ishma relattivi tagħhom jiċkienu.

(5)

L-ippeżar rispettiv fl-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro sat-30 ta’ Ġunju 2013, u b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, għandu jiġi rrappreżentat bħala persentaġġ tal-total tal-kapital tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha taż-żona tal-euro, sabiex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-valur tal-ekwità akkumulata tal-BĊE.

(6)

Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2008/27 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (2),

ADOTTA DIN ID-DEĊIÝJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur akkumulat tal-ekwità” tfisser it-total tar-riżervi, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni u l-ħażniet ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE għat-30 ta’ Ġunju 2013, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-qligħ jew telf nett akkumulat tal-BĊE, skont il-każ, mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Jannar 2013. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-ħażniet ekwivalenti għal riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-‘valur akkumulat tal-ekwità’, il-fond ta’ riżerva ġenerali u l-ħażna għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata tal-imgħax, kreditu u riskji tal-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-12 ta’ Lulju 2013;

(c)

id-“dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro” għandha jkollha l-istess tifsira bħat-terminu “dħul tal-BĊE minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni” kif iddefinit fl-Artikolu 1(c) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/24 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li jirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (3);

(d)

id-“dħul tal-BĊE mill-SMP” għandha jkollha l-istess tifsira bħat-terminu “dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli SMP” kif iddefinit fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/24.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni għar-rizervi u l-ħażniet tal-BĊE

1.   Jekk is-sehem ta’ BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fl-ippeżar tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi l-ammont stabbilit lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk is-sehem ta’ BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fl-ippeżar tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jirċievi l-ammont stabbilit mingħand il-BĊE bis-saħħa tal-paragrafu 3 fid-data tat-trasferiment.

3.   Fit-12 ta’ Lulju 2013, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN taż-żona tal-euro jew l-ammont li jrid jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jirċievi mingħand il-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għat-tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn l-ippeżar fl-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fit-30 ta’ Ġunju 2013 u l-ippeżar fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’euro fl-1 ta’ Lulju 2013 iżda għandu jkun ittrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferitment, BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jridu jittrasferixxu ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandhom jittrasferixxu wkoll b'mod separat kull imgħax li jiddekorri tul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sad-data tat-trasferiment ta' kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dan il-BĊN taż-żona tal-euro u l-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

6.   Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta’ anqas minn zero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms li huma ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ttrasferiti

1.   Il-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 skont l-ippeżar aġġustat tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta’ din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalita' jew att ulterjuri, għandu jitqies li fl-1 ta’ Lulju 2013 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-klejm (f’euro) imnizzel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċizjoni, fejn “-” għandha tirreferi għal klejm li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

3.   Fl-1 ta’ Lulju 2013, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta’ l-ammont (f’euro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “- ” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

Artikolu 4

Kwistjonijiet finanzjarji relatati

1.   Permezz ta’ deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (4), il-bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom, għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Lulju 2013, jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-iskema tal-kapital applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013 applikata lil bilanċi fuq it-total ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fit-28 ta’ Ġunju 2013. Għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ammonti ta’ kumpens u l-entrati tal-kontabilità biex jibbilanċaw dawk l-ammonti, kif deskritti fl-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23, għandhom jiġu rreġistrati fil-kotba ta’ kull BĊN bid-data tal-valur tkun l-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Jannar 2013, id-dħul monetarju tal-BĊNi taż-żona tal-euro għandu jkun allokat u mqassam skont l-ippeżar applikabbli fl-iskema tal-kapital fit-30 ta’ Ġunju 2013.

3.   Għas-sena finanzjarja 2013, il-profitt jew it-telf nett tal-BĊE, skont il-każ, għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ippeżar applikabbli fl-iskema tal-kapital fl-1 ta’ Lulju 2013.

4.   Kull distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE fuq il-karti tal-flus tal-euro u/jew id-dħul tal-BĊE fuq l-SMP għas-sena 2013 għandha tiġi allokata fuq il-bażi tal-ippeżar applikabbli fl-iskema tal-kapital fl-1 ta’ Lulju 2013.

