EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007O0003
Guideline of the European Central Bank of 31 May 2007 amending Guideline ECB/2004/15 on the statistical reporting requirements of the European Central Bank in the field of balance of payments and international investment position statistics, and the international reserves template (ECB/2007/3)
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Mejju 2007 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta’ l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment, u l-mudell tar-riżervi internazzjonali (BĊE/2007/3)
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Mejju 2007 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta’ l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment, u l-mudell tar-riżervi internazzjonali (BĊE/2007/3)
OJ L 159, 20.6.2007, p. 48–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 005 P. 130 - 144
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2014; Imħassar b' 32011O0023
20.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 159/48 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Mejju 2007
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta’ l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment, u l-mudell tar-riżervi internazzjonali
(BĊE/2007/3)
(2007/426/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 5.1, u 5.2,
Billi:
(1) |
Minħabba l-bżonnijiet li qed jinbidlu li ġejjin minn żviluppi ekonomiċi u tekniċi, jinħtieġ li jiġu aġġornati regolarment il-ħtiġijiet tad-data fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 tas-16 ta’ Lulju 2004 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta’ l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment, u l-mudell tar-riżervi internazzjonali (1), u li jiġi aġġustat mill-ġdid il-livell tat-tqassim meħtieġ f’dik il-Linja ta’ Gwida. |
(2) |
Meta aktar Stati Membri jadottaw l-euro, ser jinħtieġ li jiġu kkompilati data b’lura għall-aggregat taż-żona ta’ l-euro fil-kompożizzjoni ġdida tagħha, dwar il-bilanċ tal-pagamenti (inkluż il-kont kurrenti aġġustat staġonalment) u l-istatistika tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment. Jinħtieġu għalhekk ċerti emendi tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 biex jagħmlu tajjeb għal tkabbir futur taż-żona ta’ l-euro fir-rigward ta’ l-għoti tad-data b’lura. Il-perijodu li għalih din id-data b’lura għandha tingħata jista’ jiġi vvalutat mill-ġdid sa l-2010. |
(3) |
In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique huwa responsabbli biex jagħti data b’lura kemm għall-Belġju kif ukoll għal-Lussemburgu qabel Jannar ta’ l-2002, u għalhekk jista’ jagħti biss data b’lura konġunta għall-Belġju u l-Lussemburgu qabel Jannar ta’ l-2002. |
(4) |
Id-disponibbiltà tas-Centralised Security Database (CSDB, Database Ċentralizzata dwar Titoli) li jaħdem u ta’ kwalità suffiċjenti hija essenzjali biex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ ġbir ta’ data sigurtà b’sigurtà, u biex tintlaħaq il-kopertura fil-mira fl-Anness VI tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 fil-livell ta’ kwalità speċifikat f’dik il-Linja ta’ Gwida. Il-Kunsill Governattiv, wara li jkun ikkunsidra kull osservazzjoni mill-Kunsill Ġenerali, se jivvaluta, sa nofs is-sena 2007 u wara jekk rilevanti, jekk il-kwalità (inkluża l-kopertura) ta’ l-informazzjoni dwar it-titoli fis-CSDB u l-arranġamenti għall-iskambju tad-data ma’ l-Istati Membri, humiex biżżejjed biex jippermettu lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jew meta rilevanti awtoritajiet oħra ta’ l-istatistika kompetenti, biex jilħqu l-istandards ta’ kwalità speċifikati fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15, |
ADOTTA DIN IL-LINJA ta’ GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Tranżazzjonijiet u pożizzjonijiet f’titoli ta’ debitu maqsumin skond il-valuta tal-ħruġ għandhom ikunu disponibbli għall-BĊE fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-perijodu li dwaru għandha x’taqsam id-data.” |
(3) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: Jiddaħħal ġdid il-paragrafu 4a li ġej wara l-paragrafu 4: “4a. L-aħjar stejjem għandhom ikunu permessi għat-tqassim li ġej fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II:
|
(4) |
L-Annessi II, III u VI tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 huma emendati skond l-Annessi I, II u III, rispettivament, ta’ din il-Linja ta’ Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 31 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 354, 30.11.2004, p. 34.
ANNESS I
L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “TABELLA 2 Kontribuzzjonijiet nazzjonali trimestrali għall-bilanċ tal-pagamenti taż-żona ta’ l-euro (1)
|
2. |
It-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “TABELLA 4 Kontribuzzjonijiet nazzjonali trimestrali għall-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment taż-żona ta’ l-euro (4)
|
3. |
It-Tabella 5 hija sostitwita b’dan li ġej: “TABELLA 5 Kontribuzzjonijiet nazzjonali annwali għall-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment taż-żona ta’ l-euro (5)
|
4. |
It-Tabella 9 hija sostitwita b’dan li ġej: “TABELLA 9 Tqassim ġeografiku tal-BĊE għal flussi trimestrali tal-bilanċ tal-pagamenti u għad-data annwali tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment
(6) M’hu meħtieġ l-ebda tqassim individwali." (7) Ara l-kompożizzjoni fit-Tabella 12. M’hu meħtieġ l-ebda tqassim individwali." (8) Obbligatorju biss għall-kont tal-bilanċ tal-pagamenti, il-kontijiet tad-dħul relatati u l-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment. Iċ-ċirkolazzjonijiet tal-kont kurrenti (eskluż id-dħul) fil-konfront taċ-ċentri offshore jistgħu jiġu rrappurtati jew separatament jew b’mod mhux distingwibbli taħt il-kategorija tal-partita ta’ residwu. Ara l-kompożizzjoni fit-Tabella 11. M’hu meħtieġ l-ebda tqassim individwali." (9) Ara l-kompożizzjoni fit-Tabella 12. M’hu meħtieġ l-ebda tqassim individwali.”" |
5. |
It-Tabella 13 hija emendata billi jiddaħħlu l-fillieri li ġejjin fl-aħħar tat-Tabella:
|
‘extra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet ma’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro (fir-rigward ta’ l-assi minn portafoll ta’ l-investiment u dħul relatat, din tirreferi għar-residenza ta’ dawk li joħorġuhom) |
‘intra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet bejn Stati Membri differenti taż-żona tal-euro |
‘nazzjonali’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet internazzjonali kollha minn residenti ta’ xi Stat Membru parteċipanti (użata biss f’konnessjoni mal-passiv tal-kontijiet ta’ l-investiment tal-portafoll u l-bilanċ nett tal-kontijiet ta’ derivattivi finanzjarji). |
(2) Servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament.
