EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006O0006
Guideline of the European Central Bank of 20 April 2006 amending Guideline ECB/2002/7 on the statistical reporting requirements of the European Central Bank in the field of quarterly financial accounts (ECB/2006/6)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 20 ta’ April 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2006/6)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 20 ta’ April 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2006/6)
OJ L 115, 28.4.2006, p. 46–48
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 652–654
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 007 P. 252 - 254
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 007 P. 252 - 254
Special edition in Croatian: Chapter 17 Volume 002 P. 90 - 92
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0024
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
652 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-20 ta’ April 2006
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali
(BĊE/2006/6)
(2006/312/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 5.2, 12.1 u 14.3,
Billi:
(1) |
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru, 2002 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1) kienet ġiet emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 (2). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 kien fiha derogi aġġornati mill-obbligi ta' rappurtar ta' data għal għadd ta' Stati Membri. Wara reviżjoni ta' dawn id-derogi, ser jiddaħħlu aktar derogi fir-rigward ta' Stat Membru wieħed. |
(2) |
Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
L-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7, kif mibdul bl-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13, qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida.
Artikolu 2
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fil-jum wara li tiġi nnotifikata.
Artikolu 3
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw.
Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar l-20 ta'April, 2006.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24.
(2) Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 tas-17 ta' Novembru, 2005 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 30, 2.2.2006, p. 1).
ANNESS
Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7, kif mibdul bl-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13, huwa emendat skond kif ġej:
Fit-Tabella 1 (Data kurrenti), it-taqsima li ġejja għandha tiddaħħal bejn it-taqsimijiet bl-ismijiet “Italja” u l-“Olanda”:
IL-LUSSEMBURGU
1/3/B, D, G, H, M |
Valuta miżmuma mill-NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs |
Ir-raba' trimestru 2008 |
1/4, 5, 7, 8/A, B, D, G, H, M |
Depożiti, strument totali, depożiti miżmuma minn residenti, depożiti miżmuma ma' non-MFIs u depożiti miżmuma ma' non-residenti, mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/9, 14/B, D, G, M |
Titoli ta’ dejn għal żmien qasir u għal żmien twil miżmuma minn NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/19/A, B, C, D, G, M, N |
Derivattivi finanzjarja bħala attiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/20, 24/A, B, D, G, M |
Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/33-36/A, B, C, D, G, H, M, N |
Ishma kkwotati, ishma mhux ikkwotati u ishma oħra, ishma ta’ mutual funds u ishma f'fondi tas-suq monetarju maħruġa minn MFIs taż-żona ta’ l-euro miżmuma mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, GG, HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/37-39/M, N |
Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja u f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni (AF.61, AF.611, AF.612) miżmuma in minn HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/40/A, B, C, D, G, H, M, N |
Ħlasijiet minn qabel ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni u riżervi għal klejms pendenti miżmuma mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, GG, HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
1/41/A, B, D, G, M |
Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli bħala attiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/3/A, D, G |
Depożiti miżmuma ma' l-ekonomija totali, OFIFAs u ICPFs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/6/A, B, C, D, G, M, N |
Derivattivi finanzjarji bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/7, 13/A, B, D, G, M |
Self għal żmien qasir u għal żmien twil (totali ta’ strumenti) mogħtija lill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/8, 10, 14, 16/A, B, D, G, H, M |
Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija minn residenti u minn non-MFIs lill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/20/N |
Ishma kkwotati maħruġa minn RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/21/A, B, C, D, G, N |
Ishma mhux ikkwotati u ishma azzjonarji oħrajn maħruġa mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/22/N |
Ishma fi mutual funds maħruġa minn RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/23-24/A, G, N |
Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja u f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni (AF.61) u ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja (AF.611) bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, ICPFs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/25/A, B, C, D, G, M, N |
Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/26/A, G, N |
Ħlasijiet minn qabel ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni u riżervi għal klejms pendenti bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, ICPFs u RoW |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/27/A, B, D, G, M |
Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
2/28/B, C, D, G, M |
Assi finanzjarji netti (għal ammonti pendenti) u għoti ta’ self nett/teħid ta’ self nett (għal transazzjonijiet) ta’ NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs u HHs |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
3/1, 4-8/B-U |
Depożiti miżmuma ma' l-ekonomija totali, OFIFAs, OFIs, FAs, ICPFs u GG, mqassma skond is-settur u l-qasam kontroparti |
Ir-raba’ trimestru 2008 |
4, 5/2-21/A, B, D, G, H, I |
Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs lil residenti u non-residenti, mqassma skond is-settur u l-qasam kontroparti |
Ir-raba’ trimestru 2008 |