5.   F’każ illi l-BĊE jagħmel telf fis-sena finanzjarja 2013, il-BĊE għandu jibbilanċja t-telf kontra dawn li ġejjin:

(a)

fondi rilaxxati mill-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE;

(b)

suġġett għal deċizjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(c)

suġġett għal deċizjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013;

6.   Jekk id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013 irid jiġi ttrasferit lill–BĊE sabiex ikopri t-telf tiegħu għas-sena, għandhom isiru ħlasijiet ta’ kumpens minbarra l-ħlasijiet deskrittu fl-Artikolu 2 l-Artikolu 3. Kull BĊN taż-żona tal-euro li l-ippeżar tiegħu fl-iskema tal-kapital jiżdied fl-1 ta’ Lulju 2013 għandu jagħmel dan il-ħlas lill-BĊE, u l-BĊE għandu jagħmel dan il-ħlas lil kull BĊN taż-żona tal-euro li l-ippeżar tiegħu fl-iskema tal-kapital jonqos fl-1 ta’ Lulju 2013. L-ammont ta’ ħlasijiet ta’ kumpens għandu jiġi kkalkulat kif ġej. It-total tad-dħul monetarju għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013 ittrasferit lill-BĊE sabiex ikopri t-telf tiegħu għandu jiġi mmultiplikat bid-differenza assoluta bejn l-ippeżar fl-iskema tal-kapital tal-BĊN taż-żona tal-euro fit-20 ta’ Ġunju 2013 u l-ippeżar tiegħu fl-iskema tal-kapital fl-1 ta’ Lulju 2013 u r-riżultat għandu jkun diviż b’100. L-imgħax għandu jiddekorri fuq il-ħlasijiet ta’ kumpens li jirrigwardaw id-dħul monetarju tal-BĊNi mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tal-ħlas ta’ dawn il-ħlasijiet.

7.   Il-ħlasijiet ta’ kumpens addizzjonali fir-rigward tad-dħul monetarju tal-BĊNi kif deskritt fil-paragrafu 6, kif ukoll l-imgħax li jiddekorri fuqhom, għandhom jitħallsu fit-tieni jum tax-xogħol wara t-tieni laqgħa tal-Kunsill Governattiv miżmuma fi Frar 2014.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet ġenerali

1.   L-imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 4(6) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkulazzjoni fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli wżata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenin.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa tal-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 4(6) u (7) għandu jseħħ separatament permezz tat-TARGET2.

3.   Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro li huma obbligati li jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u tħassir

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2008/27 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2008/27 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 77.

(3)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 35.

(4)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17.


ANNESS

KLEJMS EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA’ RIZERVA BARRANIN ITTRASFERITI LILL-BĊE

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE, fit- 30 ta’ Ġunju 2013

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta’ Lulju 2013

Ammont tat-trasferiment

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

1 397 303 846,77

1 401 024 414,99

3 720 568,22

Deutsche Bundesbank

10 909 120 274,33

10 871 789 515,48

–37 330 758,85

Eesti Pank

103 115 678,01

103 152 856,50

37 178,49

Central Bank of Ireland

639 835 662,35

643 894 038,51

4 058 376,16

Bank of Greece

1 131 910 590,58

1 129 060 170,31

–2 850 420,27

Banco de España

4 783 645 755,10

4 782 873 429,96

– 772 325,14

Banque de France

8 192 338 994,75

8 190 916 316,35

–1 422 678,40

Banca d’Italia

7 198 856 881,40

7 218 961 423,55

20 104 542,15

Central Bank of Cyprus

78 863 331,39

77 248 740,29

–1 614 591,10

Banque centrale du Luxembourg

100 638 597,47

100 776 863,74

138 266,27

Bank Ċentrali ta’ Malta

36 407 323,18

36 798 912,29

391 589,11

De Nederlandsche Bank

2 297 463 391,20

2 298 512 217,57

1 048 826,37

Oesterreichische Nationalbank

1 118 545 877,01

1 122 511 702,45

3 965 825,44

Banco de Portugal

1 008 344 596,55

1 022 024 593,93

13 679 997,38

Banka Slovenije

189 410 251,00

189 499 910,53

89 659,53

Národná banka Slovenska

399 443 637,59

398 761 126,72

– 682 510,87

Suomen Pankki

722 328 204,76

721 838 191,31

– 490 013,45

Total (1)

40 307 572 893,44

40 309 644 424,48

2 071 531,04


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


Top