EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0001(01)
2007/279/EC: Decision of the European Central Bank of 17 April 2007 adopting implementing rules concerning data protection at the European Central Bank (ECB/2007/1)
2007/279/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ April 2007 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad- data fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/1)
2007/279/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ April 2007 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad- data fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/1)
OJ L 116, 4.5.2007, p. 64–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 135 - 138
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2020; Imħassar b' 32020D0655
4.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 116/64 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ April 2007
li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad-data fil-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2007/1)
(2007/279/KE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 286,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(8),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistabbilixxi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Komunità u jaħseb għal Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (DPO) li għandu jinħatar minn kull istituzzjoni u korp tal-Komunità. |
(2) |
Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kull istituzzjoni jew korp tal-Komunità għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni oħra dwar l-DPO skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u skop
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli ġenerali li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). B’mod partikolari, tissupplimenta d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-ħatra u l-istatus ta’ l-DPO, kif ukoll dwar il-ħidmiet, id-dmirijiet u s-setgħat tagħhom.
2. Din id-Deċiżjoni tikkjarifika wkoll ir-rwoli, il-ħidmiet u d-dmirijiet tal-kontrolluri u l-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data u timplimenta r-regoli li bis-saħħa tagħhom is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u bla ħsara għad-definizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“kontrollur” tfisser maniġer responsabbli għal dipartiment organizzattiv li jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar tad-data personali; |
(b) |
“koordinatur tal-protezzjoni tad-data” tfisser membru ta’ l-istaff li jassisti kontrollur fit-twettiq ta’ l-obbligi ta’ dan ta’ l-aħħar fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Din il-persuna għandha tkun speċjalista fl-immaniġġjar tad-dokumenti. |
TAQSIMA 2
L-UFFIĊJAL TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 3
Ħatra, status u kwistjonijiet organizzattivi
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu:
(a) |
jaħtar l-DPO minn fost l-istaff tal-BĊE li huma anzjani biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; |
(b) |
jiffissa l-mandat ta’ l-DPO ta’ bejn sentejn u ħames snin; u |
(ċ) |
jirreġistra lill-DPO mar-Regolatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS). |
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura li l-DPO jista’ jwettaq il-ħidmiet u d-dmirijiet ta’ l-DPO b’mod indipendenti. Mingħajr preġudizzju għal din l-indipendenza:
(a) |
l-DPO għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-BĊE; |
(b) |
għall-finijiet amministrativi l-DPO għandu jkun allokat f’wieħed mill-oqsma tax-xogħol tal-BĊE; u |
(ċ) |
l-istimaturi ta’ l-DPO għandhom jikkonsultaw lir-EDPS qabel ma jistmaw il-ħidma ta’ l-DPO fir-rigward tax-xogħol u d-dmirijiet ta’ l-DPO. |
3. Il-kontrollur rilevanti għandu jiżgura li l-DPO jinżamm infurmat mingħajr dewmien:
(a) |
meta tqum kwistjoni li għandha, jew jista’ jkollha, implikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-data; u |
(b) |
fir-rigward tal-kuntatti kollha ma’ partijiet esterni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kull interazzjoni mar-EDPS. |
4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar Deputat ta’ l-DPO, li għandhom japplikaw għalih il-paragrafi 1 u 2. Id-Deputat ta’ l-DPO għandu jappoġġa lill-DPO fit-twettiq tal-ħidmiet u d-dmirijiet ta’ l-DPO u jagħmilha ta’ deputat fl-assenza ta’ l-DPO.
5. L-istaff kollu li jipprovdi appoġġ lill-DPO fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data għandu jaġixxi biss skond l-istruzzjonijiet ta’ l-DPO.