(3) Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali 1993.”
‘extra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet ma’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro (fir-rigward ta’ l-assi minn portafoll ta’ l-investiment u dħul relatat, din tirreferi għar-residenza ta’ dawk li joħorġuhom) |
‘intra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet bejn Stati Membri differenti taż-żona tal-euro |
‘nazzjonali’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet internazzjonali kollha minn residenti ta’ xi Stat Membru parteċipanti (użata biss f’konnessjoni mal-passiv tal-kontijiet ta’ l-investiment tal-portafoll).” |
‘extra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet ma’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro (fir-rigward ta’ l-assi minn portafoll ta’ l-investiment u dħul relatat, din tirreferi għar-residenza ta’ dawk li joħorġuhom) |
‘intra’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet bejn Stati Membri differenti taż-żona tal-euro |
‘nazzjonali’ |
tfisser it-tranżazzjonijiet internazzjonali kollha minn residenti ta’ xi Stat Membru parteċipanti (użata biss f’konnessjoni mal-passiv tal-kontijiet ta’ l-investiment tal-portafoll).” |
(*) Ara t-Tabella 2 ta’ l-Anness II.”
ANNESS II
L-Anness III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 huwa emendat kif ġej:
1. |
Immedjatament qabel is-Sezzjoni 1, qed jiddaħħal it-test li ġej: “Il-kliem ‘resident’ u ‘residenti’ jaqgħu fid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98. Fil-każ taż-żona ta’ l-euro, it-territorju ekonomiku jikkomprendi: (i) it-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri parteċipanti; u (ii) il-BĊE, li huwa meqjus bħala unità residenti taż-żona ta’ l-euro. Il-bqija tad-dinja (RoW) tikkomprendi t-territorji ekonomiċi ’il barra miż-żona ta’ l-euro, jiġifieri Stati Membri li ma adottawx l-euro, pajjżi terzi kollha u organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż dawk li jinsabu fiżikament ġewwa ż-żona ta’ l-euro. L-istituzzjonijiet ta’ l-UE kollha (*) huma kkunsidrati li huma residenti barra ż-żona ta’ l-euro. Għalhekk, it-tranżazzjonijiet kollha ta’ Stati Membri parteċipanti fil-konfront ta’ l-istituzzjonijiet ta’ UE huma rreġistrati u kklassifikati bħala tranżazzjonijiet mhux taż-żona ta’ l-euro fl-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti taż-żona ta’ l-euro u tal-pożizzjoni internazzjonali ta’ l-investiment. Fil-każijiet imsemmijin hawn taħt ir-residenza hija ddeterminata kif ġej:
(*) Il-BĊE mhux inkluż.”" |
2. |
Fit-tielet paragrafu tas-subsezzjoni 1.1, it-tieni sentenza (“Id-differenza prinċipali hija li l-BĊE ma jeħtieġx tqassim tad-dħul ta’ l-investimet dirett minn parteċipazzjonijiet azzjonarji f’profitti distribwiti u dawk li mhumiex.”) hija rrevokata. |
3. |
It-tieni paragrafu tas-subsezzjoni 1.2 (“Filwaqt li l-komponenti standard ta’ l-IMF tal-kont kapitali jikkonsistu fi tqassim settorali fil-partiti ‘gvern ġenerali’ u ‘setturi oħra’ (b’aktar tqassim minn hemm ’il quddiem), il-BĊE jikkumpila biss kont kapitali f’somma waħda, mingħajr l-ebda tqassim.”) huwa rrevokat. |
ANNESS III
L-Anness VI tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/15 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fit-tielet paragrafu, it-tieni sentenza (“Għalhekk, jekk il-‘Project Closure Document’ għall-Fażi 1 tal-proġett tas-CSDB ma jiġix ippreżentat lill-Kunsill Governattiv permezz tal-Kumitat ta’ l-Istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali sa l-aħħar ta’ Marzu, 2005, din l-iskadenza se tiġi posposta bl-istess tul ta’ żmien korrispondenti għal dak id-dewmien fil-preżentazzjoni tad-dokument lill-Kunsill Governattiv.”) hija rrevokata. |
2. |
Is-sentenza li tibda “Minn Marzu 2008” u li tispiċċa ‘fit-tabella li ġejja’ hija sostitwita bis-sentenza li ġejja: “Mid-data speċifikata fil-paragrafu 1.6 ta’ l-Anness I, u wara l-kunsiderazzjoni ta’ l-għażla phasing-in imsemmija f’dak il-paragrafu, is-sistemi ta’ ġbir ta’ l-investiment tal-portafoll taż-żona ta’ l-euro jikkonformaw ma’ wieħed mill-mudelli fit-tabella li ġejja:” |