EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003O0016

Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 2003, li temenda l-Linja gwida BĊE/2000/7 dwar politika monetarja u proċeduri ta' l-Eurosistema (BĊE/2003/16)

OJ L 69, 8.3.2004, p. 1–85 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 341 - 425

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/02/2005; Impliċitament imħassar minn 32005O0002

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2004/202/oj

32003O0016



Official Journal L 069 , 08/03/2004 P. 0001 - 0085


Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

ta' l-1 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Linja gwida BĊE/2000/7 dwar politika monetarja u proċeduri ta' l-Eurosistema

(BĊE/2003/16)

(2004/202/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel sub-inċiż ta' l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u partikolarment l-Artikoli 12(1) u 14(3), flimkien ma' l-ewwel sub-inċiż ta' l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 18(2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20,

Billi:

(1) Biex tkun stabbilita politika monetarja waħda jeħtieġ li jkun hemm tifsira ta' l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li hija magħmula mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) ta' l-Istati Membri li adottaw il-euro (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Istati Membri parteċipanti") u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex iwettqu din il-politika b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha.

(2) Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji gwida meħtieġa biex iwettaq il-politika monetarja waħda ta' l-Eurosistema, u l-banek ċentrali nazzjonali għandhom id-dmir li jaġixxu skond dawk il-linji gwida.

(3) It-tibdil ta' dan l-aħħar fit-tifsira u fit-twettiq tal-politika monetarja waħda ta' l-Eurosistema għandu jkun rifless kif jixraq billi jinbidel l-Anness I tal-Linja gwida tal-BĊE dwar strumenti u proċeduri ta' politika monetarja waħda ta' l-Eurosistema li tinsab fis-seħħ bħalissa.

(4) Skond l-Artikoli 12(1) u 14(3) ta' l-Istatut, linji gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

L-Artikolu 1

Prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji għat-twettiq tal-politika monetarja waħda ta' l-Eurosistema

L-Aness I tal-Linja gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awissu, 2000, dwar strumenti u proċeduri ta' politika monetarja ta' l-Eurosistema [1], kif emendat bil-Linja gwida BĊE/2002/2 [2], imsejjaħ "Il-politika monetarja waħda fiż-żona euro - Dokumentazzjoni ġenerali dwar strumenti u proċeduri ta' politika monetarja ta' l-Eurosistema" huwa mibdul bl-Anness għal din il-Linja gwida imsejjaħ "L-implimentazzjoni ta' politika monetarja fiż-żona euro - Dokumentazzjoni ġenerali dwar strumenti u proċeduri ta' politika monetarja ta' l-Eurosistema".

L-Artikolu 2

Verifika

Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jibagħtu lill-BĊE, sa mhux aktar tard mis-16 Jannar, 2004, dettalji tat-testi u tal-mezzi li bihom ikunu beħsiebhom iħarsu din il-linja gwida.

L-Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1. Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2. Din il-Linja gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tkun adottata. L-Artikolu 1 għandu japplika mit-8 ta' Marzu, 2004.

3. Din il-Linja gwida għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-1 ta' Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 310, tal-11.12.2000, p. 1.

[2] ĠU L 185, tal-15.7.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-IMPLEMENTAZZJONI TAL-POLITIKA MONETARJA FIŻ-ŻONA TA' L-EURO

Dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

Frar 2004

KONTENUT

Introduzzjoni

1. Ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tal-politika monetarja

1.1. Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali

1.2. L-Oġġettivi tas-sistema ta' l-euro

1.3. L-istrumenti tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

1.3.1. L-Operazzjonijiet tas-suq miftuħ

1.3.2. Faċilitajiet wieqfa

1.3.3. Riservi minimi

1.4. Kontro-partijiet

1.5. Assi li jservu ta' bażi

1.6. Modifikazzjonijiet għall-istruttura tal-politika monetarja

2. Kontropartijiet eliġibbli

2.1. Kriterji ġenerali għall-eliġibilità

2.2. Selezzjoni ta' kontropartijiet għal sejħiet għall-offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali

2.3. Sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-kontroparti

2.4. Sospensjoni jew esklużjoni għal raġunijiet ta' prudenza

3. Operazzjonijiet tas-suq miftuħ

3.1. Transazzjonijiet opposti

3.1.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

3.1.2. Operazzjonijiet ewlenin għall-iffinanzjar mill-ġdid

3.1.3. Operazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-ġdid fuq terminu itwal

3.1.4. Bidliet żgħar f'operazzjonijiet opposti

3.1.5. Operazzjonijiet opposti strutturali

3.2. Transazzjonijiet li jsiru f'daqqa

3.3. Il-ħrug ta' ċertifikati tad-debitu ta' l-ECB

3.4. Bidliet tal-kambju

3.5. Il-ġbir ta' depożiti fuq terminu fiss

4. Faċilitajiet wieqfa

4.1. Il-faċilità marġinali tas-self

4.2. Il-faċilità tad-depożitu

5. Proċeduri

5.1. Proċeduri għas-sejħiet għall-offerti

5.1.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

5.1.2. Kalendarju ta' l-operazzjonijiet għas-sejħiet għall-offerti

5.1.3. Tħabbir ta' operazzjonijiet għas-sejħiet għall-offerti

5.1.4. 5.1.4. Il-preparazzjoni u s-sottomissjoni tal-kontropartijiet għas-sejħiet għall-offerti

5.1.5. Proċeduri ta' l-assenjazzjoni tas-sejħiet għall-offerti

5.1.6. It-tħabbir tar-riżultati tas-sejħiet għall-offerti

5.2. Il-Proċeduri għall-operazzjonijiet bilaterali

5.3. Proċeduri għar-risolviment

5.3.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

5.3.2. Risolviment ta' l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ

5.3.3. Proċeduri fi tmiem il-ġurnata

6. Assi eliġibbli

6.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

6.2. Assi fuq l-ewwel livell

6.3. Assi fuq it-tieni livell

6.4. Miżuri għall-kontroll tar-riskju

6.4.1. Miżuri għall-kontroll tar-riskju għal assi fuq l-ewwel livell

6.4.2. Miżuri għall-kontroll tar-riskju għal assi fuq it-tieni livell

6.5. Prinċipji ta' ivvalutar għal assi li jservu ta' bażi

6.6. L-użu bejn il-fruntieri ta' assi li jservu ta' bażi

6.6.1. Mudell bankarju ċentrali korrispondenti

6.6.2. Ħoloq bejn sistemi tas-sigurtà għar-risolviment

7. Riservi minimi

7.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

7.2. Istituzzjonijiet suġġetti għar-riservi minimi

7.3. Id-determinazzjoni tar-riservi minimi

7.4. Il-manteniment ta' holdings ta' riserva

7.5. Ir-rappurtaġġ, l-għarfien u l-verifika tal-bażi ta' riserva

7.6. Nuqqas ta' konformità ma' obbligi ta' riservi minimi

Anness 1 Eżempji ta' operazzjonijiet u proċeduri tal-politika monetarja

Anness 2 Glossarju

Anness 3 Selezzjoni ta' kontropartijiet għal operazzjonijiet ta' intervent għall-bdil tal-kambju u l-bdil tal-kambju għall-għanijiet tal-politika monetarja

Anness 4 L-istruttura ta' rappurtaġġ għall-istatistiċi tal-flus u tal-bankar tal-Bank Ċentrali Ewropew

Anness 5 Is-siti elettroniċi tas-sistema ta' l-euro

Anness 6 Proċeduri u sanzjonijiet li għandhom japplikaw f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi tal-kontroparti

1. Il-perijodu ta' żmien normali għall-passi operazzjonali għal sejħiet għall-offerti standard

2. Il-perijodu ta' żmien normali għall-passi operazzjonali għal sejħiet għall-offerti mgħaġġla

3. Il-mudell korrispondenti ta' bankar ċentrali

4. Ħoloq bejn sistemi tas-sigurtà għar-risolviment

1. Operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

2. Ġranet normali tan-negozju għal operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid

3. Dati normali għar-risolviment ta' operazzjonijiet tas-suq miftuħ għas-sistema ta' l-euro

4. Assi eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

1. Il-ħruġ ta' ċertifikati tad-debitu ta' l-ECB

2. Il-bdil tal-kambju

3. Passi operazzjonali għal proċeduri fis-sejħiet għall-offerti

4. L-assenjazzjoni ta' sejħiet għall-offerti b'rata fissa

5. L-assenjazzjoni ta' sejħiet għall-offerti b'rati varjabbli f'euro

6. L-assenjazzjoni ta' sejħiet għall-offerti fi bdil tal-kambju b'rati varjabbli

7. Miżuri għall-kontroll tar-riskju

8. Kategoriji ta' likwidità għal assi fuq l-ewwel livell

9. Livelli ta' evalwazzjoni ta' haircuts ( %) applikabbli għal assi eliġibbli fuq l-ewwel livell f'relazzjoni ma' istrumenti fixed couponu zero coupon

10. Livelli ta' evalwazzjoni ta' haircuts ( %) applikabbli għal istrumenti ta' inverse floating rate eliġibbli fuq l-ewwel livell

11. Kalkolu ta' sejħiet marġinali

12. Livelli ta' evalwazzjoni ta' haircuts applikabbli għal assi eliġibbli fuq it-tieni livell

13. Il-bażi ta' riserva u l-proporzjonijiet ta' riserva

14. Il-kalkolu tar-renumerazzjoni ta' holdings ta' riservi rikjesti

Taqsiriet

CCBM | Mudell korrispondenti ta' bankar ċentrali |

C.E.T. | Ħin Ċentrali Ewropew |

CIs | Istituzzjonijiet tal-kreditu |

CSD | Depożitarju Ċentrali tas-Sigurtajiet |

DVP | Tqassim-Kontra-Pagament |

EC | Komunità Ewropea |

ECB | Bank Ċentrali Ewropew |

EEA | Żona Ekonomika Ewropea |

EEC | Komunità Ekonomika Ewropea |

EPM | Il-m ekkaniżmu tal-pagamenti ta' l-ECB |

ESCB | Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali |

EU | Unjoni Ewropea |

FOP | Liberu mill-ħlas |

FRN | Nota tal-Floating-rate |

IDC | Kreditu li jsir fl-istess ġurnata |

ISIN | Numru ta' Identifikazzjoni tas-Sigurtajiet Internazzjonali |

MFI | Istituzzjoni Finanzjarja Monetarja |

MMF | Fond tas-suq tal-flus |

MMP | Karta tas-suq tal-flus |

MU | Unjoni Monetarja |

MUMS | Unjoni Monetarja ta' l-Istati Membri |

NCB | Bank Ċentrali Nazzjonali |

RoW | Il-bqija tad-dinja |

RTGS | Risolviment totali f'ħin reali |

SSS | Sistema għar-risolviment tas-sigurtajiet |

Strip | Kummerċ separat ta' interess u prinċipal |

TARGET | Sistema ta' Trasferiment Awtomatizzat Espress min-naħa għal oħra ta' l-Ewropa ta' Risolviment Totali f'Ħin Reali |

UCITS | Intrapriża għall-investiment kollettiv f'sigurtajiet transferibbli |

Introduzzjoni

Dan id-dokument jippreżenta l-istruttura operazzjonali magħżula mis-sistema ta' l-euro [1] Il-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew fitehem li juża t-terminu "Eurosystem" bħala espressjoni li tiddenota l-komposizzjoni li fiha s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali taqdi l-funzjonijiet bażiċi tagħha, jiġifieri l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li adottaw il-munita waħdanija skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Bank Ċentrali Ewropew. għall-politika monetarja waħdanija fiż-żona ta' l-euro. Id-dokument, li jifforma parti mill-istruttura legali tas-sistema ta' l-euro għal istrumenti u proċeduri għas-sistema ta' l-euro, huwa intenzjonat li jservi bħala "Dokumentazzjoni Ġenerali" fuq l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro, partikolarment bil-għan li jipprovdu lill-kontropartijiet bl-informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' l-istruttura tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro.

Id-Dokumentazzjoni Ġenerali fiha nfisha la tagħti drittijiet u lanqas timponi obbligi fuq il-kontro-partijiet. Ir-relazzjoni legali bejn is-sistema ta' l-euro u l-kontropartjiet hija stabbilita f'arranġamenti kontrattwali jew regolatorji xierqa.

Dan id-dokument huwa mqassam f'sebà kapitoli. Kapitolu 1 jagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura operazzjonali tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro. F'Kapitolu 2, il-kriterji ta' l-eliġibilità għal kontropartijiet li qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro huma speċifikati. Kapitolu 3 jiddeskrivi l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ, waqt li Kapitolu 4 jippreżenta l-faċilitajiet wieqfa għad-disposizzjoni tal-kontropartijiet. Kapitolu 5 jispeċifika l-proċeduri applikati fl-eżekuzzjoni ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja. F'Kapitolu 6, il-kriterji għall-eliġibilità ta' assi li jservu ta' bażi għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja huma definiti. Kapitolu 7 jippreżenta s-sistema ta' riservi minimi tas-sistema ta' l-euro.

L-annessi fihom eżempji ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja, glossarju, il-kriterji għas-selezzjoni ta' kontropartijiet għal operazzjonijiet ta' intervent tal-bdil tal-kambju għas-sistema ta' l-euro, preżentazzjoni ta' l-istruttura ta' rappurtaġġ għall-istatistiċi ta' flus u ta' bankar tal-Bank Ċentrali Ewropew, lista ta' siti ta' l-internet tas-sistema ta' l-euro u deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi tal-kontroparti.

KAPITOLU 1

1. ĦARSA ĠENERALI LEJN L-ISTRUTTURA TAL-POLITIKA MONETARJA

1.1. Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali

Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (ESCB) tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (ECB)u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri [2] Għandu jkun innutat li l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-munita waħdanija skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat) iżommu s-setgħat tagħhom fil-qasam tal-politika monetarja skond il-liġi nazzjonali u għalhekk m'humiex involuti fil-kondotta tal-politika monetarja waħdanija. ta' l-Unjoni Ewropea (UE). L-attivitajiet ta' l-ESCB isiru skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat) u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew (Statut ta' l-ESCB). L-ESCB huwa mmexxi mill-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-ECB. F'dan ir-rigward, il-Kunsill li Jiggverna fl-ECB huwa responsabbli mill-formulazzjoni tal-politika monetarja, waqt li l-Bord Eżekuttiv għandu l-poter li jimplementa l-politika monetarja skond id-deċiżjonijiet li jittieħdu u l-linji ta' gwida mniżżla mill-Kunsill Amministrattiv. Sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq u bil-għan li tiġi assigurata effiċjenza operazzjonali, l-ECB għandu dritt idur fuq il-banek ċentrali nazzjonali [3] F'kull parti ta' dan id-dokument, it-terminu "banek ċentrali nazzjonali" jirreferi għall-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li adottaw il-munita waħdanija skond it-Trattat. għat-twettiq ta' operazzjonijiet li jiffurmaw parti mix-xogħlijiet tas-sistema ta' l-euro. L-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro huma esegwiti taħt termini u kondizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha [4] F'kull parti ta' dan id-dokument, it-terminu "Stat Membru" jirreferi għal Stat Membru li adotta l-munita waħdanija skond it-Trattat..

1.2. Oġġettivi tas-sistema ta' l-euro

L-oġġettiv primarju tas-sistema ta' l-euro huwa li jkun hemm stabbilità fil-prezz, kif definit fl-Artikolu 105 tat-Trattat. Mingħajr preġudizzju għall-oġġettiv primarju ta' l-istabbilità fil-prezz, is-sistema ta' l-euro għandha ssostni l-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Komunità Ewropea. Waqt li ssegwi dawn l-oġġettivi, is-sistema ta' l-euro għandha taġixxi skond il-prinċipji ta' ekonomija ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni libera, li tiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.

1.3. L-istrumenti tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

Sabiex tilħaq dawn l-oġġettivi, is-sistema ta' l-euro għandha għad-dispożizzjoni tagħha, sett ta' istrumenti tal-politika monetarja; is-sistema ta' l-euro tmexxi operazzjonijiet tas-suq miftuħ, toffri faċilitajiet wieqfa u titlob lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jżommu riservi minimi fuq kontijiet mas-sistema ta' l-euro.