Artikolu 4
Il-ħidmiet u d-dmirijiet ta’ l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
Meta jkun qed iwettaq il-ħidmiet speċifikati fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, l-DPO għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin, wara li jqis il-kontribuzzjonijiet mill-oqsma tax-xogħol rilevanti tal-BĊE meta jkun meħtieġ:
(a) |
jagħti parir lill-Bord Eżekuttiv, lill-kontrolluri u lill-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data dwar kwistjonijiet li jittrattaw l-applikazzjoni fil-BĊE ta’ dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data. L-DPO jista’ jiġi kkonsultat mill-Bord Eżekuttiv, minn kull kontrollur ikkonċernat, mill-Kumitat ta’ l-Istaff jew minn kull individwu dwar kwalunkwe kwistjoni li tittratta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; |
(b) |
fuq l-inizjattiva ta’ l-DPO innifsu jew fuq it-talba tal-Bord Eżekuttiv, xi kontrollur, il-Kumitat ta’ l-Istaff jew kull individwu, jinvestigaw kwistjonijiet u ġrajjiet direttament relatati mal-ħidmiet u d-dmirijiet ta’ l-DPO li jiġu għall-attenzjoni tad-DPO, u jirrapportaw lura lill-persuna li tkun ikkummissjonat l-investigazzjoni. L-DPO għandu jikkunsidra kwistjonijiet u fatti b’mod imparzjali wara li jqis debitament id-drittijiet tas-suġġett tad-data. Jekk l-DPO jqis li jkun xieraq, l-DPO għandu dlonk jinforma lill-partijiet l-oħra kollha kkonċernati. Jekk min qed jagħmel it-talba huwa individwu, jew min qed jagħmel it-talba jaġixxi f’isem individwu, l-DPO għandu, sakemm ikun possibbli, jiżgura li t-talba tibqa’ kunfidenzjali, sakemm is-suġġett tad-data kkonċernat jagħti l-kunsens tiegħu b’mod ċar biex it-talba tiġi ttrattata mod ieħor; |
(ċ) |
jikkoopera ma’ l-DPOs ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Komunità, partikolarment billi jiskambja l-esperjenza u jaqsam in-know-how u jirrappreżenta lill-BĊE fid-diskussjonijiet kollha – minbarra l-kawżi ġudizzjarji – dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data; u |
(d) |
jibgħat programm annwali ta’ xogħol u rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-DPO lill-Bord Eżekuttiv u lir-EDPS. |
Artikolu 5
Setgħat ta’ l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
L-DPO jista’:
(a) |
jitlob opinjoni minn kull qasam tax-xogħol tal-BĊE li tittratta kull kwistjoni dwar il-ħidmiet u d-dmirijiet ta’ l-DPO; |
(b) |
jagħti opinjoni dwar il-legalità ta’ operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar attwali jew proposti, jew li tittratta kull kwistjoni dwar in-notifika ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar; |
(ċ) |
jiġbed l-attenzjoni tal-Bord Eżekuttiv lejn kull nuqqas ta’ xi membru ta’ l-istaff fl-osservazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; u |
(d) |
iwettaq il-ħidmiet l-oħra speċifikati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
TAQSIMA 3
KONTROLLURI U KOORDINATURI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 6
Ħidmiet u dmirijiet tal-kontrolluri u tal-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data
1. Il-kontrolluri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha ta’ l-ipproċessar li jinvolvu d-data personali mwettqa fil-qasam tar-responsabbiltà tagħhom ikunu josservaw ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2. Meta jkunu qed iwettqu l-obbligu tagħhom biex jassistu lill-DPO u r-EDPS fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-kontrolluri għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni kollha, jagħtuhom aċċess għad-data personali u jwieġbu l-mistoqsijiet f’għoxrin jum ta’ xogħol minn meta tiġi rċevuta t-talba.
3. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-kontrolluri:
(a) |
Il-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data għandhom jassistu lill-kontrolluri fit-twettiq ta’ l-obbligi tagħhom, fuq it-talba tal-kontrolluri jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess. Meta jagħmlu hekk, il-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data għandhom jikkoordinaw ma’ l-istaff tal-kontrolluri, li għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni kollha meħtieġa. Dan jista’, fid-diskrezzjoni tal-kontrollur rilevanti, jinkludi l-aċċess għad-data personali pproċessata taħt ir-responsabilità ta’ dak il-kontrollur. |
(b) |
Il-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data għandhom jassistu lill-DPO:
|
Artikolu 7
Proċedura ta’ notifika
1. Qabel ma jiġu introdotti operazzjonijiet ġodda ta’ l-ipproċessar dwar id-data personali, il-kontrollur rilevanti għandu jinnotifika lill-DPO dwar dan bl-użu ta’ l-interface on-line aċċessibbli permezz tal-websajt ta’ l-DPO fl-intranet tal-BĊE. Kull operazzjoni ta’l-ipproċessar li hija suġġetta għal verifika minn qabel bis-saħħa ta’ l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, għandha tiġi nnotifikata biżżejjed minn qabel l-introduzzjoni biex ir-EDPS ikun jista’ jivverifikaha minn qabel.
2. Il-kontrolluri għandhom jinfurmaw lill-DPO minnufih b’kull bidla li taffettwa l-informazzjoni li tinsab f’xi notifika li tkun intbagħtet diġà lill-DPO.
