EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011O0002

2011/205/UE: Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2011/2)

OJ L 86, 1.4.2011, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012O0027

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2011/205/oj

1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/75


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Marzu 2011

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2)

(BĊE/2011/2)

(2011/205/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer system (TARGET2) (1) biex tirregola t-TARGET2, li hija karatterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa l-Pjattaforma Waħda Mqassma.

(2)

Għandhom isiru emendi lil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 sabiex il-Kunsill Governattiv ikun jista’ jiddeċiedi jekk, bħala miżura prekawzjonali, il-kreditu mil-lum għal għada jeħtieġx isir disponibbli fit-TARGET2 lil ċerti CCPs eliġibbli li mhumiex liċenzjati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 7(2) huwa mibdul bit-test li ġej:

“2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà għal kreditu intraday tal-kontropartijiet tal-BĊE huma definiti fid-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-BĊE (*). Kreditu intraday mogħti mill-BĊE għandu jibqa’ limitat għall-jum in kwistjoni mingħajr ebda possibbiltà ta’ estensjoni għal kreditu mil-lum għal għada.

(*)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.”."

2.

F’Anness III, paragrafu 3, is-subparagrafi li ġejjin huma miżjudin:

“Permezz ta’ deroga, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jeżenta, permezz ta deċiżjoni raġjonata meħuda qabel, lil ċerti kontropartijiet ċentrali (CCPs) eliġibbli mill-projbizzjoni tal-estensjoni tal-kreditu mil-lum għal għada. Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:

(a)

huma entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(e) sakemm dawk l-entitajiet eliġibbli ikunu ukoll awtorizzati bħala CCPs skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

huma stabbiliti fiż-żona tal-euro;

(ċ)

huma suġġetti għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtoritajiet kompetenti;

(d)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt tal-BĊE (**);

(e)

ikollhom kontijiet fil-Payments Module (PM) tat-TARGET2;

(f)

ikoll aċċess għal kreditu intraday.

Il-kreditu mil-lum għal għada kollu mogħti lil CCPs eliġibbli għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness (inkluż, sabiex jiġi evitat id-dubbju, id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanzija eliġibbli).

Sabiex jiġi evitat id-dubju, is-sanzjonijiet li għalihom hemm provvediment fil-paragrafi 10 u 11 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw f’każijiet ta’ nuqqas ta’ rimborż minn CCPs eliġibbli tal-kreditu mil-lum għal għada estiż lilhom mill-BĊN tagħhom.

(**)  Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-‘Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area’ tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ ’tal-20 ta’ Novembru 2008.”"

Artikolu 2

Kontijiet ta’ Fond ta’ Garanzija u Remunerazzjoni

1.   Sal-punt li CCP tkun meħtieġa permezz ta’ regolament, inkluż fuq bażi ta’ sorveljanza, li żżomm Kont ta’ Font ta’ Garanzija, fondi kkreditati lil tali kont ta’ CCP għandhom ikunu remunerati bir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament imnaqqsa bi 15-il punt bażi.

2.   Fondi li jiġu kkreditati mod ieħor lil Kont ta’ Fond ta’ Garanzija ta’ CCP għandhom ikunu remunerati bir-rata fuq id-depożitu.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-11 ta’ April 2011.

Artikolu 4

Indirizzati u miżuri implimentattivi

1.   Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Il-BĊNi parteċipanti għandhom sal-1 ta’ April 2011 jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


Top