1.3.1. Operazzjonijiet tas-suq miftuħ

L-operazzjonijiet tas-suq miftuħ għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro bil-għan li jagħtu direzzjoni lir-rati ta' interess, jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u jagħtu sinjal lix-xejra tal-politika monetarja. Hemm ħames tipi ta' istrumenti għad-dispożizzjoni tas-sistema ta' l-euro sabiex tmexxi l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ. L-aktar istrument importanti huwa t-transazzjoni opposta (li tapplika fuq il-bażi ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid jew self garantit). Is-sistema ta' l-euro tista' wkoll tuża transazzjonijiet f'daqqa, il-ħruġ ta' ċertifikati tad-debitu, bdil tal-kambju u l-kollezzjoni ta' depożiti fuq terminu fiss. Operazzjonijiet tas-suq miftuħ huma mibdija mill-ECB, li jiddeċiedi wkoll fuq l-istrument li għandu jintuża u t-termini u l-kondizzjonijiet għall-esekuzzjoni tagħhom. Huma jistgħu jiġu esegwiti fuq il-bażi ta' sejħiet għall-offerti standard, sejħiet għall-offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali [5] Il-proċeduri differenti għall-eżekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet fis-suq miftuħ ta' l-Eurosystem, jiġifieri offerti standard, offerti ta' malajr u proċeduri bilaterali, huma speċifikati f'Kapitolu 5. Għall-offerti standard, ħin massimu ta' 24 siegħa jgħaddi bejn is-sejħa għall-offerti u ċ-ċertifikazzjoni tar-riżultat ta' l-assenjazzjoni. Il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' l-eliġibilità speċifikati f'Sezzjoni 2.1 jistgħu jipparteċipaw fl-offerti standard. Offerti ta' malajr huma eżegwiti fi żmien siegħa. L-Eurosystem tista' tagħżel numru limitat ta' kontropartijiet biex jipparteċipaw fl-offerti ta' malajr. It-terminu "proċeduri bilaterali" jirreferi għal kwalunkwe każ li fih l-Eurosystem tmexxi transazzjoni ma' wieħed jew xi kontropartijiet mingħajr ma tuża proċeduri ta' l-offerti. Proċeduri bilaterali jinkludu operazzjonijiet eżegwiti permezz tal-Borża jew aġenti tas-swieq.. Fir-rigward ta' l-għanijiet tagħhom, ir-regolarità u l-proċeduri, l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro jistgħu jiġu mqassma f'dawn l-erbà kategoriji li ġejjin (ara wkoll Tabella 1):

- l-operazzjonijiet ewlenin ta' l-iffinanzjar mill-ġdid huma transazzjonijiet regolari opposti li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' darba fil-ġimgħa u b'maturità li normalment tkun ta' ġimgħa. Dawn l-operazzjonijiet huma esegwiti mill-banek ċentrali nazzjonali fuq il-bażi ta' sejħiet għall-offerti standard. L-operazzjonijiet ewlenin ta' iffinanzjar mill-ġdid jaqdu rwol ewlieni fis-segwitu ta' l-għanijiet ta' l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro u jipprovdu l-parti l-kbira ta' iffinanzjar mill-ġdid lis-settur finanzjarju.

- l-operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal huma transazzjonijiet opposti li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' darba fix-xahar u b'maturità li normalment tkun ta' tliet xhur. Dawn l-operazzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu lill-kontropartijiet b'iffinanzjar addizzjonali mill-ġdid fuq perijodu itwal u huma esegwiti mill-banek ċentrali nazzjonali fuq il-bażi ta' sejħiet għall-offerti standard. F'dawn l-operazzjonijiet, is-sistema ta' l-euro, bħala regola, m'għandhiex l-intenzjoni li tibgħat sinjali lis-suq u għalhekk normalment topera għat-teħid tar-rata.

- Tibdiliet żgħar fl-operazzjonijiet huma esegwiti fuq bażi ad hoc bl-għan li jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u li jagħtu direzzjoni lir-rati ta' l-interessi, b'mod partikolari biex itaffu l-effetti fuq ir-rati ta' interess ikkawżati minn tibdil fil-likwidità mhux mistenni fis-suq. Tibdiliet żgħar fl-operazzjonijiet huma esegwiti primarjament bħala transazzjonijiet opposti, iżda jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta' transazzjonijiet li jsiru f'daqqa, bdil fil-kambju u l-kollezzjoni ta' depożiti fuq perijodu fiss. L-istrumenti u l-proċeduri applikati fit-twettiq ta' tibdiliet żgħar fl-operazzjonijiet, huma adattati għat-tipi ta' transazzjonijiet u l-oġġettivi speċifiċi segwiti fl-operazzjonijiet. Tibdiliet żgħar fl-operazzjonijiet normalment huma esegwiti mill-banek ċentrali nazzjonali permezz ta' sejħiet għall-offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali. Il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB għandu jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, tibdiliet żgħar għal operazzjonijiet bilaterali jistgħux jiġu esegwiti mill-ECB innifsu.

- barra minn hekk, is-sistema ta' l-euro tistà twettaq operazzjonijiet strutturali permezz tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu, transazzjonijiet opposti u transazzjonijiet f'daqqa. Dawn l-operazzjonijiet huma esegwiti meta l-ECB jixtieq li jaġġusta l-pożizzjoni strutturali tas-sistema ta' l-euro vis a' vis is-settur finanzjarju (fuq bażi regolari jew mhux regolari). Operazzjonijiet strutturali taħt il-forma ta' transazzjonijiet opposti u l-ħruġ ta' istrumenti ta' debitu jitwettqu mill-banek ċentrali nazzjonali permezz ta' sejħiet għall-offerti standard. Operazzjonijiet strutturali taħt il-forma ta' transazzjonijiet li jsiru mill-ewwel huma esegwiti permezz ta' proċeduri bilaterali.

1.3.2. Faċilitajiet wieqfa

Faċilitajiet wieqfa għandhom l-għan li jipprovdu u jassorbixxu likwidità fuq perijodu qasir, jagħtu sinjal tax-xejra ġenerali tal-politika monetarja u jorbtu r-rati ta' interessi tas-suq fuq perijodu qasir. Żewġ faċilitajiet wieqfa huma disponibbli għal kontropartijiet eliġibbli fuq l-inizjattiva tagħhom, suġġett għat-twettiq ta' ċerti kondizzjonijiet għall-aċċess operazzjonali (ara wkoll Tabella 1):

- kontropartijiet eliġibbli fuq l-inizjattiva tagħhom, suġġett għas-sodisfazzjon minnhom ta' ċerti kondizzjonijiet għall-aċċess operazzjonali (ara wkoll Tabella 1):

- il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità għas-self marġinali biex jakkwistaw likwidità fuq perijodu qasir mill-banek ċentrali nazzjonali sakemm ikun hemm assi eliġibbli. Taħt ċirkostanzi normali, ma hemmx limiti għall-kreditu jew restrizzjonijiet fuq l-aċċess tal-kontropartijiet għall-faċilità ħlief għall-kondizzjoni li jiġu ppreżentati assi suffiċjenti bħala bażi. Ir-rata ta' interess fuq il-faċilità għas-self marġinali normalment tipprovdi limitu għar-rata ta' interess fis-suq fuq perijodu qasir.

- il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità tad-depożitu biex jagħmlu depożiti fuq perijodu qasir mal-banek ċentrali nazzjonali. Taħt ċirkostanzi normali, ma hemmx limiti għad-depożitu jew restrizzjonijiet oħra fuq l-aċċess tal-kontropartijiet għall-faċilità. Ir-rata ta' interess fuq il-faċilità tad-depożitu normalment tipprovdi bażi għar-rata ta' interess tas-suq fuq perijodu qasir.

Il-faċilitajiet wieqfa huma amministrati b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali.

1.3.3. Riservi minimi

Is-sistema tar-riservi minimi tas-sistema ta' l-euro tapplika għal istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona ta' l-euro u primarjament issegwi l-għanijiet li tistabilizza r-rati ta' interessi fis-suq tal-flus u li toħloq (jew tkabbar) in-nuqqas ta' likwidità strutturali. Il-bżonn ta' riserva ta' kull istituzzjoni huwa determinat f'relazzjoni ma' elementi mill-karta tal-bilanċ tagħha. Sabiex issegwi l-għan li tistabilizza r-rati ta' interess, is-sistema ta' riservi minimi tas-sistema ta' l-euro tippermetti lill-istituzzjonijiet jagħmlu użu minn dispożizzjonijiet medji. Il-konformità mal-kondizzjonijiet ta' riserva meħtieġa hija determinata fuq il-bażi ta' riservi medji ta' holdings ta' kuljum ta' l-istituzzjonijiet fuq il-perijodu tal-manteniment. Il-holdings ta' riservi meħtieġa ta' l-istituzzjonijiet huma renumerati bir-rata ta' l-operazzjonijiet ewlenin ta' iffinanzjar mill-ġdid tas-sistema ta' l-euro.

1.4. Kontropartijiet

L-istruttura tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro hija fformulata bil-għan li tassigura l-parteċipazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' kontropartijiet. L-istituzzjonijiet suġġetti għall-kondizzjonijiet meħtieġa ta' riservi minimi skond l-Artikolu 19.1 ta' l-Istatut ta' l-ESCB jistà jkollhom aċċess għall-faċilitajiet wieqfa u jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għall-offerti standard. Is-sistema ta' l-euro tistà tagħżel numru limitat ta' kontropartijiet sabiex jipparteċipaw f'tibdiliet żgħar fuq l-operazzjonijiet. Għal transazzjonijiet f'daqqa, m'hemmx restrizzjonijiet minn qabel fuq il-firxa tal-kontropartijiet. Għal bidliet fil-kambju li jsiru għal raġunijiet ta' politika monetarja, fatturi attivi fis-suq barrani tal-kambju huma wżati. Is-sett ta' kontropartijiet għal dawn l-operazzjonijiet huwa limitat għal dawk l-istituzzjonijiet magħżula għall-operazzjonijiet ta' intervent ta' bdil tal-kambju tas-sistema ta' l-euro li huma lokalizzati fiż-żona ta' l-euro.

1.5. Assi li jservu ta' bażi

In segwitu ta' l-Artikolu 18.1 ta' l-Istatut ta' l-ESCB, l-operazzjonijiet kollha ta' kreditu tas-sistema ta' l-euro (i.e. operazzjonijiet li jipprovdu likwidità) iridu jkunu bbażati fuq garanzija adegwata. Is-sistema ta' l-euro taċċetta firxa wiesgħa ta' assi biex iservu ta' bażi għall-operazzjonijiet tagħha. Issir distinzjoni, essenzalment għal raġunijiet interni għas-sistema ta' l-euro, bejn żewġ kategoriji ta' assi eliġibbli: "fuq l-ewwel livell" u "fuq it-tieni livell" rispettivament. L-ewwel livell jikkonsisti f'istrumenti ta' debitu li jistgħu jiġu nnegozjati li jissodisfaw kriterji uniformi ta' eliġibilità maż-żona kollha ta' l-euro kif speċifikati mill-ECB. It-tieni livell jikkonsisti f'assi addizzjonali, li jistgħu jiġu nnegozjati jew le, li huma ta' importanza partikolari għas-swieq finanzjarji nazzjonali u s-sistemi bankarji u li għalihom ġew stabbiliti kriterji ta' eliġibilità mill-banek ċentrali nazzjonali, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-ECB. Ma ssirx distinzjoni bejn iż-żewġ livelli fir-rigward tal-kwalità ta' l-assi u l-eliġibilità tagħhom għal tipi varji ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro (ħlief li l-assi fuq it-tieni livell normalment m'humiex użati mis-sistema ta' l-euro għal transazzjonijijet f'daqqa). Assi eliġibbli jistgħu jintużaw bejn il-fruntieri, permezz tal-mudell korrispondenti ta' bankar ċentrali (CCBM) jew permezz ta' ħoloq eliġibbli bejn is-Sistemi tar-Risolviment tas-Sigurtajiet fl-UE (SSSs), biex jikkollateralizzaw it-tipi kollha ta' kreditu tas-sistema ta' l-euro [6] Ara Sezzjonijiet 6.6.1 u 6.6.2.. L-assi kollha eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro jistgħu jintużaw bħala assi ta' bażi għal kreditu fl-istess ġurnata.

1.6. Modifikazzjonijiet għall-istruttura tal-politika monetarja

Il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB jistà, f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kondizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-esekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro.

TABELLA 1

Operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro

Politika Monetarja | Tipi ta' transazzjonijiet | Maturità | Frekwenza | Proċedura |

Proviżjoni tal-likwidità | Assorbiment tal-likwidità |

Operazzjonijiet tas-suq miftuħ

Operazzjonijiet Ewlenin għall-iffinanzjar millġdid | Transazzjonijiet opposti | - | Ġimgħa waħda | Kull ġimgħa | Sejħiet għall-offerti standard |

Operazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-ġdid Fuq perijodu itwal | Transazzjonijiet opposti | - | Tliet xhur | Kull xahar | Sejħiet għall-offerti standard |

Operazzjonijiet ta' tibdiliet żgħar | Transazzjonijiet oppostiBdil tal-kambju | Transazzjonijiet oppostiKollezzjoni ta' Depożiti fuq terminu fissBdil tal-kambju | Mhux standardizzati | Mhux regolari | Sejħiet għall-offerti mgħaġġlaProċeduri bilaterali |

Xiri F'daqqa | Bejgħ f'daqqa | - | Mhux regolari | Proċeduri bilaterali |

Operazzjonijiet Strutturali | Transazzjonijiet opposti | Il-ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu | Standardizzati/Mhux standardizzati | Regolari u Mhux regolari | Sejħiet għall-offerti standard |

Xiri F'daqqa | Bejgħ f'daqqa | - | Mhux regolari | Proċeduri bilaterali |

Faċilitajiet wieqfa

Faċilità għas-self marġinali | Transazzjonijiet opposti | - | Fi żmien qasir | Aċċess għad-diskrezzjoni tal-kontropartijiet |

Faċilità għad-depożitu | - | Depożiti | Fi żmien qasir | Aċċess għad-diskrezzjoni tal-kontropartijiet |

KAPITOLU 2

2. KONTROPARTIJIET ELIĠIBBLI

2.1. Kriterji ġenerali għall-eliġibilità

Il-kontropartijiet ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro jridu jissodisfaw ċerti kriterji ta' eliġibilità [7] Għal transazzjonijiet ċari, l-ebda restrizzjonijiet ma jitpoġġew a priori fuq il-firxa tal-kontropartijiet.. Dawn il-kriterji huma definiti bil-għan li jagħtu lil firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet aċċess għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro, jenfasizzaw it-trattament ugwali ta' l-istituzzjonijiet madwar iż-żona ta' l-euro u jassiguraw li l-kontropartijiet jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet operazzjonali u li jitolbu prudenza:

- huma biss l-istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' riserva minima tas-sistema ta' l-euro skond l-Artikolu 19.1 ta' l-Istatut ta' l-ESCB li huma eliġibbli biex ikunu kontropartijiet. L-istituzzjonijiet li huma eżenti mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema minima ta' riserva tas-sistema ta' l-euro (ara Sezzjoni 7.2) m'humiex eliġibbli biex ikunu kontropartijiet għal faċilitajiet wieqfa tas-sistema ta' l-euro u operazzjonijiet tas-suq miftuħ,

- il-kontropartijiet iridu jkunu finanzjarjament sodi. Huma jridu jkunu suġġetti għal ta' l-anqas forma waħda ta' superviżjoni armonizzata ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-EU/EEA [8] Sorveljanza armonizzata ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu hija bbażata fuq id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 relatata mal-bidu u l-eżerċitazzjoni ta' negozju ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu, ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1, kif emendat.. Iżda, istituzzjonijiet sodi finanzjarjament suġġetti għal superviżjoni nazzjonali mhux armonizzata ta' standard komparabbli tista' tkun aċċettata bħala kontroparti, eż: fergħat stabbiliti fiż-żona ta' l-euro ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA).

- il-kontropartijiet iridu jissodisfaw kull kriterju operazzjonali speċifikat fil-ftehim kontrattwali jew regolatorju relevanti applikat mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv (jew l-ECB), sabiex jassigura t-tmexxija effiċjenti ta' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro.

Dawn il-kriterji ġenerali ta' eliġibiltà huma uniformi madwar iż-żona ta' l-euro.L-istituzzjonijiet li qed jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' l-eliġibilità jistgħu:

- ikollhom aċċess għall-faċilitajiet wieqfa tas-sistema ta' l-euro, u

- jipparteċipaw f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro ibbażati fuq sejħiet għall-offerti standard.

Istituzzjoni jista' jkollha aċċess għall-faċilitajiet wieqfa tas-sistema ta' l-euro u ta' l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għall-offerti standard, biss permezz tal-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih hi stabbilita. Jekk istituzzjoni għandha stabbilimenti (uffiċċju ewlieni jew fergħat) f'aktar minn Stat Membru wieħed, kull stabbiliment għandu aċċess għal dawn l-operazzjonijiet permezz tal-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn hu stabbilit, minkejja l-fatt li l-ħruġ ta' sejħiet għall-offerti ta' istituzzjoni jistgħu jintefgħu biss minn stabbiliment wieħed (mill-uffiċċju ewlieni jew minn fergħa indikata) f'kull Stat Membru.

2.2. Is-Selezzjoni ta' kontropartijiet għal sejħiet għall-offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali

Għal transazzjonijiet f'daqqa, m'hemmx restrizzjonijiet imposti minn qabel fuq il-firxa tal-kontropartijiet.

Għal tibdil fil-kambju maħruġ għal raġunijiet tal-politika monetarja, il-kontropartijiet iridu jkunu kapaċi jmexxu operazzjonijiet ta' bdil tal-kambju ta' volum kbir, b'mod effettiv taħt il-kondizzjonijiet kollha tas-suq. Il-firxa ta' kontropartijiet għall-bdil tal-kambju tikkorrispondi mal-kontropartijiet lokalizzati fiż-żona ta' l-euro li huma magħżula għal operazzjonijiet ta' intervent tal-kambju tas-sistema ta' l-euro. Il-kriterji u l-proċeduri applikati għall-għażla tal-kontropartijiet għall-operazzjonijiet ta' intervent tal-kambju huma ppreżentati fl-Anness 3.

Għal operazzjonijiet oħra bbażati fuq sejħiet għall-offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali (tibdiliet żgħar għal transazzjonijiet opposti u l-kollezzjoni ta' depożiti fuq terminu fiss), kull bank ċentrali nazzjonali jagħżel sett ta' kontropartijiet minn fost l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tiegħu, li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità tal-kontroparti. F'dan ir-rigward, l-attività fis-suq tal-flus hija kriterju selettiv ewlieni. Kriterji oħra li tista' tittieħed konsiderazzjoni tagħhom huma, per eżempju, l-effiċjenza tal-mejda tan-negozjar u l-potenzal ta' l-ordnijiet.