TAQSIMA 4
DRITTIJIET TAS-SUĠĠETTI TAD-DATA
Artikolu 8
Reġistru
Ir-reġistru li jinżamm mill-DPO bis-saħħa ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, għandu jservi bħala indiċi ta’ l-operazzjonijiet kollha ta’ l-ipproċessar li jittrattaw data personali mwettqa fil-BĊE. Is-suġġetti tad-data jistgħu jużaw l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond l-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 9
Eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data
1. Minbarra d-dritt tagħhom li jiġu infurmati kif jixraq dwar kull ipproċessar tad-data personali tagħhom, is-suġġetti tad-data jistgħu javviċinaw lill-kontrollur rilevanti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bis-saħħa ta’ l-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif speċifikat hawn isfel.
(a) |
Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati biss mis-suġġett tad-data jew ir-rappreżentant debitament awtorizzat tagħhom. Dawn il-persuni jistgħu jeżerċitaw kull dritt bħal dan mingħajr ħlas. |
(b) |
Talbiet biex jiġu eżerċitati dawn id-drittijiet għandhom jiġu indirizzati bil-miktub lill-kontrollur rilevanti. Il-kontrollur għandu jissodisfa biss din it-talba jekk l-identità ta’ min jagħmel it-talba u, jekk rilevanti, id-dritt tiegħu biex jirrappreżenta lis-suġġett tad-data, ikunu ġew ivverifikati kif jixraq. Il-kontrollur għandu mingħajr dewmien jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub jekk it-talba ntlaqgħetx jew le. Jekk it-talba tkun ġiet miċħuda, il-kontrollur għandu jinkludi r-raġunijiet wara ċ-ċaħda. |
(ċ) |
Il-kontrollur għandu, f’kull ħin fi żmien tliet xhur kalendarji minn meta tiġi rċevuta t-talba, jagħti aċċess bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, billi jħalli lis-suġġett tad-data jikkonsulta dawn id-data fil-post jew jirċievi kopja tagħhom, skond kif jippreferi l-applikant. |
(d) |
Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-DPO fil-każ li l-kontrollur ma jirrispettax xi wieħed mil-limiti ta’ żmien fil-paragrafi (b) jew (ċ). Fil-każ ta’ abbuż ovvju minn xi suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu, il-kontrollur jista’ jirriferi s-suġġett tad-data lill-DPO. Jekk il-każ jintbagħat lill-DPO, l-DPO jiddeċiedi fuq il-mertu tat-talba u l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed wara. Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur, iż-żewġ partijiet għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw lill-DPO. |
2. Membri ta’ l-istaff tal-BĊE jistgħu jikkonsultaw lill-DPO qabel ma’ jagħmlu lment mar-EDPS bis-saħħa ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 10
Eżenzjonijiet u restrizzjonijiet
1. Il-kontrollur jista’ jirrestrinġi d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 13 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għar-raġunijiet, u skond il-kundizzjonijiet, stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, iżda l-DPO għandu jiġi kkonsultat minn qabel.
2. Kull persuna affettwata tista’ tistaqsi lir-EDPS biex japplika l-Artikolu 47(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 11
Proċedura ta’ investigazzjoni
1. Kull talba għall-investigazzjoni skond l-Artikolu 4(b) għandha tiġi indirizzata lill-DPO bil-miktub.
2. L-DPO għandu jibgħat riċevuta tat-talba lil dak li jkun għamel it-talba fi żmien għoxrin jum tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta t-talba.
3. L-DPO jista’ jinvestiga l-kwistjoni fil-post u jitlob stqarrija bil-miktub mill-kontrollur. Il-kontrollur għandu jipprovdi r-risposta tiegħu lill-DPO fi żmien għoxrin jum tax-xogħol, li jibdew igħoddu minn dak il-jum li fih il-kontrollur jirċievi t-talba ta’ l-DPO. L-DPO jista’ jitlob informazzjoni jew assistenza addizzjonali minn kull qasam tax-xogħol tal-BĊE. Il-qasam tax-xogħol għandu jipprovdi dik l-informazzjoni jew assistenza addizzjonali fi żmien 20 jum tax-xogħol mit-talba ta’ l-DPO.
4. L-DPO għandu jirrapporta lura lil min jagħmel it-talba fi żmien tliet xhur kalendarji minn meta tiġi rċevuta t-talba.
Artikolu 12
Rimedji
Flimkien mar-rimedji preskritti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li huma disponibbli għas-suġġetti kollha tad-data, ir-rimedji preskritti fil-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg tal-BĊE għandhom ikunu disponibbli għas-suġġetti tad-data li huma membri ta’ l-istaff tal-BĊE.
TAQSIMA 5
DĦUL FIS-SEĦĦ
Artikolu 13
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 17 ta’ April 2007.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET