EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0993

Ir-Regolament (KE) Nru 994/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Ġunju 2002 li jikkorreġi r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarjiRegolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1). (BĊE/2002/4)

OJ L 151, 11.6.2002, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 88 - 88
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 117 - 117
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 117 - 117

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/993(1)/oj

32002R0993



Official Journal L 151 , 11/06/2002 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament (KE) Nru 994/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-6 ta' Ġunju 2002

li jikkorreġi r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji [1]

(BĊE/2002/4)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [3], emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/2002 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament BĊE/2001/13 kien maħsub biex jissostitwixxi r-Regolament BĊE/1998/16 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar il-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji [5] kif emendat bir-Regolament BĊE/2000/8 [6] mill-1 ta' Jannar 2003. Ir-rapportar taħt ir-reġim ġdid jibda' bid-data għal Jannar 2003. Għalhekk l-obbligi dwar ir-rappurtar taħt ir-Regolament BĊE/1998/16 imisshom komplew jeżistu sa l-1 ta' Jannar 2003. Iżda d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament BĊE/2001/13 kienet ġiet stabbilita bi żball bħala l-1 ta' Jannar 2002, bir-riżultat li r-Regolament BĊE/1998/16, li taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament BĊE/2001/13 hu revokat malli jibda' jseħħ ir-Regolament l-aħħar imsemmi, ġie revokat sena qabel ma kien imissu jiġi revokat. Għalhekk hemm bżonn li r-Regolament BĊE/2001/13 jiġi korrett biex jagħmilha ċara li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

(2) Aġenti li jirrapurtaw ilhom suġġetti għall-ħtiġiet ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament BĊE/1998/16 mill-1 ta' Jannar 1999. L-applikazzjoni kontinwata tar-Regolament l-aħħar imsemmi sal-31 Diċembru 2002, b'mod partikolari, l-obbligu li għandhom josservawh mill-1 ta' Jannar 2002, jiġifieri qabel id-data li r-Regolament preżenti jinda' jseħħ, tiqies li ma tmurx kontra l-aspettativi leġittimi ta' l-aġenti li jirrappurtaw, li komplew jirrapurtaw l-informazzjoni statistika rilevanti wara t-tmiem ta' l-2001,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament BĊE/2001/13 hu kkorreġut kif ġej:

- L-Artikolu 8(1) hu sostitwit b'dan li ġej:

"1. Ir-Regolament (KE) Nru 2819/98 (BĊE/1998/16) għandu jiġi revokat fl-1 ta' Jannar 2003."

- L-Artikolu 9 hu sostitwit b'dan li ġej:

"Article 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003."

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fis-6 ta' Ġunju 2002.

F'isem il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1).

[2] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[3] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 1.

[4] ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 1.

[5] Regolament (KE) No 2819/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1).

[6] Regolament (KE) Nru 1921/2000 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34).

--------------------------------------------------

Top