F'sejħiet għall-offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali l-banek ċentrali nazzjonali jittrattaw esklussivament mal-kontropartijiet li huma inklużi fis-sett rispettiv tagħhom ta' tibdiliet żgħar tal-kontropartijiet. Jekk, għal raġunijiet operazzjonali, bank ċentrali nazzjonali ma jistax jittratta mal-kontropartijet kollha li jeħtieġu tibdiliet żgħar, is-selezzjoni tal-kontropartijiet f'dan l-Istat Membru se tkun ibbażata fuq skema ta' rotazzjoni sabiex tassigura aċċess ugwali.

Il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB, se jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali ta' tibdiliet żgħar, jistgħux isiru mill-ECB innifsu. Jekk l-ECB kellu jwettaq operazzjonijiet bilaterali, is-selezzjoni tal-kontropartijiet f'dawn il-każijiet ikollha ssir mill-ECB skond skema ta' rotazzjoni fost dawk il-kontropartijiet fiż-żona ta' l-euro li huma eliġibbli għal sejħiet għall-offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali sabiex jassiguraw aċċess ugwali.

2.3. Sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-kontroparti

L-ECB għandu jimponi sanzjonijiet, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet [9] ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4., ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta' Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ECB/1999/4) [10] ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21., ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [11] ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1., kif emendat, u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (ECB/2003/9) [12] ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10., fuq istituzzjonijiet li ma jikkonformawx ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet ta' l-ECB dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi. Is-sanzjonijiet u r-regoli proċedurali relevanti għall-applikazzjoni tagħhom huma speċifikati fir-Regolamenti msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, f'każ ta' nuqqasijiet serji fil-konsiderazzjonijiet tar-riservi minimi, is-sistema ta' l-euro tista' tissospendi l-parteċipazzjoni tal-kontropartijiet fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ.

Skond id-disposizzjonijiet fl-arranġamenti kontrattwali jew regolatorji applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv (jew mill-ECB), is-sistema ta' l-euro ser timponi penali finanzjarji fuq il-kontropartijiet jew tissospendi l-parteċipazzjoni tal-kontropartijiet f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ jekk il-kontropartijiet jonqsu li jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt l-arranġamenti kontrattwali jew regolatorji applikati mill-banek ċentrali nazzjonali (jew mill-ECB) kif indikat hawn taħt.

Dan jirrigwarda każijiet ta' ksur tar-regoli tas-sejħiet għall-offerti (jekk xi kontroparti mhix kapaċi tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta' assi bħala bażi biex tissetilja l-ammont ta' likwidità assenjat lilha f'operazzjoni li tipprovdi likwidità jew jekk mhix kapaċi tqassam ammont ta' flus suffiċjenti biex tissetilja l-ammont assenjat lilha f'operazzjoni għall-assorbiment tal-likwidità) u ta' regoli għal transazzjonijiet bilaterali (jekk xi kontroparti mhix kapaċi tqassam ammont suffiċjenti ta' assi eliġibbli li jservu ta' bażi jew jekk mhix kapaċi tqassam ammont ta' flus suffiċjenti biex tissetilja l-ammont maqbul f'transazzjonijiet bilaterali).

Dan japplika wkoll f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità minn xi kontroparti mar-regoli għall-użu ta' l-assi li jservu ta' bażi (jekk xi kontroparti qiegħda tuża assi li huma jew li saru ineliġibbli, jew li ma jistgħux jintużaw mill-kontroparti, e.ż. minħabba relazzjoni mill-qrib, jew l-identità ta' l-issuer/garanti u l-kontroparti) u n-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-proċeduri ta' tmiem il-ġurnata u l-kondizzjonijiet għall-aċċess tal-faċilità marġinali tas-self (jekk kontroparti li għandha bilanċ negattiv fuq il-kont fl-aħħar tal-ġurnata, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għall-aċċess tal-faċilità marġinali tas-self).

Barra minn hekk, miżura ta' sospensjoni biex tittieħed vis a' vis il-kontroparti li tonqos li tikkonforma, tista' tiġi applikata għal fergħat ta' l-istess istituzzjoni lokalizzata fi Stati Membri oħra. Fejn, bħala miżura eċċezzjonali, dan huwa meħtieġ minħabba s-serjetà ta' każ ta' nuqqas ta' konformità, kif ippruvat mill-frekwenza jew it-tul ta' żmien tiegħu, per eżempju, il-kontroparti tista' tiġi sospiża mill-operazzjonijiet futuri kollha tal-politika monetarja għal perijodu ta' żmien definit.

Penali finanzjarji imposti minn banek ċentrali nazzjonali f'każ ta' nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' ksur tar-regoli dwar l-operazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti, transazzjonijiet bilaterali, assi li jservu ta' bażi, proċeduri ta' tmiem il-ġurnata jew il-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali għandhom jiġu kkalkulati fuq rata ta' penali li tkun speċifikata minn qabel (kif imniżżel fl-Anness 6).

2.4. Sospensjoni jew esklużjoni għal raġunijiet ta' prudenza

Skond id-disposizzjonijiet fl-arranġamenti kontrattwali jew regolatorji applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv (jew mill-ECB), is-sistema ta' l-euro tista' tissospendi jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti tal-politika monetarja għal raġunijiet ta' prudenza.

Barra minn hekk, is-sospensjoni jew l-esklużjoni tal-kontropartijiet tista' tkun meħtieġa f'uħud minn dawk il-każijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta' "nuqqas" kontroparti kif definit fl-arranġamenti kontrattwali jew regolatorji applikati mill-banek ċentrali nazzjonali.

KAPITOLU 3

3. OPERAZZJONIJIET TAS-SUQ MIFTUĦ

L-operazzjonijiet tas-suq miftuħ għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-politika monetarja tas-sistema ta' l-euro, isegwu l-għanijiet li jmexxu r-rati ta' interess, jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u jagħtu sinjal tax-xejra tal-politika monetarja. Fir-rigward ta' l-għanijiet, tar-regolarità u tal-proċeduri tagħhom, l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro jistgħu jinqasmu f'erbà kategoriji: l-operazzjonijiet ewlenin għall-finanzjament mill-ġdid, l-operazzjonijiet għall-finanzjament mill-ġdid fuq perijodu itwal, operazzjonijiet ta' tibdiliet żgħar u operazzjonijiet strutturali. F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrumenti wżati, it-transazzjonijiet opposti huma l-istrument ewlieni tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro u jistgħu jiġu mħaddma fl-erbà kategoriji ta' operazzjonijiet, waqt li ċ-ċertifikati ta' debitu jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta' assorbiment strutturali. Barra minn hekk, is-sistema ta' l-euro għandha tliet strumenti oħra għad-dispożizzjoni tat-tħaddim ta' l-operazzjonijiet ta' tibdiliet żgħar: transazzjonijiet f'daqqa, bdil tal-kambju u l-kollezzjoni ta' depożiti fuq terminu fiss. Fis-sezzjonijiet li ġejjin, fatturi speċifiċi tat-tipi differenti ta' l-istrumenti tas-suq miftuħ użati fis-sistema ta' l-euro huma ppreżentati fid-detall.

3.1. Transazzjonijiet opposti

3.1.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

(a) Tip ta' istrument

Transazzjonijiet opposti jirreferu għal dawk l-operazzjonijiet fejn is-sistema ta' l-euro tixtri jew tbiegħ assi eliġibbli taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid jew tmexxi operazzjonijiet ta' kreditu kontra assi eliġibbli bħala garanzija. Transazzjonijiet opposti huma wżati għal operazzjonijiet ewlenin ta' iffinanzjar mill-ġdid u għal operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal. Barra minn hekk, is-sistema ta' l-euro tista' tuża transazzjonijiet opposti għal operazzjonijiet strutturali u ta' tibdiliet żgħar.

(b) Natura legali

Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jesegwixxu transazzjonijiet opposti jew fil-forma ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid (i.e. il-pussess ta' l-assi jiġi trasferit għal għand il-kreditur, waqt li l-partijiet jaqblu li jreġġgħu lura t-transazzjoni permezz ta' trasferiment mill-ġdid ta' l-assi lid-debitur f'data futura) jew bħala djun kollateralizzati (i.e. interess infurzabbli tas-sigurtà huwa pprovdut fuq l-assi, iżda, fuq l-ipotesi tas-sodisfazzjon ta' l-obbligazzjoni tad-debitu, il-pussess ta' l-assi jinżamm mid-debitur). Aktar disposizzjonijiet għal transazzjonijiet opposti bbażati fuq ftehim ta' xiri mill-ġdid huma speċifikati fl-arranġamenti kontrattwali applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv (jew l-ECB). Arranġamenti għal transazzjonijiet opposti bbażati fuq self kollateralizzat jieħdu konsiderazzjoni tal-proċeduri u l-formalitajiet differenti meħtieġa sabiex jippermettu l-istabbiliment u r-realizzazzjoni sussegwenti ta' interess relevanti fil-garanzija (e.ż. rahan) li japplikaw f'ġurisdizzjonijiet differenti.

(c) Termini ta' l-interess

Id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tax-xiri mill-ġdid taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid jikkorrispondi ma' l-interess dovut fuq l-ammont ta' flus misluf jew imsellef fuq il-maturità ta' l-operazzjoni, i.e. il-prezz tax-xiri mill-ġdid jinkludi l-interess rispettiv li jrid jitħallas. Ir-rata ta' l-interess fuq transazzjoni opposta taħt il-forma ta' self garantit hija determinata bl-applikazzjoni tar-rata ta' l-interessi speċifikata fuq l-ammont ta' kreditu fuq il-maturità ta' l-operazzjoni. Ir-rata ta' interessi applikata għal operazzjonijiet opposti tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro hija rata ta' interessi sempliċi bid-day-count convention"attwali/360".

3.1.2. Operazzjonijiet ewlenin għall-iffinanzjar mill-ġdid

L-operazzjonijiet ewlenin għall-iffinanzjar mill-ġdid huma l-aktar operazzjonijiet importanti tas-suq miftuħ immexxija mis-sistema ta' l-euro, jaqdu rwol importanti fis-segwitu ta' l-għanijiet li jagħtu direzzjoni lir-rati ta' interess, jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u jagħtu sinjal tax-xejra tal-politika monetarja. Huma jipprovdu wkoll il-parti l-kbira ta' l-iffinanzjar mill-ġdid għas-settur finanzjarju.

Il-fatturi operazzjonali ta' l-operazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-ġdid jista' jiġi mqassar kif ġej:

- huma operazzjonijiet li jipprovdu likwidità;

- jiġu esegwiti regolarment kull ġimgħa [13] L-operazzjonijiet prinċipali u għal żmien itwal ta' finanzjament mill-ġdid huma eżegwiti skond il-kalendarju ta' l-operazzjonijiet ta' l-offerti imħabbra minn qabel ta' l-Eurosystem (ara ukoll Sezzjoni 5.1.2), li jista' jinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int); ara ukoll is-siti ta' l-Eurosystem (Anness 5).;

- normalment huma għandhom maturità ta' ġimgħa [14] Il-maturità ta' l-operazzjonijiet prinċipali u għal żmien itwal ta' finanzjament mill-ġdid jista' jvarja okkażjonalment skond, fost ħwejjeġ oħra, vaganzi tal-bank fl-Istati Membri.;

- huma esegwiti b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali;

- huma esegwiti permezz ta' sejħiet għall-offerti standard (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.1);

- il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità (kif speċifikat f'Sezzjoni 2.1) jistgħu jissottomettu l-ħruġ ta' sejħiet għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta' iffinanzjar mill-ġdid; u

- sew assi fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni livell (kif speċifikat f'Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi li jservu ta' bażi għall-operazzjonijiet ewlenin ta' iffinanzjar mill-ġdid.

3.1.3. Operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal

Is-sistema ta' l-euro tesegwixxi wkoll operazzjonijiet regolari ta' iffinanzjar mill-ġdid, normalment b'maturità ta' tliet xhur, li għandhom l-għan li jipprovdu iffinanzjar mill-ġdid addizzjonali fuq perijodu itwal lis-settur finanzjarju. Dawn l-operazzjonijiet jirrappreżentaw biss parti limitata mill-volum globali ta' iffinanzjar mill-ġdid. F'dawn l-operazzjonijiet, is-sistema ta' l-euro, bħala regola, m'għandhiex l-intenzjoni li tibgħat sinjali lis-suq u għalhekk normalment taġixxi biex tieħu r-rati. Għalhekk, operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal, is-soltu jiġu esegwiti fil-forma ta' sejħiet għall-offerti b'rati varjabbli u, minn żmien għal żmien, l-ECB jindika l-volum ta' l-operazzjoni li għandha tiġi assenjata għal sejħiet għall-offerti fil-futur. Taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, is-sistema ta' l-euro tista' wkoll tesegwixxi operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal permezz ta' sejħiet għall-offerti b'rati fissi.

Il-fatturi operazzjonali ta' l-operazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- huma operazzjonijiet li jipprovdu likwidità;

- huma esegwiti b'mod regolari kull xahar [15] Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 13 hawn fuq.;

- normalment għandhom maturità ta' tliet xhur [16] Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 14 hawn fuq.;

- huma esegwiti b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali;

- huma esegwiti permezz ta' sejħiet għall-offerti standard (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.1);

- il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' l-eliġibilità (kif speċifikat f'Sezzjoni 2.1) jistgħu jissottomettu sejħiet għall-offerti għall-operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal; u

- kemm assi fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni livell (kif speċifikat f'Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi ta' bażi għall-operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal.

3.1.4. Tibdiliet żgħar għal operazzjonijiet opposti

Is-sistema ta' l-euro tista' tesegwixxi tibdiliet żgħar għall-operazzjonijiet taħt il-forma ta' transazzjonijiet opposti tas-suq miftuħ. Tibdiliet żgħar għall-operazzjonijiet għandhom l-għan li jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u li jagħtu direzzjoni lir-rati ta' interess, b'mod partikolari sabiex itaffu l-effetti fuq ir-rati ta' l-interessi kkawżati minn ċaqliq mhux mistenni fil-likwidità fis-suq. Il-ħtieġa potenzali għal azzjoni mgħaġġla f'każ ta' żviluppi mhux mistennija fis-suq, jagħmluha aktar attraenti li wieħed iżomm livell għoli ta' flessibilità fl-għażla tal-proċeduri u l-fatturi operazzjonali fit-tmexxija ta' dawn l-operazzjonijiet.

Il-fatturi operazzjonali ta' tibdiliet żgħar għal operazzjonijiet opposti jistgħu jiġu mqassra kif ġej-

- jistgħu jieħdu l-forma ta' operazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità jew li jassorbu l-likwidità;

- il-frekwenza tagħhom mhix standardizzata;

- il-maturità tagħhom mhix standardizzata;

- tibdiliet żgħar għal transazzjonijiet opposti li jipprovdu likwidità normalment huma esegwiti permezz ta' sejħiet għall-offerti mgħaġġla, għalkemm il-possibilità li jintużaw proċeduri bilaterali mhix eskluża (ara Kapitolu 5);

- tibdiliet żgħar għal transazzjonijiet opposti li jassorbu likwidità huma esegwiti, bħala regola, permezz ta' proċeduri bilaterali (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.2);

- dawn l-operazzjonijiet normalment huma esegwiti f'manjiera deċentralizzata mill-banek ċentrali nazzjonali (il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB ser jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, tibdiliet żgħar għal operazzjonijiet bilaterali opposti jistgħux jiġu esegwiti mill-ECB);

- is-sistema ta' l-euro tista' tisselezzjona, skond il-kriterji speċifikati f'Sezzjoni 2.2, numru limitat ta' kontropartijiet biex jipparteċipaw f'tibdiliet żgħar għal operazzjonijiet opposti;

- kemm assi fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni livell (kif speċifikat f'Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi ta' bażi għal tibdiliet żgħar f'operazzjonijiet opposti.

3.1.5. Operazzjonijiet opposti strutturali

Is-sistema ta' l-euro tista' tesegwixxi operazzjonijiet strutturali taħt il-forma ta' transazzjonijiet opposti għas-suq miftuħ bil-għan li jaġġustaw il-pożizzjoni struttrali tas-sistema ta' l-euro vis a' vis is-settur finanzjarju.

Il-fatturi operazzjonali ta' dawn l-operazzjonijiet jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- huma operazzjonijiet li jipprovdu likwidità;

- il-frekwenza tagħhom tista' tkun regolari jew mhux regolari;

- il-maturità tagħhom mhix standardizzata minn qabel;

- huma esegwiti permezz ta' sejħiet għall-offerti standard (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.1);

- huma esegwiti b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali;

- il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità (kif speċifikat f'Sezzjoni 2.1) jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għal sejħiet għall-offerti għal operazzjonijiet strutturali opposti; u

- sew assi fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni livell (kif speċifikat f'Kapitolu 6) huma eliġibbli bħala assi ta' bażi għal operazzjonijiet strutturali opposti.

3.2. Transazzjonijiet f'daqqa

(a) Tip ta' istrument

Transazzjonijiet tas-suq miftuħ li jsiru f'daqqa jirreferu għal operazzjonijiet fejn is-sistema ta' l-euro tixtri u tbiegħ assi eliġibbli f'daqqa fuq is-suq. Dawn l-operazzjonijiet huma esegwiti biss għal raġunijiet strutturali u ta' tibdiliet żgħar.

(b) Natura legali

Transazzjoni f'daqqa timplika trasferiment totali tal-pussess mill-bejjiegħ għax-xerrej mingħajr ma jkun hemm trasferiment oppost tal-pussess konness. It-transazzjonijiet huma esegwiti skond il-konvenzjonijiet tas-suq għall-istrument tad-debitu użat fit-transazzjoni.

(c) Termini tal-prezz

Fil-kalkolu tal-prezzijiet, is-sistema ta' l-euro taġixxi skond l-aktar konvenzjoni wiesgħa aċċettata għall-istrumenti tad-debitu użati fit-transazzjoni.

(d) Fatturi operazzjonali oħra

Il-fatturi operazzjonali tat-transazzjonijiet f'daqqa tas-sistema ta' l-euro jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- jistgħu jieħdu l-forma ta' operazzjonijiet li jipprovdu likwidità (xiri f'daqqa) jew li jassorbu likwidità (bejgħ f'daqqa);

- il-frekwenza tagħhom mhix standardizzata;

- huma esegwiti permezz ta' proċeduri bilaterali (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.2);

- normalment huma esegwiti b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali (il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, tibdiliet żgħar f'operazzjonijiet f'daqqa jistgħux jiġu esegwiti mill-ECB);

- m'hemmx restrizzjonijiet minn qabel fuq il-firxa tal-kontropartijiet għal transazzjonijiet f'daqqa; u

- istrumenti fuq l-ewwel livell biss (kif speċifikat f'Sezzjoni 6.1) huma normalment użati bħala assi ta' bażi fi transazzjonijiet f'daqqa.

3.3. Il-ħruġ ta' ċertifikati tad-debitu ta' l-ECB

(a) Tip ta' istrument

L-ECB jista' joħroġ ċertifikati ta' debitu bl-għan li jaġġusta l-pożizzjoni strutturali tas-sistema ta' l-euro vis a' vis is-settur finanzjarju sabiex joħloq (jew ikabbar) nuqqas ta' likwidità fis-suq.

(b) Natura legali

Iċ-ċertifikati jikkostitwixxu obbligu ta' debitu ta' l-ECB vis a' vis il-persuna li għandha pussess taċ-ċertifikat. Iċ-ċertifikati jinħarġu u jinżammu f'format li bih jinżammu l-kotba f'depożitarji għas-sigurtajiet fiż-żona ta' l-euro. L-ECB ma jimponix restrizzjonijiet fuq it-trasferibbilta taċ-ċertifikati. Aktar disposizzjonijiet relatati maċ-ċertifikati tad-debitu ta' l-ECB għandhom jinżammu fit-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn iċ-ċertifikati.

(c) Termini ta' interess

Iċ-ċertifikati jinħarġu bi skont; i.e. huma jinħarġu taħt prezz anqas mill-ammont nominali u jinfdew fid-data tal-maturità għall-ammont nominali. Id-differenza bejn l-ammont li fih jinħarġu u l-ammont li fih jinfdew huwa ugwali għall-ammont ta' interess li jiżdied fuq l-ammont li fih jinħarġu, bir-rata ta' interessi maqbula, fuq il-maturità taċ-ċertifikat. Ir-rata ta' interessi applikabbli hija rata ta' interess sempliċi b' day-count convention"attwali/360". Il-kalkolu ta' l-ammont li fih jinħarġu huwa muri f'Kaxxa 1.

+++++ TIFF +++++

(d) Fatturi operazzjonali oħra

Il-fatturi operazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' debitu ta' l-ECB jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- iċ-ċertifikati jinħarġu sabiex jassorbu l-likwidità mis-suq;

- iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu fuq bażi regolari jew mhux regolari;

- iċ-ċertifikati għandhom maturità ta' anqas minn tnax-il xahar;

- iċ-ċertifikati jinħarġu permezz ta' sejħiet għall-offerti standard (kif speċifikat f'Sezzjoni 5.1);

- iċ-ċertifikati jinħarġu u jiġu ssetiljati b'mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali; u

- il-kontropartijiet kollha li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità (kif speċifikat f'Sezzjoni 2.1) jistgħu jissottomettu sejħiet għall-offerti għas-sottoskrizzjoni taċ-ċertifikati tad-debitu ta' l-ECB.

3.4. Bdil tal-kambju

(a) Tip ta' istrument

Bdil tal-kambju esegwit għal raġunijiet tal-politika monetarja, jikkonsisti fi transazzjonijiet spot and forward ta' l-euro kontra l-munita barranija. Huma wżati għal raġunijiet ta' tibdiliet żgħar, l-aktar bl-għan li jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u jagħtu direzzjoni lir-rati ta' l-interessi.

(b) Natura legali

Bidliet tal-kambju esegwiti għal raġunijiet tal-politika monetarja jirreferu għal operazzjonijiet fejn is-sistema ta' l-euro tixtri (jew tbiegħ) spotta' l-euro kontra l-munita barranija u, fl-istess ħin, tbiegħha (jew tixtriha) lura fi transazzjoni forward f' data speċifika għax-xiri mill-ġdid. Aktar disposizzjonijiet għall-bdil tal-kambju huma speċifikati fl-arranġament kontrattwali applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv (jew l-ECB).

(c) Termini tar-rati tal-muniti u l-bdil tal-kambju

Bħala regola, is-sistema ta' l-euro topera biss f'muniti li huma nnegozjati b'mod wiesa' u skond il-prattika standard tas-suq. F'kull operazzjoni ta' bdil tal-kambju, is-sistema ta' l-euro u l-kontropartijiet jaqblu dwar il-punti ta' bdil għal kull transazzjoni. Il-punti ta' bdil huma d-differenza bejn ir-rata ta' l-iskambju tal-forward transaction u r-rata ta' l-iskambju ta' l-ispot transaction. Il-punti tal-bdil ta' l-euro vis-a'-vis il-munita barranija huma kkwotati skond il-konvenzjonijiet ġenerali tas-suq. It-termini tar-rati tal-kambju tal-bdil tal-kambju huma speċifikati f'Kaxxa 2.

+++++ TIFF +++++

(d) Fatturi operazzjonali oħra

Il-fatturi operazzjonali tal-bdil tal-kambju jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- jistgħu jieħdu l-forma ta' operazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità jew li jassorbu l-likwidità;

- il-frekwenza tagħhom mhix standardizzata;

- il-maturità tagħhom mhix standardizzata;

- huma esegwiti permezz ta' sejħiet għall-offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali (ara Kapitolu 5);

- normalment huma esegwiti f'manjiera deċentralizzata mill-banek ċentrali nazzjonali (il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB se jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, bdil tal-kambju bilaterali jistax jiġi esegwit mill-ECB); u

- is-sistema ta' l-euro tista' tagħżel, skond kriterji speċifikati f'Sezzjoni 2.2 u l-Anness 3, numru limitat ta' kontropartijiet biex jipparteċipaw fi bdil tal-kambju.

3.5. Il-ġbir ta' depożiti fuq terminu fiss

(a) Tip ta' istrument

Is-sistema ta' l-euro tista' tistieden lill-kontropartijiet ipoġġu depożiti renumerati b'terminu fiss mall-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-kontroparti. Il-ġbir ta' depożiti fuq terminu fiss huwa previst biss għal raġunijiet ta' tibdiliet żgħar sabiex jassorbi l-likwidità fis-suq.

(b) Natura legali

Id-depożiti aċċettati mill-kontropartijiet huma għal terminu fiss u b'rata ta' interessi fissa. Il-banek ċentrali nazzjonali ma jagħtux garanzija għad-depożiti.

(c) Termini ta' l-interessi

Ir-rata ta' interessi applikata għad-depożitu hija rata ta' interessi sempliċi bil-konvenzjoni day-count"attwali/360". L-interessi jitħallsu mal-maturità tad-depożitu.

(d) Fatturi operazzjonali oħra

Il-fatturi operazzjonali għall-ġbir ta' depożiti fuq terminu fiss jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

- id-depożiti jinġabru sabiex jassorbu l-likwidità;

- il-frekwenza li biha jinġabru d-depożiti mhix standardizzata;

- il-maturità tad-depożiti mhix standardizzata;

- il-ġbir tad-depożiti huwa normalment esegwit permezz ta' sejħiet għall-offerti mgħaġġla, għalkemm il-possibilità li jintużaw proċeduri bilaterali mhix eskluża (ara Kapitolu 5);

- il-ġbir ta' depożiti normalment huwa esegwit f'manjiera deċentralizzata mill-banek ċentrali nazzjonali (il-Kunsill Amministrattiv ta' l-ECB se jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, il-ġbir bilaterali ta' depożiti fissi [17] Depożiti b'termini fissi jkunu miżmuma fuq kontijiet mal-banek ċentrali nazzjonali; dan ikun il-każ anki jekk tali operazzjonijiet jiġu eżegwiti b'mod ċentralizzat mill-BĊE. tistax tiġi esegwita mill-ECB); u

- is-sistema ta' l-euro tista' tagħżel, skond il-kriterji speċifikati f'Sezzjoni 2.2, numru limitat ta' kontropartijiet għall-ġbir ta' depożiti fuq terminu fiss.

KAPITOLU 4

4. FAĊILITAJIET WIEQFA

4.1 Il-faċilità tas-self marġinali

(a) Tip ta' istrument

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità marġinali tas-self biex jottjenu likwidità fi żmien qasir mill-banek ċentrali nazzjonali fuq rata ta' l-interessi li tkun speċifikata minn qabel kontra l-assi eliġibbli (kif imniżżel f'Kapitolu 6). Il-faċilità hija intenzjonata li tissodisfa l-bżonnijiet tal-likwidità temporanja tal-kontropartijiet. Taħt ċirkostanzi normali, ir-rata ta' l-interessi fuq il-faċilità tipprovdi limitu għar-rata ta' l-interessi fis-suq fuq perijodu qasir. It-termini u l-kondizzjonijiet tal-faċilità huma identiċi madwar iż-żona ta' l-euro.

(b) Natura legali

Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu l-likwidità taħt il-faċilità tas-self marġinali jew taħt il-forma ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid fuq perijodu qasir (i.e. il-pussess ta' l-ass jiġi trasferit għal għand il-kreditur, waqt li l-partijiet jiftiehmu li jreġġgħu lura t-transazzjoni permezz ta' trasferiment mill-ġdid ta' l-ass lid-debitur fil-jum tan-negozju li jkun imiss) jew bħala self kollateralizzat fuq perijodu qasir (i.e. jiġi pprovdut interess tas-sigurtà infurzabbli fuq l-assi iżda, jekk l-obbligu tad-debitu jiġi ssodisfat, il-pussess ta' l-ass jiġi miżmum mid-debitur). Aktar disposizzjonijiet dwar il-ftehim ta' xiri mill-ġdid huma speċifikati fil-ftehim kontrattwali applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv. Arranġamenti biex jipprovdu l-likwidità fil-forma ta' self kollateralizzat jagħtu każ tal-proċeduri u l-formalitajiet differenti meħtieġa biex jippermettu lill-istabbiliment u r-realizzazzjoni sussegwenti ta' l-interess relevanti fil-garanzija (rahan) li japplikaw f'ġurisdizzjonijiet differenti.

(c) Kondizzjonijiet għall-aċċess

L-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità tal-kontroparti speċifikati f'Sezzjoni 2.1 jista' jkollhom aċċess għall-faċilità tas-self marġinali. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali huwa mogħti permezz tal-bank ċentrali nazzjonali fl-Istat Membru li fih hi stabbilita l-istituzzjoni. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata biss fi ġranet meta s-sistema tar-risolviment totali f'ħin reali (RTGS) u l-SSS(s) relevanti huma operazzjonali.

Fl-aħħar tal-ġurnata, il-posizzjonijiet tad-debitu tal-kontropartijiet għal dik il-ġurnata, li jkunu mniżżla fil-kont tagħhom mal-banek ċentrali nazzjonali huma awtomatikament ikkunsidrati bħala talba biex dawn iduru fuq il-faċilità tas-self marġinali. Il-proċeduri għall-aċċess għall-faċilità marġinali tas-self fl-aħħar tal-ġurnata huma speċifikati f'Sezzjoni 5.3.3.

Kontroparti tista' wkoll tingħata aċċess għall-faċilità tas-self marġinali billi tagħmel talba għal dan lill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-kontroparti hi stabbilita. Biex il-bank ċentrali nazzjonali jipproċessa t-talba fl-istess ġurnata, it-bank ċentrali nazzjonali jrid jirċievi t-talba sa 30 minuta wara l-ħin ta' l-għeluq tat-TARGET [18] F'uħud mill-Istati Membri, il-bank ċentrali nazzjonali (jew uħud mill-fergħat tiegħu) jista' ma jkunx miftuħ għall-iskop li jmexxi operazzjonijiet tal-politika monetarja f'ċerti ġranet tan-negozju ta' l-Eurosystem minħabba vaganzi tal-bank nazzjonali jew reġjonali. F'dawn il-każijiet, il-bank ċentrali nazzjonali relevanti huwa responsabbli li jinforma lill-kontropartijiet minn qabel dwar l-arranġamenti li għandhom isiru għall-aċċess tal-faċilità tas-self marġinali fir-rigward tal-vaganza tal-bank., [19] Il-ġranet ta' l-għeluq tat-TARGET huma mħabbra fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int); ara ukoll is-sit ta' l-Eurosystem (Anness 5).. Bħala regola ġenerali, il-ħin ta' l-għeluq tas-sistema TARGET huwa s-6p.m. ħin ta' l-ECB (C.E.T.). I-żmien li fih għandu jintalab aċċess għall-faċilità tas-self marġinali huwa pospost bi 30 minuta oħra fuq l-aħħar ġurnata tan-negozju tas-sistema ta' l-euro ta' perijodu ta' riserva għall-manteniment. F'din it-talba, l-ammont ta' kreditu għandu jiġi ddikjarat u, jekk assi ta' bażi għat-transazzjoni għadhom ma ġewx depożitati minn qabel mal-banek ċentrali nazzjonali, l-assi li jservu ta' bażi li għandhom jitqassmu għat-transazzjoni għandhom jiġu speċifikati.

Appart mill-konsiderazzjoni li jiġu ppreżentati assi eliġibbli suffiċjenti li jservu ta' bażi, m'hemmx limitu fuq l-ammont ta' fondi li jistgħu jiġu mgħoddija taħt il-faċilità tas-self marġinali.

(d) Termini tal-maturità u ta' l-interessi

Il-maturità tal-kreditu estiż permezz tal-faċilità sseħħ fi żmien qasir ħafna - overnight. Għall-kontropartijiet li qegħdin jipparteċipaw direttament fit-TARGET, il-kreditu jitħallas lura fil-ġurnata ta' wara li s-sistema nazzjonali ta' l-RTGS u l-SSS(s) relevanti huma operazzjonali, fil-ħin li fih jiftħu dawk is-sistemi.

Ir-rata ta' l-interessi titħabbar minn qabel mis-sistema ta' l-euro u hija kkalkulata bħala rata sempliċi ta' l-interessi bid-day-count convention"attwali/360". L-ECB jista' jibdel ir-rata ta' l-interessi f'kull ħin, b'effett mhux aktar kmieni mill-ġurnata ta' xogħol li jkun imiss tas-sistema ta' l-euro [20] F'kull parti ta' dan id-dokument, it-terminu "ġurnata tan-negozju ta' l-Eurosystem" jirreferi għal kwalunkwe ġurnata li fih il-BĊE u mill-inqas bank ċentrali nazzjonali wieħed ikunu miftuħa għall-iskop li jmexxu operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Eurosystem.. L-interess taħt il-faċilità jitħallas lura bil-ħlas lura tal-kreditu.

(e) Sospensjoni tal-faċilità

L-aċċess għall-faċilità jingħata biss skond l-oġġettivi u l-konsiderazzjonijiet ġenerali tal-politika monetarja ta' l-ECB. L-ECB jista' jadatta l-kondizzjonijiet tal-faċilità jew jissospendieha f'kull ħin.

4.2. Il-faċilità tad-depożitu

(a) Tip ta' istrument

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw il-faċilità tad-depożitu biex jagħmlu depożiti fi żmien qasir - overnight -mal-banek ċentrali nazzjonali. Id-depożiti huma renumerati b'rata ta' l-interessi li tkun speċifikata minn qabel. Taħt ċirkostanzi normali, ir-rata ta' l-interessi fuq il-faċilità isservi ta' bażi għar-rata ta' l-interessi fis-suq fuq perijodu qasir - overnight. It-termini u l-kondizzjonijiet tal-faċilità tad-depożitu huma identiċi madwar iż-żona ta' l-euro [21] Differenzi operazzjonali li ġejjin mill-eżistenza ta' strutturi tal-kontijiet differenti bejn l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jeżistu fil-pajjiżi fiż-żona ta' l-euro..

(b) Natura legali

Id-depożiti fuq perijodu qasir - overnight - aċċettati mill-kontropartijiet huma renumerati b'rata ta' l-interessi fissa. Ma tingħatax garanzija lill-kontroparti bi bdil għad-depożiti.

(c) Kondizzjonijiet għall-aċċess [22] Minħabba l-eżistenza ta' strutturi tal-kontijiet differenti fil-banek ċentrali nazzjonali, il-BĊE jista' jħalli lill-banek ċentrali nazzjonali japplikaw kondizzjonijiet għall-aċċess li huma ftit differenti minn dawk imsemmija hawn. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni ta' dan it-tip mill-kondizzjonijiet ta' l-aċċess deskritti f'dan id-dokument.

L-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità tal-kontroparti speċifikati f'Sezzjoni 2.1 jista' jkollhom aċċess għall-faċilità tad-depożitu. L-aċċess għall-faċilità tad-depożitu tingħata mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hi stabbilita. L-aċċess għall-faċilità tad-depożitu tingħata biss fi ġranet meta s-sistema relevanti nazzjonali ta' l-RTGS tkun miftuħa.

Biex tingħata aċċess għall-faċilità tad-depożitu, il-kontroparti trid tibgħat talba lill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-kontroparti hi stabbilita. Biex il-bank ċentrali nazzjonali jipproċessa t-talba fl-istess ġurnata, il-bank ċentrali nazzjonali jrid jirċievi t-talba sa mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin ta' l-għeluq attwali tat-TARGET, li hu, bħala regola ġenerali, is-6p.m. ħin ta' l-ECB (C.E.T.) [23] F'uħud mill-Istati Membri, il-bank ċentrali nazzjonali (jew uħud mill-fergħat tiegħu) jista' ma jkunx miftuħ għall-iskop li jmexxi operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Eurosystem f'ċerti ġranet tan-negozju ta' l-Eurosystem minħabba vaganzi tal-bank nazzjonali jew reġjonali. F'dawn il-każijiet, il-bank ċentrali nazzjonali relevanti huwa responsabbli li jinforma lill-kontropartijiet minn qabel dwar l-arranġamenti li għandhom isiru għall-aċċess tal-faċilità tad-depożitu fir-rigward tal-vaganza tal-bank., [24] Il-ġranet ta' l-għeluq tat-TARGET huma mħabbra fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int); ara ukoll is-sit ta' l-Eurosystem (Anness 5).. Il-ħin ta' l-għeluq biex jintalab aċċess għall-faċilità tad-depożitu huwa pospost bi 30 minuta oħra fl-aħħar jum tan-negozju tas-sistema ta' l-euro ta' perijodu ta' riserva għall-manteniment. Fit-talba, l-ammont li se jiġi ddepożitat taħt il-faċilità jrid jiġi ddikjarat.

M'hemmx limitu għall-ammont li l-kontroparti tista' tiddepożita taħt il-faċilità.

(d) Termini tal-maturità u ta' l-interessi

Il-maturità tad-depożiti taħt il-faċilità hija overnight. Għall-kontropartijiet li qegħdin jipparteċipaw direttament fit-TARGET, id-depożiti miżmuma taħt il-faċilità jimmaturaw fil-ġurnata ta' wara li s-sistema nazzjonali relevanti ta' l-RTGS tibda topera, fil-ħin li fih tiftaħ is-sistema. Ir-rata ta' l-interessi tiġi mħabbra minn qabel mis-sistema ta' l-euro u hija kkalkulata bħala rata ta' l-interessi sempliċi bid-day-count convention"attwali/360". L-ECB jista' jibdel ir-rata ta' l-interessi f'kull ħin, b'effett mhux aktar kmieni mill-ġurnata tan-negozju tas-sistema ta' l-euro li jkun imiss. L-interess fuq id-depożiti jitħallas mal-maturità tad-depożitu.

(e) Sospensjoni tal-faċilità

L-aċċess għall-faċilità jingħata biss skond l-oġġettivi u l-konsiderazzjonijiet ġenerali tal-politika monetarja ta' l-ECB. L-ECB jista' jadatta l-kondizzjonijiet tal-faċilità jew jissospendieha f'kull ħin.

KAPITOLU 5

5. PROĊEDURI

5.1. Proċeduri għas-sejħiet għall-offerti

5.1.1. Konsiderazzjonijiet ġenerali

Operazzjonijiet tas-suq miftuħ tas-sistema ta' l-euro normalment huma esegwiti fil-forma ta' proċeduri għas-sejħiet għall-offerti. Il-proċeduri għas-sejħiet għall-offerti tas-sistema ta' l-euro isiru f'sitt stadji operazzjonali, kif speċifikat f'Kaxxa 3.

Is-sistema ta' l-euro tiddistingwi bejn żewġ tipi differenti ta' sejħiet għall-offerti: sejħiet għall-offerti standard u sejħiet għall-offerti mgħaġġla. Il-proċeduri għal sejħiet għall-offerti standard u mgħaġġla huma identiċi ħlief għall-perijodu ta' żmien u l-firxa ta' kontropartijiet.

+++++ TIFF +++++

(a) Sejħiet għall-offerti standard

Għal sejħiet għall-offerti standard, massimu ta' 24 siegħa jridu jgħaddu mid-dikjarazzjoni tas-sejħa għall-offerti saċ-ċertifikazzjoni tar-riżultat ta' l-allokazzjoni (fejn il-ħin bejn l-għeluq taż-żmien għas-sottomissjoni u d-dikjarazzjoni tar-riżultat ta' l-allokazzjoni huwa bejn wieħed u ieħor ta' sagħtejn). Ċart 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-perijodu normali ta' ħin għall-istadji operazzjonali għal sejħiet għall-offerti standard. L-ECB jista' jiddeċiedi li jaġġusta l-perijodu ta' ħin f'operazzjonijiet individwali, jekk dan jitqies xieraq.

L-operazzjonijiet ewlenin għall-iffinanzjar mill-ġdid, l-operazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-ġdid fuq terminu itwal u l-operazzjonijiet strutturali (bl-eċċezzjoni ta' transazzjonijiet li jsiru f'daqqa) dejjem jiġu esegwiti fil-forma ta' sejħiet għall-offerti standard. Il-kontropartijiet li jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-eliġibilità speċifikati f'Sezzjoni 2.1 jistgħu jipparteċipaw f'sejħiet għall-offerti standard.

+++++ TIFF +++++

Nota:

Il-figuri jirreferu għall-istadji operazzjonali kif definiti f'Kaxxa 3.

(b) Sejħiet għall-offerti mgħaġġla

Sejħiet għall-offerti mgħaġġla normalment huma esegwiti fi żmien siegħa mit-tħabbir tas-sejħa għall-offerti, biċ-ċertifikazzjoni sseħħ immedjetament wara t-tħabbir tar-riżultat għall-allokazzjoni. Il-perijodu ta' żmien normali għall-istadji operazzjonali għas-sejħiet għall-offerti mgħaġġla huwa speċifikat f'Ċart 2. L-ECB jista' jiddeċiedi li jaġġusta l-perijodu ta' żmien f'operazzjonijiet individwali, jekk dan jitqies xieraq. Sejħiet għall-offerti mgħaġġla jintużaw biss biex jitwettqu operazzjonijijet ta' tibdiliet żgħar. Is-sistema ta' l-euro tista' tagħżel, skond il-kriterji u l-proċeduri speċifikati f'Sezzjoni 2.2, numru limitat ta' kontropartijeit biex jipparteċipaw f'sejħiet għall-offerti mgħaġġla.

+++++ TIFF +++++

Nota:

Il-figuri jirreferu għall-istadji operazzjonali kif definiti f'Kaxxa 3.

(c) Sejħiet għall-offerti b'rata fissa u b'rata varjabbli

Is-sistema ta' l-euro għandha l-għażla li tidderieġi kemm sejħiet għall-offerti b'rata fissa (volum) jew b'rata varjabbli (interess). F'sejħa għall-offerti b'rata fissa, l-ECB jispeċifika r-rata ta' l-interess minn qabel u l-kontropartijiet li qegħdin jipparteċipaw joffru l-ammont ta' flus li jridu biex jittransiġu bir-rata ta' interess fissa [25] Fl-offerti ta' tibdil ta' skambji ma' barra b'rata fissa, il-BĊE jiffissa l-punti tat-tibdil ta' l-operazzjoni u l-kontropartijiet joffru l-ammont tal-munita miżmuma fissa li huma jixtiequ jbiegħu (u jixtru lura) jew jixtru (u jbiegħu lura) b'dik ir-rata.. F'sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, il-kontropartijiet joffru l-ammonti ta' flus u r-rati ta' interess li bihom huma jridu jidħlu fi transazzjonijiet mal-banek ċentrali nazzjonali [26] Fl-offerti ta' tibdil ta' skambji ma' barra b'rata varjabbli, il-kontropartijiet joffru l-ammont tal-munita miżmuma fissa u l-kwotazzjoni tal-punti tat-tibdil li fihom jixtiequ jidħlu fl-operazzjoni.

5.1.2. Kalendarju għall-operazzjonijiet ta' sejħiet għall-offerti

(a) Operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid

L-operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid huma esegwiti skond il-kalendarju indikattiv ippubblikat mis-sistema ta' l-euro [27] Il-kalendarju għall-operazzjonijiet ta' l-offerti ta' l-Eurosystem jista' jinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int); ara ukoll is-siti ta' l-Eurosystem (Anness 5).. Il-kalendarju hu ppubblikat ta' l-anqas tliet xhur qabel il-bidu tas-sena li fiha jkun validu. Il-ġranet normali ta' negozju għall-operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid huma speċifikati f'Kaxxa 2. L-ECB għandu l-għan li jassigura li l-kontropartijiet fl-Istati Membri kollha jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid. Għalhekk, waqt il-ġabra tal-kalendarju għal dawn l-operazzjonijiet, l-ECB jagħmel aġġustamenti xierqa lill-iskeda normali biex jieħu kont tal-ġranet ta' vaganzi fl-Istati Membri individwali.

KAXXA 2

Ġranet normali tan-negozju għall-operazzjonijiet ewlenin u fuq perijodu itwal ta' iffinanzjar mill-ġdid

Tip ta' operazzjoni | Ġurnata normali tan-negozju (T) |

Operazzjonijiet ewlenin għall-iffinanzjar mill-ġdid | Kull nhar ta' Tlieta |

Operazzjonijiet ta' iffinanzjar mill-ġdid fuq perijodu itwal | L-aħħar Erbgħa ta' kull xahar |

(b) Operazzjonijiet strutturali

Operazzjonijiet strutturali, permezz ta' offerta standard ma jsirux skond kalendarju speċifikat minn qabel. Madankollu, normalment jitmexxew u jiġu riżolti biss f'jiem ta' xogħol tal-BĊN [28] F'kull parti ta' dan id-dokument, it-terminu "ġurnata tan-negozju tal-BĊN" jirreferi għal kwalunkwe ġurnata li fih il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru speċifiku jkun miftuħ għall-iskop li jmexxi operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Eurosystem. F'uħud mill-Istati Membri, fergħat tal-bank ċentrali nazzjonali jistgħu jkunu magħluqin fil-ġranet tan-negozju tal-BĊN minħabba vaganzi tal-bank nazzjonali jew reġjonali. F'dawn il-każijiet, il-bank ċentrali nazzjonali relevanti huwa responsabbli li jinforma lill-kontropartijiet minn qabel dwar l-arranġamenti li għandhom isiru għat-transazzjonijiet li jinvolvu dawn il-fergħat fl-Istati Membri kollha.

(c) Operazzjonijiet ta' irfinar

Operazzjonijiet ta' irfinar ma jsirux skond kalendarju speċifikat minn qabel. Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jmexxi operazzjonijiet ta' irfinar fi kwalunkwe jum ta' xogħol tal-eurosistema. Huma biss il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn il-jum ta' negozju, il-jum li fih jiġu riżolti l-operazzjonijiet u l-jum ta' rifużjoni huma jiem ta' xogħol tal-BĊN, li jipparteċipaw f'operazzjonijiet bħala dawn.

5.1.3. It-tħabbir ta' operazzjonijiet ta' l-offerti

L-offerti standard tal-eurosistema jitħabbru pubblikament permezz ta' servizzi bil-fili. Barra minn hekk, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu javżaw lil kontropartijiet bl-operazzjoni tal-offerta mingħajr ma jagħmlu użu mis-servizzi bil-fili. Il-messaġġ ta' l-offerta normalment ikun jinkludi fih l-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta' referenza ta' l-operazzjoni ta' l-offerta;

- id-data ta' l-operazzjoni ta' l-offerta;

- it-tip ta' l-operazzjoni (proviżjon jew assorbiment tal-likwidità u t-tip ta' l-istrument ta' politika monetarja li se jintuża);

- il-maturià ta' l-operazzjoni;

- it-tip ta' l-irkant (sejħa għall-offerti b' rata fissa jew rata varjabbli);

- il-metodu ta' l-allokazzjoni (irkant "Olandiż" jew "Amerikan", kif spjegat f'Taqsima 5.1.5 d);

- il-volum intenzjonat ta' l-operazzjoni (normalment dan japplika biss fil-każ ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid għal żmien twil);

- il-punt fiss tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax ta' l-offerta (fil-każ ta' offerti b' rata fissa);

- il-punt minimu/massimu aċċettat tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax (jekk applikabbli);

- id-data tal-bidu u d-data tal-maturità ta' l-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità ta' l-istrument (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu);

- il-muniti involuti u l-munita, li l-ammont tagħha jinżamm fiss (fil-każ ta' skambju b' kambju ta' muniti barranin);

- ir-rata tal-kambju ta' referenza li tkun se tintuża għall-kalkolu ta' l-offerti (fil-każ ta' skambju b' kambju ta' muniti barranin);

- il-limitu massimu ta' l-offerta (jekk hemm);

- l-ammont minimu ta' l-allokazzjoni individwali (jekk hemm);

- ir-razzjon minimu ta' l-allokazzjoni (jekk hemm);

- l-iskeda taż-żmien għas-sottomissjoni ta' l-offerti;

- id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu); u

- il-kodiċi ISIN tal-ħarġa (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu).

Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza fl-operazzjonijiet tagħha ta' irfinar, l-Ewrosistema normalment tħabbar offerti mgħaġġla bil-quddiem. Madankollu, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, il-B¬E jista' jiddeċiedi li ma jħabbarx offerti mgħaġġla pubblikament bil-quddiem. It-tħabbir ta' offerti mgħaġġla isegwi l-istess proċeduri bħal dawk għall-offerti standard. F'offerta mgħaġġla, irrispettivament minn jekk titħabbarx pubblikament jew le, il-kontropartijiet magħżula jiġu kkuntatjati direttament mill-bank ċentrali nazzjonali.

5.1.4. Il-preparazzjoni u s-sottomissjoni ta' l-offerti għall-offerta mill-kontropartijiet

L-offerti għall-offerta mill-kontropartijiet għandha tkun fil-forma li ssegwi l-eżempju tal-pro forma pprovduta mill-bank ċentrali nazzjonali għall-operazzjoni relevanti. L-offerti għall-offerta għandhom ikunu sottomessi lill-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li fih hija stabbilita l-istituzzjoni (l-uffiċċju ewlieni jew fergħa). L-offerti għall-offerta ta' istituzzjoni jistgħu jiġu sottomessi biss minn stabbiliment wieħed (jew l-uffiċċju ewlieni jew il-fergħa appuntata) f'kull Stat Membru.

F'offerti a' rata fissa, ifl-offerti tagħhom il-kontropartijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' flus li huma lesti li jinnegozjaw mill-banek ċentrali nazzjonali [29] Fit-tibdil ta' skambji ma' barra b'rata fissa, l-ammont tal-munita miżmuma fissa li l-kontroparti tixtieq tinnegozja ma' l-Eurosystem għandu jkun iddikjarat..

F'offerti b' rata varjabbli, il-kontropartijiet jistgħu jissottomettu l-offerti għal mhux aktar minn għaxar livelli ta' punti ta' rati/prezz/skambju ta' imgħax. F'kull offerta, għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' flus li huma lesti li jinnegozjaw mal-banek ċentrali nazzjonali u r-rata ta' l-imgħax rispettiva [30] Rigward il-ħruġ taċ-ċertifikati tad-dejn tal-BĊE, il-BĊE jista' jiddeċiedi li l-offerti jkunu espressi f'forma ta' prezz minflok rata ta' interess. F'dawn il-każijiet, il-prezzijiet għandhom ikunu kkwotati bħala persentaġġ ta' l-ammont nominali., [31] Fit-tibdil ta' skambji ma' barra b'rata varjabbli, l-ammont tal-munita miżmuma fissa li l-kontroparti tixtieq tinnegozja ma' l-Eurosystem u l-livell tal-punt tat-tibdil rispettiv għandhom ikunu ddikjarati.. L-offerta tar-rati ta' l-imgħax għandha tkun espressa bħala multipli ta' 0,01 punti perċentwali. Fil-każ ta' offerta ta' skambju b' rata varjabbli ta' kambju b' muniti barranijn, il-punti ta' l-iskambju għandhom jiġu kkwotati skond il-konvenzjonijiet standard tas-suq u l-offerti għandhom ikunu espressi bħala multipli ta' 0,01 punti ta' skambju.

Għall-operazzjonijiet ewlenin ta' finanzjament mill-ġdid, l-ammont minimu ta' l-offerta huwa EUR 1000000 Offerti li jeċċedu dan l-ammont għandhom ikunu espressi bħala multipli ta' EUR 100000. Għandhom jiġu applikati l-istess offerta minima u l-istess ammonti multipli fl-operazzjonijiet ta' irfinar u strutturali. L-ammont minimu ta' l-offerta jiġi applikat għal kull livell individwali ta' punti ta' rati/prezz/skambju ta' imgħax.

Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid għal żmien twil, kull bank ċentrali nazzjonali jiddefinixxi ammont minimu għal offerta li jvarja minn EUR 10000 sa EUR 1000000. Offerti li jeċċedu l-ammont minimu definit għandhom ikunu espressi f'multipli ta' EUR 10000. L-ammont minimu ta' l-offerta jiġi applikat għal kull livell individwali ta' rata ta' l-imgħax.

Il-BĊE jistgħu jimponu limitu massimu għal offerta sabiex jevitaw offerti sproporzjonalment kbar. Kwalunkwe limitu massimu bħal dan ikun dejjem speċifikat fil-messaġġ tat-tħabbir tal-offerta pubblika.

Il-kontropartijiet huma mistennija li jkunu dejjem f'posizzjoni li jkopru l-ammonti allokati lilhom b' ammont suffiċjenti ta' attiv eliġibbli primarju [32] Jew li jkunu ssetiljati bi flus kontanti f'każ ta' operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità.. L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv jippermettu l-imposizzjoni ta' penalitajiet jekk xi kontroparti ma tkunx tista' tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta' attiv primarju jew flus kontanti biex tħallas l-ammont li tkun ġiet allokata fl-operazzjoni tal-offerta.

L-offerti huma revokabbli sad-data finali li fiha jistgħu jiġu sottomessi l-offerti għall-offerta. Offerti sottomessi wara id-data finali speċifikata fil-messaġġ tat-tħabbir tal-offerta huma nvalidi. Ir-rispett tat-data finali jiġu ġġudikat mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-banek ċentrali nazzjonali m' għandhomx jaċċettaw l-offerti kollha ta' xi kontroparti jekk l-ammont aggregat ta' l-offerti jeċċedi kwalunkwe limitu massimu stabbilit mill-BĊE. Il-banek ċentrali nazzjonali m' għandhomx jaċċettaw ukoll kwalunkwe offerta li tkun taħt l-ammont minimu għall-offerta jew li jkun aktar minn kwalunkwe punt massimu aċċettat ta' rata ta' imgħax/prezz/skambju. Barra minn hekk, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu ma jaċċettawx offerti li ma jkunux kompluti jew li ma jsegwux l-eżempju tal-pro forma. Jekk offerta ma tiġix aċċettata, il-bank ċentrali nazzjonali rispettiv jinforma lill-kontroparti bid-deċiżjoni tiegħu qabel l-allokazzjoni tal-offerta.

5.1.5. Il-proċeduri ta' l-allokazzjoni ta' offerta

(a) Operazzjonijiet ta' offerta ta' rata fissa

Fl-allokazzjoni ta' offerta ta' rata fissa, l-offerti riċevuti mill-kontropartijiet jingħaddu flimkien. Jekk l-ammont aggregat ta' l-offerta jeċċedi l-ammont totali tal-likwidità li trid tiġi allokata, l-offerti sottomessi jintlaqgħu pro rata, skond ir-razzjon ta' l-ammont allokat għall-ammont aggregat ta' l-offerta (ara Kaxxa 4). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb euro. Madankollu, il-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jallokaw razzjon minimu/massimu lil kull offertant f'offerti ta' rata fissa.

+++++ TIFF +++++

(b) Offerti ta' rata varjabbli f'euro

Fl-allokazzjoni ta' offerti ta' rata varjabbli li jipprovdu likwidità f'euro, l-offerti jiġu elenkati f'ordni diminuttiva skond ir-rati ta' l-imgħax offruti. Offerti bl-ogħla livelli ta' rati ta' imgħax jintlaqgħu l-ewwel u sussegwentament offerti b' rati suċċessivament aktar baxxi ta' imgħax jiġu aċċettati sakemm tkun esawrita il-likwidità totali li għandha tiġi allokata. Jekk, fl-anqas livell ta' rata ta' imgħax aċċettat (i.e. ir-rata ta' l-imgħax marġinali), l-ammont aggregat ta' l-offerta jeċċedi l-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat, il-bqija ta' l-ammont jiġi allokat pro rata fost l-offerti skond ir-razzjon tal-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat għall-ammont totali ta' l-offerta skond ir-rata ta' l-imgħax marġinali (ara Kaxxa 5). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb euro.

+++++ TIFF +++++

Fl-allokazzjoni ta' offerti b' rata varjabbli li jassorbu likwidità (li jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu u l-ġbir ta' depożiti b' termini fissi), l-offerti jiġu elenkati f'ordni li tiżdied skond ir-rati ta' l-imgħax offruti (jew f'ordni diminuttiva skond il-prezzijiet offruti). L-offerti bl-anqas livelli ta' rati ta' imgħax (l-ogħla prezz) jintlaqgħu l-ewwel u sussegwentament offerti b' rati suċċessivament aktar għolja ta' imgħax (offerti bi prezz baxx) jiġu aċċettati sakemm tkun esawrita il-likwidità totali li għandha tiġi allokata. Jekk, fl-ogħla livell ta' rata ta' imgħax (l-anqas prezz) aċċettat (i.e. ir-rata/prezz ta' l-imgħax marġinali), l-ammont aggregat ta' l-offerta jeċċedi l-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat, il-bqija ta' l-ammont jiġi allokat pro rata fost l-offerti skond ir-razzjon tal-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat għall-ammont totali ta' l-offerta skond ir-rata/prezz ta' l-imgħax marġinali (ara Kaxxa 5). Għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu, l-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb multiplu tad-denominazzjoni taċ-ċertifikati ta' debitu. Għal operazzjonijiet oħra li jassorbu likwidità, l-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb euro.

Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jalloka ammont minimu lil kull offertant aċċettat f'offerti ta' rata varjabbli.

(c) Offerti ta' skambju f'kambju ta' muniti barranin b' rata varjabbli

Fl-allokazzjoni ta' offerti ta' skambju f'kambju ta' muniti barranin b' rata varjabbli li jipprovdu likwidità, l-offerti jiġu elenkati f'ordni li tiżdied skond il-kwotazzjonijiet tal-punti ta' skambju [33] Kwotazzjonijiet tal-punti tat-tibdil huma mniżżla f'ordni li tiżdied b'konsiderazzjoni għas-sinjal tal-kwotazzjoni, li jiddependi fuq is-sinjal tar-rata ta' l-interess differenzali bejn il-munita barranija u l-euro. Jekk, għall-maturità tal-bidla, ir-rata ta' l-interess tal-munita barranija hija għola mir-rata ta' l-interess korrispondenti għall-euro, il-kwotazzjoni tal-punt tat-tibdil hija pożittiva (jiġifieri l-euro tkun kwotata iżjed mill-valur tal-munita barranija). Bil-maqlub, jekk ir-rata ta' l-interess tal-munita barranija hija inqas mir-rata ta' l-interess korrispondenti għall-euro, il-kwotazzjoni tal-punt tat-tibdil hija negattiva (jiġifieri l-euro tkun kwotata inqas mill-valur tal-munita barranija).. L-offerti bl-anqas kwotazzjonijiet tal-punti ta' skambju jintlaqgħu l-ewwel u sussegwentament kwotazzjonijiet b' punti suċċessivament aktar għolja ta' skambju jiġu aċċettati sakemm ikun esawrit l-ammont totali tal-munita fissa li għandha tiġi allokata. Jekk, fl-ogħla kwotazzjoni ta' punt ta' skambju aċċettat (jiġifieri l-kwotazzjoni ta' punt ta' skambju marġinali), l-ammont aggregat ta' l-offerta jeċċedi l-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat, il-bqija ta' l-ammont jiġi allokat pro rata fost l-offerti skond ir-razzjon tal-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat għall-ammont totali ta' l-offerta skond il-kwotazzjoni ta' punt ta' skambju marġinali (ara Kaxxa 6). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb euro.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Fl-allokazzjoni ta' offerti ta' skambju f'kambju ta' muniti barranin b' rata varjabbli li jassorbu likwidità, l-offerti jiġu elenkati f'ordni diminuttiva skond il-kwotazzjonijiet tal-punti ta' skambju. L-offerti bl-ogħla kwotazzjonijiet tal-punti ta' skambju jintlaqgħu l-ewwel u sussegwentament kwotazzjonijiet b' punti suċċessivament aktar baxxi ta' skambju jiġu aċċettati sakemm ikun esawrit l-ammont totali tal-munita fissa li għandha tiġi assorbita. Jekk, fl-anqas kwotazzjoni ta' punt ta' skambju aċċettat (i.e. il-kwotazzjoni ta' punt ta' skambju marġinali), l-ammont aggregat ta' l-offerta jeċċedi l-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat, il-bqija ta' l-ammont jiġi allokat pro rata fost l-offerti skond ir-razzjon tal-bqija ta' l-ammont li għandu jkun allokat għall-ammont totali ta' l-offerta skond il-kwotazzjoni ta' punt ta' skambju marġinali (ara Kaxxa 6). L-ammont allokat lil kull kontroparti jiġi rranġat sa l-eqreb euro.

(d) It-tip ta' irkant

Għal offertita' rata varjabbli, l-Ewrosistema tista' tapplika proċeduri ta' irkant jew b' rata waħda jew b' rata multipla. F'irkant b' rata waħda (irkant Olandiż), il-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax ta' l-allokazzjoni applikat għal kull offerta milqugħa ikun ugwali għall-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax marġinali (i.e. dak il-punt li fih tiġi eżawrita l-allokazzjoni totali). F'irkant b' rata multipla (irkant Amerikan), il-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax ta' l-allokazzjoni ikun ugwali għall-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax offrut għal kull offerta individwali.

5.1.6. Tħabbir tar-riżultati tal-offerta

Ir-riżultati tal-offerti standard u mgħaġġla jitħabbru pubblikament permezz ta' servizzi bil-fili. Barra minn hekk, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu javżaw lil kontropartijiet direttament bir-riżultat ta' l-allokazzjoni mingħajr ma jagħmlu użu mis-servizzi bil-fili. Il-messaġġ tar-riżultat tal-offerta normalment ikun jinkludi fih l-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta' referenza ta' l-operazzjoni tal-offerta;

- id-data ta' l-operazzjoni tal-offerta;

- it-tip ta' l-operazzjoni;

- il-maturià ta' l-operazzjoni;

- l-ammont totali ta' l-offerta mill-kontropartijiet tal-eurosistema;

- in-numru ta' l-offertanti;

- il-muniti involuti (fil-każ ta' skambju b' kambju ta' muniti barranin);

- l-ammont totali allokat;

- il-perċentaġġ ta' l-allokazzjoni (fil-każ ta' offerti b' rata fissa);

- ir-rata tal-kambju (fil-każ ta' skambju b' kambju ta' muniti barranin);

- il-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax marġinali aċċettat u l-perċentaġġ ta' l-allokazzjoni skond il-punt tar-rata/prezz/skambju ta' l-imgħax marġinali (fil-każ ta' offerti b' rata varjabbli);

- ir-rata minima ta' l-offerta, ir-rata massima ta' l-offerta u r-rata ta' l-allokazzjoni tal-medja miżuna (fil-każ ta' irkant b' rata multipla);

- id-data tal-bidu u d-data tal-maturità ta' l-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità ta' l-istrument (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu);

- il-limitu massimu ta' l-offerta (jekk hemm);

- l-ammont minimu ta' l-allokazzjoni individwali (jekk hemm);

- ir-razzjon minimu ta' l-allokazzjoni (jekk hemm);

- id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu); u

- il-kodiċi ISIN tal-ħarġa (fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu).

Il-banek ċentrali nazzjonali jiċċertifikaw direttament ir-riżultat ta' l-allokazzjoni individwali lill-kontropartijiet li l-offerta tagħhom tkun aċċettata.

5.2. Proċeduri għal operazzjonijiet bilaterali

(a) Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jesegwixxu operazzjonijiet fuq il-bażi ta' proċeduri bilaterali [34] Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezjonali, operazzjonijiet bilaterali ta' bidliet żgħar ta' titjib jistgħu jkunu eżegwiti mill-BĊE stess.. Dawn il-proċeduri jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta' irfinar f'suq miftuħ jew operazzjonijiet direttament strutturali. Dawn huma definiti b' sens wiesgħa bħala kwalunkwe proċeduri li bihom l-Ewrosistema tmexxi operazzjoni ma' kontroparti jew xi kontropartijiet mingħajr offerta. F'dan il-kuntest, jiddistingwu ruħhom żewġ tipi differenti ta' proċeduri bilaterali: operazzjonijiet fejn il-kontropartijiet jiġu kkuntattjati direttament mill-Ewrosistema, u operazzjonijiet esegwiti permezz ta' aġenti tal-borża jew tas-suq.

(b) Kuntatt dirett mal-kontropartijiet

F'din il-proċedura, il-banek ċentrali nazzjonali jikkuntattjaw direttament ma' kontroparti jew xi kontropartijiet domestiċi, li jintgħażlu skond il-kriterji speċifikati f'Taqsima 2.2. Skond l-istruzzjonijiet preċiżi mogħtija mill-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali jiddeċiedu jekk jidħlux f'patt mal-kontropartijiet. L-operazzjonijiet jiġu riżolti mill-banek ċentrali nazzjonali.

Jekk il-Kunsill Governattiv tal-BĊE kellu jiddeċiedi li, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, l-operazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu esegwiti mill-BĊE innifsu (jew minn wieħed jew aktar mill-banek ċentrali nazzjonali li jaġixxi/u bħala l-id operattiva tal-BĊE), il-proċeduri għal operazzjonijiet bħala dawn jiġu adottati skond il-każ. F'dan il-każ, il-BĊE (jew il-bank/banek ċentrali nazzjonali li jaġixxi/u bħala l-id operattiva tal-BĊE) jikkuntattja direttament lil wieħed jew aktar mill-kontropartijiet fiż-żona tal-euro, magħżula skond il-kriterji speċifikati fit-Taqsima 2.2. Il-BĊE (jew il-bank/banek ċentrali nazzjonali li jaġixxi/u bħala l-id operattiva tal-BĊE) jiddeċiedi jekk jidħolx f'patt mal-kontropartijiet. L-operazzjonijiet xorta jiġu riżolti b' mod deċentralizzat mill-banek ċentrali nazzjonali.

L-operazzjonijiet bilaterali permezz ta' kuntatt dirett mal-kontropartijiet jistgħu jiġu applikati għal operazzjonijiet irrivertiti, operazzjonijiet diretti, skambju b' kambju ta' muniti barranin u u l-ġbir ta' depożiti għal żmien twil.

(c) Operazzjonijiet esegwiti permezz ta' aġenti tal-borża jew tas-suq

Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jesegwixxu operazzjonijiet diretti permezz ta' aġenti tal-borża jew tas-suq. Għal dawn l-operazzjonijiet, il-varjetà tal-kontropartijiet m' hijiex ristretta a priori u l-proċeduri jiġu adattati skond il-konvenzjonijiet tas-suq għall-istrumenti ta' debitu operati. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, il-BĊE innifsu (jew minn wieħed jew aktar mill-banek ċentrali nazzjonali li jaġixxi/u bħala l-id operattiva tal-BĊE) jesegwixxix operazzjonijiet diretti ta' irfinar permezz ta' aġenti tal-borża jew tas-suq.

(d) Tħabbir ta' operazzjonijiet bilaterali

L-operazzjonijiet bilaterali normalment ma jitħabbrux pubblikament bil-quddiem. Barra minn hekk, il-BĊE jista' jiddeċiedi li ma jħabbarx pubblikament ir-riżultati ta' l-operazzjonijiet bilaterali.

(e) Jiem ta' xogħol

Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jmexxi operazzjonijiet bilaterali ta' irfinar fi kwalunkwe jum ta' xogħol tal-eurosistema. Huma biss il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri fejn il-jum ta' negozju, il-jum li fih jiġu riżolti l-operazzjonijiet u l-jum ta' rifużjoni huma jiem ta' xogħol tal-BĊN, li jipparteċipaw f'operazzjonijiet bħala dawn.

Operazzjonijiet diretti bilaterali għal skopijiet strutturali normalment jitmexxew u jiġu riżolti biss f'jiem ta' xogħol tal-BĊN fl-Istati Membri kollha.

5.3. Proċeduri biex jiġu riżolti l-operazzjonijiet

5.3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Operazzjonijiet fi flus li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu tal-faċilitajiet fis-seħħ tal-eurosistema jew il-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet f'suq miftuħ jiġu riżolti fuq il-kontijiet tal-kontropartijiet' mal-banek ċentrali nazzjonali (jew fuq il-kontijiet tal-banek li li jipparteċipaw fis-sistema TARGET). Operazzjonijiet fi flus jiġu riżolti biss wara (jew fil-mument ta') l-aħħar trasferiment ta' l-attiv li jattwa l-operazzjoni. Dan jimplika li l-attiv primarju jeħtieġ jew li jkun iddepożitat minn qabel f'kont ta' sigurtà fil-banek ċentrali nazzjonali jew li jitħallas fuq bażi ta' intraday delivery-versus-payment mal-banek ċentrali nazzjonali imsemmija. It-trasferiment ta' l-attiv primarju isir permezz tal-kontijiet tal-ħlas tat-titoli tal-kontropartijiet' ma' l-SSS li jissodisfaw l-istandards minimi tal-BĊE [35] Id-deskrizzjoni tan-normi għall-użu ta' l-SSSs eliġibbli fiż-żona ta' l-euro u lista aġġornata tal-konnessjonijiet eliġibbli bejn dawn is-sistemi tista' tinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int).. Kontropartijiet mingħajr kont ta' sigurtà mal-bank ċentrali nazzjonali jew mingħajr kont tal-ħlas tat-titoli ma' SSS li jissodisfa l-istandards minimi tal-BĊE jistgħu jittrasferixxu l-attiv permezz ta' kont tal-ħlas tat-titoli jew kont ta' sigurtà ta' istituzzjoni ta' kreditu korrispondenti.

Disposizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw il-proċeduri biex jiġu riżolti l-operazzjonijiet huma spjegati fl-arranġamenti kuntrattwali applikati mill-banek ċentrali nazzjonali (jew mill-BĊE) għall-istrumenti speċifiċi tal-politika monetarja. Il-proċeduri biex jiġu riżolti l-operazzjonijiet jistgħu ikunu xi ftit differenti bejn il-banek ċentrali nazzjonali minħabba d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi operazzjonali.

5.3.2. Kif jiġu riżolti operazzjonijiet f'suq miftuħ

Operazzjonijiet f'suq miftuħ ibbażati fuq offerti standard (i.e. operazzjonijiet ewlenin ta' finanzjament mill-ġdid, operazzjonijiet ta' finanzjament għal żmien itwal u operazzjonijiet strutturali) normalment jiġu riżolti fl-ewwel jum wara l-jum ta' negozju li fih is-sistemi RTGS relevanti kollha u l-SSS relevanti kollha jinfetħu. Bħala prinċipju, l-għan tal-eurosistema huwa li l-operazzjonijiet li jikkonċernaw l-operazzjonijiet tagħha f'suq miftuħ jiġu riżolti fl-istess żmien fl-Istati membri kollha mal-kontropartijiet kollha li jkunu pprovdew attiv primarju suffiċjenti. Madankollu, minħabba restrizzjonijiet operazzjonali u l-karatteristiċi tekniċi ta' l-SSS, il-ħin matul il-jum li fih jiġu riżolti l-operazzjonijiet f'suq miftuħ jista' jvarja tul iż-żona tal-euro. Il-ħin li fih jiġu riżolti l-operazzjonijiet ewlenin u dawk għal żmien itwal ta' finanzjament mill-ġdid normalment jikkoinċidi mal-ħin tar-rifużjoni ta' l-operazzjoni preċedenti ta' maturità korrispondenti.

L-għan tal-eurosistema huwa li l-operazzjonijiet f'suq miftuħ ibbażati fuq offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali jiġu riżolti fil-jum tan-negozju. Madankollu, l-Ewrosistema tista', għal raġunijiet operazzjonali, kultant tapplika dati oħra li fihom jiġu riżolti dawn l-operazzjonijiet, b' mod partikolari għal operazzjonijiet diretti (għal skopijiet ta' irfinar kif ukoll strutturali) u skambji b' kambju ta' muniti barranin (ara Tabella 3).

TABELLA 3

Dati normali li fihom jiġu riżolti l-operazzjonijiet f'suq miftuħ [37]

Strument tal-politika monetarja | Data li fiha jiġu riżolti l-operazzjonijiet ibbażati fuq offerti standard | Data li fiha jiġu riżolti l-operazzjonijiet ibbażati fuq offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali |

Operazzjonijiet irrivertiti | T+1 | T |

Operazzjonijiet diretti | - | Skond il-konvenzjoni tas-suq għal u |

Ħruġ ta' ċertifikati ta' debitu | T+1 | - |

Skambji b' kambju ta' muniti barranin | - | T, T+1 jew T+2 |

Ġbir ta' depożiti b' termini fissi | - | T |

5.3.3. Proċeduri ta' tmiem il-jum

Il-proċeduri ta' tmiem il-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistemi nazzjonali RTGS u s-sistema TARGET. Bħala regola ġenerali, il-ħin ta' l-għeluq għas-sistema TARGET huwa s-6 p.m. ħin tal-BĊE (C.E.T.). Ma jiġu aċċettati l-ebda ordnijiet ta' pagamenti għall-ipproċessar fis-sistemi nazzjonali RTGS wara dan il-ħin ta' l-għeluq, għalkemm il-bqija ta' l-ordnijiet tal-pagament aċċettati qabel dan il-ħin ta' l-għeluq jiġu pproċessati xorta. Talbiet mill-kontropartijiet' għall-adeżjoni fil-faċilità tas-self marġinali jew fil-faċilità tad-depożitu iridu jsiru lill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv sa' mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin ta' l-għeluq attwali tas-sistema TARGET [36] It-terminu perentorju biex jintalab aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta' l-Eurosystem huwa pospost bi 30 minuta addizzjonali fl-aħħar ġurnata tan-negozju ta' l-Eurosystem ta' perjodu ta' manteniment tar-riservi minimi..

Kwalunkwe bilanċi negattivi li jibqgħu fil-kontijiet li bihom jiġu riżolti l-operazzjonijiet (fis-sistemi nazzjonali RTGS) tal-kontropartijiet eliġibbli wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta' kontroll ta' tmiem il-jum jiġu awtomatikament ikkunsidrati li huma talba għall-użu tal-faċilità tas-self marġinali (ara Taqsima 4.1).

IL-KAPITLU 6

6. ATTIV ELIĠIBBLI

6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

L-Artiklu 18.1 ta' l-Istatut ta' l-ESCB jippermetti lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali li joperaw fis-swieq finanzjarji fix-xiri u bejgħ ta' attiv primarju direttament jew taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid u jitlob li l-operazzjonijiet ta' kreditu kollha tal-eurosistema ikunu bbażati fuq garanzija adegwata. Konsegwentament, l-operazzjonijiet kollha tal-eurosistema li jipprovdu likwidità huma bbażati fuq attiv primarju pprovdut mill-kontropartijiet jew fil-forma ta' trasferiment tat-titlu tal-proprjetà ta' l-attiv (fil-każ ta' operazzjonijiet diretti jew ftehim ta' xiri mill-ġdid) jew fil-forma ta' garanzija mogħtija fuq attiv relevanti (fil-każ ta' self iggarantit) [37] Operazzjonijiet tas-suq miftuħ irriversjati li jassorbu l-likwidità b'mod ċar huma ukoll ibbażati fuq l-assi tal-bażi. Għall-assi tal-bażi użati fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ irriversjati li jassorbu l-likwidità, il-kriterji ta' l-eliġibilità huma l-istess bħal dawk applikati għall-assi tal-bażi użati fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ irriversjati li jipprovdu l-likwidità. Madankollu, l-ebda qtugħ fil-valutazzjoni ma jkun applikat fl-operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità..

Bil-għan li l-Ewrosistema tkun protetta minn telf imġarrab mill-operazzjonijiet tagħha tal-politika monetarja, li jkun żgurat trattament ugwali tal-kontropartijiet u t-titjib ta' l-effiċjenza operazzjonali, l-attiv primarju irid jissodisfa ċertu kriterji sabiex ikun eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-eurosistema.

Huwa rikonoxxut li l-armonizzazzjoni tal-kriterji ta' eliġibilità fiż-żona kollha tal-euro tikkontribwixxi biex ikunu żgurati t-trattament ugwali u l-effiċjenza operazzjonali. Fl-istess ħin, għandha tingħata attenzjoni xierqa lid-differenzi li jeżistu fl-istruttura finanzjarja fl-Istati Membri. Għalhekk issir distiznjoni, essenzalment għal skopijiet interni tal-eurosistema, bejn żewġ kategoriji ta' attiv eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-eurosistema. Dawn iż-żewġ kategoriji huma msejħa bħala "l-ewwel saff" u "t-tieni saff" rispettivament:

- l-ewwel saff jikkonsisti fi strumenti kkumerċjati ta' debitu li jissodisfaw il-kriterji ta' l-eleġibilità uniformi fiż-żona tal-euro kollha speċifikati mill-BĊE; u

- it-tieni saff jikkonsisti f'attiv addizzjonali, ikkummerċjat u mhux ikkummerċjat, li huwa ta' importanza partikolari għas-swieq finanzjarji nazzjonali u s-sistemi bankarji u li għalihom il-kriterji ta' eliġibilità huma stabbiliti mill-banek ċentrali nazzjonali, skond il-kriterji ta' eliġibilità minimi stabbiliti mill-BĊE. Il-kriterji ta' eliġibilità speċifiċi għat-tieni saff applikati mill-banek ċentrali nazzjonali rispettivi huma suġġetti għall-approvazzjoni mill-BĊE.

Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn iż-żewġ saffi fejn jikkonċerna l-kwalità ta' l-attiv u l-eliġibilità tiegħu għat-tipi varji ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-eurosistema (ħlief għall-fatt li l-attiv tat-tieni saff normalment ma jintużax mill-Ewrosistema għal operazzjonijiet diretti). L-attiv eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-eurosistema jista' jintuża wkoll bħala attiv primarju għall-kreditu intraday.

L-attiv ta' l-ewwel saff u t-tieni saff huma suġġetti għal miżuri ta' kontroll ta' riskju speċifikati f'Taqsima 6.4.

Il-kontropartijiet tal-eurosistema jistgħu jużaw attiv eliġibbli fuq bażi trans konfini, i.e. jistgħu jiksbu attiv mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih huma stabbiliti billi jużaw attiv li jinsab fi Stat Membru ieħor (ara Taqsima 6.6).

6.2. Attiv ta' l-ewwel saff

Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta' l-attiv ta' l-ewwel saff. Din il-lista tkun disponibbli għall-pubbliku [38] Din il-lista hija ppubblikata u aġġornata kuljum fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int)..

Ċertifikati ta' debitu maħruġa mill-BĊE huma imniżżla bħala attiv ta' l-ewwel saff. Ċertifikati ta' debitu maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali qabel l-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom jiġu nklużi wkoll fil-lista ta' l-ewwel saff.

Il-kriterji ta' eliġibilità li ġejjin japplikaw għal attiv ieħor ta' l-ewwel saff (ara wkoll Tabella 4):

- irid ikun strumenti ta' debitu li jkollhom: (a) ammont prinċipali, fiss inkondizzjonat; u (b) kupun li ma jistax jirriżulta f'ċirkolazzjoni ta' flus negattiva. B' żieda ma' dan, il-kupun għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin: (i) kupun zero; (ii) kupun b' rata fissa; jew (iii) kupun b' rata li tinbidel marbut ma' referenza ta' rata ta' imgħax. Il-kupun jista' jkun marbut ma' bidla fl-iskala ta' l-emittent innifsu. Barra minn hekk, bonds li l-valur tagħhom jiddependi fuq l-inflazzjoni huma eliġibbli wkoll. Dawn il-karatteristiċi iridu jinżammu sat-tmiem ta' l-obbligazzjoni [39] Strumenti tad-dejn li jagħtu drittijiet lill-prinċipal u/jew l-interess li huma subordinati għad-drittijiet tad-detenturi ta' strumenti tad-dejn oħra ta' l-istess fornitur (jew, f'ħarġa strutturata, subordinati għal partijiet oħra ta' l-istess ħarġa) huma esklużi mill-ewwel livell.,

- irid jissodisfa standards ta' kreditu għoljin. FI-evalwazzjoni ta' l-istandard ta' kreditu ta' l-istrumenti ta' debitu, il-BĊE jikkunsidra, inter alia, skali disponibbli minn aġenziji tas-suq, garanziji pprovduti minn garanti finanzjarjament b' saħħithom [40] Il-garanti għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE., kif ukoll ċertu kriterji istituzzjonali li jiżguraw protezzjoni partikolarment għolja tad-detenturi ta' l-istrument [41] Strumenti tad-dejn maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-kreditu li m'għandhomx konformità stretta mal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-impriżi għall-investiment kollettiv fis-sigurtajiet trasferibbli (IIKTT), ĠU L 375, 31.12.1985, pġ. 3, kif emendat mid-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE tat-22 ta' Marzu 1988, ĠU L 100, 19.4.1988, pġ. 31, Direttiva 2001/107/KE tal-21 ta' Jannar 2002, ĠU L 41, 13.2.2002, pġ. 20, u Direttiva 2001/108/KE tal-21 ta' Jannar 2002, ĠU L 41, 13.2.2002, pġ. 35, huma aċċettati fl-ewwel livell biss jekk kull ħarġa tkun mogħtija skala (minn aġenzija ta' l-iskalar) li tindika li, għall-Eurosystem, l-istrument tad-dejn jilħaq standards ta' kreditu għoljin. L-eliġibilità ta' l-istrumenti tad-dejn maħruġa taħt programmi tal-ħruġ hija assessjata fuq bażi ta' l-iskala tal-programm.. Garanzija tkun meqjusa bħala aċċettabbli jekk il-garanti ikun iggarantixxa inkondizzjonalment u rrevokabilment l-obbligazzjonijiet ta' l-emittent fejn jikkonċerna l-pagament tal-kapital, l-imgħax u kwalunkwe ammonti oħra dovuti taħt l-istrumenti ta' debitu lid-detenturi tagħhom sakemm jitħallsu kollha. Il-garanzija trid titħallas fuq l-ewwel talba (indipendentament mill-obbligazzjoni primarja tad-debitu). Garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi li għandhom id-dritt li jimponu taxxi għandha jew titħallas fuq l-ewwel talba jew inkella tieħu ħsieb il-ħlas pront u puntwali malli dan ikun dovut. L-obbligazzjonijiet tal-garanti taħt il-garanzija iridu jkunu mill-anqas daqs jew pari passu ma' l-obbligazzjonijiet l-oħra mhux assigurati tal-garanti. Il-garanzija trid tkun skond il-liġi ta' xi Stat Membru ta' l-UE u tkun legalment valida, torbot u nforzabbli [42] It-talba ta' l-infurzar hija suġġetta għal kwalunkwe liġijiet tal-passività jew tal-falliment, prinċipji ġenerali ta' ekwità u liġijiet u prinċipji oħra simili applikabbli lill-garanti u li jaffettwaw id-drittijiet ġenerali tal-kredituri fir-rigward tal-garanti. kontra l-garanti. Ikun hemm bżonn li tiġi sottomessa konferma legali li tikkonċerna l-validità legali, l-effett ta' l-irbit u l-inforzabbiltà tal-garanti [43] Jekk il-garanti huwa stabbilit f'ġurisdizzjoni oħra li mhux dik tal-liġi li tiggverna lill-garanti, il-konfermazzjoni legali għandha ukoll tikkonferma li l-garanti huwa validu u infurzabbli taħt il-liġi li tiggverna l-istabbiliment tal-garanti. fil-forma u s-sustanza aċċettabbli għall-Ewrosistema [44] Il-konfermazzjoni legali għandha tkun imressqa għall-analiżi lill-BĊN li qed jirrapporta ċertu assi sostenut minn garanzija għall-inklużjoni fil-lista ta' l-assi eliġibbli. Il-BĊN li qed jirrapporta ċertu assi huwa normalment il-BĊN tal-pajjiż li fih l-assi se jkun imniżżel, negozjat jew ikkwotat. F'każ ta' tniżżil f'iżjed minn lista waħda, kwalunkwe mistoqsijiet għandhom isiru lill-Hotline ta' l-Assi Eliġibbli tal-BĊE fl-indirizz Eligible-Assets.hotline@ecb.int. qabel l-attiv appoġġjat mill-garanti ikun jista' jiġi kkunsidrat bħala eliġibbli. Il-ħtieġa ta' konferma legali ma tapplikax għal garanziji mogħtija fuq strumenti ta' debitu b' skala ta' attiv individwali jew għal garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi li għandhom dritt jimponu taxxi,

- irid ikun trasferibbli f'forma ta' entrata fuq il-karta,

- irid ikun ddepożitat/rreġistrat (maħruġ) fiż-ŻEE ma' bank ċentrali jew depożitorju ċentrali ta' titoli (CSD) li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Iridu jinżammu (jkunu riżolti) fiż-żona tal-euro permezz ta' kont ma' l-Ewrosistema jew ma' SSS li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE (sabiex il-perfezzjoni u r-realizzazzjoni ikunu suġġetti għal-liġi ta' pajjiż taż-żona tal-euro). Jekk is-CSD li minnu joħroġ l-attiv u l-SSS fejn jinżamm m' humiex identiċi, allura ż-żewġ istituzzjonijiet iridu jkunu konnessi b' rabta approvata mill-BĊE [45] Id-deskrizzjoni tan-normi għall-użu ta' l-SSSs eliġibbli fiż-żona ta' l-euro u lista aġġornata tal-konnessjonijiet eliġibbli bejn dawn is-sistemi tista' tinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int).,

- irid ikun iddenominat f'ewro [46] Espressa bħala tali jew fid-denominazzjoni nazzjonali ta' l-euro.,

- irid jinħareġ (jew, alternattivament, iggarantit) mill-entitajiet stabbiliti fiż-ŻEE [47] It-talba li l-entità tal-ħruġ tkun stabbilita fiż-ŻEE ma tapplikax għal istituzzjonijiet internazzjonali u sopranazzjonali.,

- iridu jkunu mniżżla u kkwotati f'suq regolat kif spjegat fid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli [48] ĠU L 141, 11.6.1993, pġ. 27., jew imniżżla, ikkwotati jew innegozjati f'ċerti swieq mhux regolati kif speċifikat mill-BĊE [49] Strumenti tad-dejn maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-kreditu li ma jħarsux b'mod strett il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 fuq il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-impriżi għall-investiment kollettiv fis-sigurtajiet trasferibbli (IIKTT), kif emendat, huma aċċettati fl-ewwel livell jekk ikunu mniżżla jew ikkwotati f'suq irregolat kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi ta' l-investiment fil-qasam tas-sigurtajiet biss.. Barra minn hekk, il-likwidità tas-suq tista' tkun ikkunsidrata mill-BĊE meta jistabbilixxi l-eliġibilità ta' l-istrumenti ta' debitu individwali.

[51] kontroll, li għandu jfisser ir-relazzjoni bejn l-impriża prinċipali u sussidjarja, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikoli 1 (1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew legali u impriża; kwalunkwe impriża sussidjarja ta' impriża sussidjarja għandha tkun ikkunsidrata sussidjarja ta' l-impriża prinċipali li qed tmexxi dawk l-impriżi. Sitwazzjoni li fiha tnejn jew iżjed persuni naturali jew legali huma konnessi b'mod permanenti ma' l-istess persuna waħdanija permezz ta' relazzjoni ta' kontroll għandha tkun ikkunsidrata li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni ukoll." [52] Din id-disposizzjoni ma tapplikax għal: (i) konnessjonijiet mill-qrib bejn il-kontroparti u l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi taż-ŻEE (inkluż il-każ fejn l-awtorità pubblika tkun garanti tal-fornitur); (ii) fatturi tan-negozju, li għalihom mill-inqas entità waħda (li mhux l-istituzzjoni tal-kreditu) hija responsabbli flimkien mal-kontroparti; (iii) strumenti tad-dejn li jħarsu b'mod strett il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-impriżi għall-investiment kollettiv fis-sigurtajiet trasferibbli (IIKTT), kif emendat; jew (iv) każijiet fejn l-istrumenti tad-dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi li huma komparabbli ma' (iii)..

Minħabba l-inklużjoni ta' l-attiv fil-listi ta' l-ewwel saff, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx bħala attiv primarju l-istrumenti li ġejjin:

- strumenti ta' debitu li jkunu dovuti għall-pagament qabel id-data tal-maturità ta' l-operazzjoni ta' politika monetarja li għaliha ikunu qegħdin jintużaw bħala attiv primarju [53] Jekk il-banek ċentrali nazzjonali jħallu l-użu ta' l-istrumenti b'maturità inqas mill-operazzjonijiet ta' politika monetarja li għalihom qed iservu bħala assi tal-bażi, il-kontropartijiet ikunu mitluba li jbiddlu tali assi fid-data ta', jew qabel, il-maturità., u

- strumenti ta' debitu b' ċirkolazzjoni ta' dħul (e.g. pagament b' kupun) li jseħħu fil-perjodu sad-data tal-maturità ta' l-operazzjoni ta' politika monetarja li għaliha ikunu qegħdin jintużaw bħala attiv primarju.

L-attiv kollu ta' l-ewwel saff irid ikun jista' jintuża f'kuntest trans konfini fiż-żona kollha tal-euro. Dan jimplika li l-kontropartijiet kollha tal-eurosistema iridu jkunu jistgħu jużaw dan l-attiv jew permezz ta' konnessjonijiet ma' l-SSS domestiċi tagħhom inkella permezz ta' arranġamenti eliġibbli oħra biex jirċievu kreditu mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-kontroparti huwa stabbilit (ara Taqsima 6.6).

L-attiv ta' l-ewwel saff huwa eliġibbli għall-operazzjonijiet kollha ta' politika monetarja li huma bbażati bħala attiv primarju, i.e. operazzjonijiet irrivertiti u diretti f'suq miftuħ u l-faċilità tas-self marġinali.

6.3. Attiv tat-tieni saff

B' żieda ma' l-istrumenti ta' debitu li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità għall-ewwel saff, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jikkunsidraw, bħala attiv ieħor eliġibbli, attiv tat-tieni saff li huwa ta' importanza partikolari għas-swieq finanzjarji nazzjonali u s-sistemi bankarji. Il-kriterji ta' eliġibilità għall-attiv tat-tieni saff huma stabbiliti mill-banek ċentrali nazzjonali skond il-kriterji ta' eliġibilità minimi stabbiliti mill-BĊE. Il-banek ċentrali nazzjonali jistabbilixxu u jżommu listi nazzjonali ta' attiv tat-tieni saff eliġibbli. Dawn il-listi ikunu għad-disposizzjoni tal-pubbliku [54] Dawn il-listi huma ppubblikati u aġġornati kuljum fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int). Għal assi mhux kummerċjabbli tat-tieni livell u strumenti tad-dejn b'likwidità limitata u karatteristiċi speċjali, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux informazzjoni fuq ħruġ individwali, fornituri/debituri jew garanti fil-pubblikazzjoni tagħhom tal-listi nazzjonali tat-tieni livell, imma joffru informazzjoni alternattiva biex jassiguraw li l-kontropartijiet ġewwa ż-żona ta' l-euro jistgħu jaċċertaw faċilment l-eliġibilità ta' assi speċifiku..

L-attiv tat-tieni saff irid jissodisfa il-kriterji ta' eliġibilità minimi li ġejjin (ara wkoll Tabella 4):

- jista' jkun strumenti ta' debitu (ikkummerċjati u mhux ikkummerċjati) li jkollhom: (a) ammont prinċipali, fiss inkondizzjonat; u (b) kupun li ma jistax jirriżulta f'ċirkolazzjoni ta' flus negattiva. B' żieda ma' dan, il- kupun għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin: (i) kupun zero; (ii) kupun b' rata fissa; jew (iii) kupun b' rata li tinbidel marbut ma' referenza ta' rata ta' imgħax. Il-kupun jista' jkun marbut ma' bidla fl-iskala ta' l-emittent innifsu. Barra minn hekk, bonds li l-valur tagħhom jiddependi fuq l-inflazzjoni huma eliġibbli wkoll. Dawn il-karatteristiċi iridu jinżammu sat-tmiem ta' l-obbligazzjoni. Jistgħu ikunu wkoll titoli (innegozjati f'suq regolat kif spjegat fid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli [55] ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.). Ekwitajiet maħruġa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u strumenti ta' debitu maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jikkonformawx strettament mal-kriterji stabbiliti fl-Artiklu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 fuq il-koordinament tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw obbligazzjonijiet għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) [56] ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3., kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE tat-22 ta' Marzu 1988 [57] ĠU L 100, 19.4.1988, p. 31., id-Direttiva 2001/107/KE tal-21 ta' Jannar 2002 [58] ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20., u d-Direttiva 2001/108/KE tal-21 ta' Jannar 2002 [59] ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35., normalment m' humiex eliġibbli għall-inklużjoni fil-listi ta' l-attiv tat-tieni saff. Madankollu, il-BĊE jista' jawtorizza lill-banek ċentrali nazzjonali li jinkludu attiv bħal dan fil-listi tat-tieni saff skond ċertu kondizzjonijiet u restrizzjonijiet,

TABELLA 4

Attiv eliġibbli għal operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-eurosistema

Kriterji | L-ewwel saff | It-tieni saff |

Tip ta' attiv | Ċertifikati ta' debitu tal-BĊEStrumenti ta' debitu oħra kkummerċjati | Strumenti ta' debitu kkummerċjatiStrumenti ta' debitu mhux ikkummerċjatiTitoli nnegozjati f'suq regolat |

Proċeduri kif jiġi riżolt | L-istrumenti iridu jkunu ddepożitati ċentralment f'forma ta' entrata fuq il-karta mal-banek ċentrali nazzjonali jew SSS li jissodisfa l-istandards minimi tal-BĊE | L-attiv irid ikun aċċessibbli faċilment għall-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkludih fil-lista tat-tieni saff |

Tip ta' emittent | Banek ċentraliSettur pubblikuSettur privatIstituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali | Settur pubblikuSettur privat |

L-istandard tal-kreditu | L-attiv irid jitqies bħala ta' kwalità għolja ta' kreditu mill-BĊE (li jista' jinkludi garanzija eliġibbli ta' garanti taż-ŻEE li jitqies bħala finanzjarjament b' saħħtu mill-BĊE) | L-attiv irid jitqies bħala ta' kwalità għolja ta' kreditu mill-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkludih fil-lista tiegħu tat-tieni saff (li jista' jinkludi garanzija eliġibbli ta' garanti taż-ŻEE li jitqies bħala finanzjarjament b' saħħtu mill-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkludih fil-lista tiegħu tat-tieni saff) |

Post ta' l-istabbiliment ta' l-emittent (jew alternattivament il-garanti) | Iż-ŻEE | Iż-żona tal-euro |

Lok ta' l-attiv | Post tal-ħarġa: iż-ŻEEPost fejn jiġi riżolt: iż-żona tal-euro | Iż-żona tal-euro |

Munita | Ewro | Ewro |

Użu trans konfini | Iva | Iva |

- irid ikun obbligazzjonijiet ta' debitu kontra jew ekwitajiet ta' (jew iggarantiti minn) entitajiet li jitqiesu bħala finanzjarjament b' saħħithom mill-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkluda l-attiv fil-lista tiegħu tat-tieni saff. Garanzija titqies bħala aċċettabbli jekk il-garanti ikun iggarantixxa inkondizzjonalment u rrevokabilment l-obbligazzjonijiet ta' l-emittent fejn jikkonċerna l-pagament tal-kapital, l-imgħax u kwalunkwe ammonti oħra dovuti taħt l-istrumenti ta' debitu lid-detenturi tagħhom sakemm jitħallsu kollha. Il-garanzija trid titħallas fuq l-ewwel talba (indipendentament mill-obbligazzjoni primarja tad-debitu). Garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi li għandhom id-dritt li jimponu taxxi għandha jew titħallas fuq l-ewwel talba jew inkella tieħu ħsieb il-ħlas pront u puntwali malli dan ikun dovut. L-obbligazzjonijiet tal-garanti taħt il-garanzija iridu jkunu mill-anqas daqs jew pari passu ma' l-obbligazzjonijiet l-oħra mhux assigurati tal-garanti. Il-garanzija trid tkun skond il-liġi ta' xi Stat Membru ta' l-UE u tkun legalment valida, torbot u nforzabbli [60] It-talba ta' l-infurzar hija suġġetta għal kwalunkwe liġijiet tal-passività jew tal-falliment, prinċipji ġenerali ta' ekwità u liġijiet u prinċipji oħra simili applikabbli lill-garanti u li jaffettwaw id-drittijiet ġenerali tal-kredituri fir-rigward tal-garanti. kontra l-garanti. Ikun hemm bżonn li tiġi sottomessa konferma legali li tikkonċerna l-validità legali, l-effett ta' l-irbit u l-inforzabbiltà tal-garanti [61] Jekk il-garanti huwa stabbilit f'ġurisdizzjoni oħra li mhux dik tal-liġi li tiggverna lill-garanti, il-konfermazzjoni legali għandha ukoll tikkonferma li l-garanti huwa validu u infurzabbli taħt il-liġi li tiggverna l-istabbiliment tal-garanti. fil-forma u s-sustanza aċċettabbli għall-Ewrosistema [62] Il-konfermazzjoni legali għandha tkun imressqa għall-analiżi lill-BĊN li qed jirrapporta ċertu assi sostenut minn garanzija għall-inklużjoni fil-lista ta' l-assi eliġibbli. Il-BĊN li qed jirrapporta ċertu assi huwa normalment il-BĊN tal-pajjiż li fih l-assi se jkun imniżżel, negozjat jew ikkwotat. F'każ ta' tniżżil f'iżjed minn lista waħda, kwalunkwe mistoqsijiet għandhom isiru lill-Hotline ta' l-Assi Eliġibbli tal-BĊE fl-indirizz Eligible-Assets.hotline@ecb.int. qabel l-attiv appoġġjat mill-garanti ikun jista' jiġi kkunsidrat bħala eliġibbli. Il-ħtieġa ta' konferma legali ma tapplikax għal garanziji mogħtija fuq strumenti ta' debitu b'skala ta' attiv individwali jew għal garanziji mogħtija minn entitajiet pubbliċi li għandhom dritt jimponu taxxi,

- irid ikun aċċessibbli faċilment għall-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkluda l-attiv fil-lista tiegħu tat-tieni saff,

- irid ikun jinsab fiż-żona tal-euro (sakemm il-perfezzjoni u r-realizzazzjoni ikunu skond il-liġi ta' Stat Membru taż-żona tal-euro),

- irid ikun iddenominat f'euro [63] Espressa bħala tali jew fid-denominazzjoni nazzjonali ta' l-euro.,

- irid jinħareġ (jew, alternattivament, iggarantit) mill-entitajiet stabbiliti fiż-żona tal-euro.

[65] kontroll, li għandu jfisser ir-relazzjoni bejn l-impriża prinċipali u sussidjarja, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikoli 1 (1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew legali u impriża; kwalunkwe impriża sussidjarja ta' impriża sussidjarja għandha tkun ikkunsidrata sussidjarja ta' l-impriża prinċipali li qed tmexxi dawk l-impriżi.Sitwazzjoni li fiha tnejn jew iżjed persuni naturali jew legali huma konnessi b'mod permanenti ma' l-istess persuna waħdanija permezz ta' relazzjoni ta' kontroll għandha tkun ikkunsidrata li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni ukoll." [66] Bħal fil-każ ta' assi ta' l-ewwel livell, din id-disposizzjoni ma tapplikax għal: (i) konnessjonijiet mill-qrib bejn il-kontroparti u l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi taż-ŻEE (inkluż il-każ fejn l-awtorità pubblika tkun garanti tal-fornitur); (ii) fatturi tan-negozju, li għalihom mill-inqas entità waħda (li mhux l-istituzzjoni tal-kreditu) hija responsabbli flimkien mal-kontroparti; (iii) strumenti tad-dejn li jħarsu b'mod strett il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-impriżi għall-investiment kollettiv fis-sigurtajiet trasferibbli (IIKTT), kif emendat; jew (iv) każijiet fejn l-istrumenti tad-dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi li huma komparabbli ma' (iii)..

Minħabba l-inklużjoni ta' l-attiv fil-listi tat-tieni saff, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx bħala attiv primarju l-attiv li ġej:

- strumenti ta' debitu li jkunu dovuti għall-pagament qabel id-data tal-maturità ta' l-operazzjoni ta' politika monetarja li għaliha ikunu qegħdin jintużaw bħala attiv primarju [67] Bħal fil-każ ta' assi ta' l-ewwel livell, jekk il-banek ċentrali nazzjonali jħallu l-użu ta' l-istrumenti b'maturità inqas mill-operazzjonijiet ta' politika monetarja li għalihom qed iservu bħala assi tal-bażi, il-kontropartijiet ikunu mitluba li jbiddlu tali assi fid-data ta', jew qabel, il-maturità, u

- strumenti ta' debitu b' ċirkolazzjoni ta' dħul (e.g. pagament b' kupun) li jseħħu fil-perjodu sad-data tal-maturità ta' l-operazzjoni ta' politika monetarja li għaliha jkunu qegħdin jintużaw bħala attiv primarju; jew

- ekwitajiet b' pagament ta' kwalunkwe tip jew bi kwalunkwe dritt ieħor marbut magħhom li jista' jaffetwa l-konvenjenza tagħhom bħala attiv primarju għall-perjodu sad-data tal-maturità ta' l-operazzjoni ta' politika monetarja li għaliha jintuża bħala attiv primarju.

L-attiv kollu tat-tieni saff irid ikun jista' jintuża f'kuntest trans konfini fiż-żona kollha tal-euro. Dan jimplika li l-kontropartijiet kollha tal-eurosistema iridu jkunu jistgħu jużaw dan l-attiv jew permezz ta' konnessjonijiet ma' l-SSS domestiċi tagħhom inkella permezz ta' arranġamenti eliġibbli oħra biex jirċievu fondi mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-kontroparti huwa stabbilit (ara Taqsima 6.6).

L-attiv tat-tieni saff huwa eliġibbli għall-operazzjonijiet irrivertiti f'suq miftuħ u l-faċilità tas-self marġinali. Dan l-attiv normalment ma jintużax f'operazzjonijiet diretti tal-eurosistema.

6.4. Miżuri ta' kontroll ta' riskju

Jiġu applikati miżuri ta' kontroll ta' riskju dwar attiv primarju f'operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-eurosistema sabiex l-Ewrosistema tkun protetta kontra r-riskju ta' telf finanzjarju jekk l-attiv primarju ikollu jkun irrealizzat minħabba xi nuqqas ta' xi kontroparti. Il-miżuri ta' kontroll ta' riskju għad-disposizzjoni tal-eurosistema huma deskritti f'Kaxxa 7.

+++++ TIFF +++++

6.4.1. Miżuri ta' kontroll ta' riskju għal attiv ta' l-ewwel saff

L-Ewrosistema tapplika miżuri ta' kontroll ta' riskju speċifiċi skond it-tipi ta' attiv primarju offrut mill-kontroparti. Il-miżuri xierqa ta' kontroll ta' riskju għall-attiv ta' l-ewwel saff jiġu stabbiliti mill-BĊE. Miżuri ta' kontroll ta' riskju għall-attiv ta' l-ewwel saff huma armonizzati b' mod wiesgħa fiż-żona tal-euro kollha [68] Minħabba differenzi operazzjonali fl-Istati Membri fir-rigward ta' proċeduri għall-kunsinna ta' l-assi tal-bażi mill-kontropartijiet lill-banek ċentrali nazzjonali (fil-forma ta' pul ta' kollateral kapparrat mal-banek ċentrali nazzjonali jew bħala ftiehim ta' xiri mill-ġdid ibbażat fuq l-assi individwali speċifikati għal kull transazzjoni), jista' jkun hemm differenzi minuri fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni u karatteristiċi operazzjonali oħra fil-qafas tal-kontroll tar-riskju.. Il-qafas tal-kontroll ta' riskju għal attiv ta' l-ewwel saff jinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin:

- attiv ta' l-ewwel saff eliġibbli jiġi allokat lil waħda minn erba' kategoriji ta' likwidità mnaqqsa, ibbażata fuq il-klassifikazzjoni ta' l-emittent u t-tip ta' l-attiv. L-allokazzjoni ta' l-attiv eliġibbli lill-erba' kategoriji ta' likwidità hija deskritta f'Kaxxa 8,

+++++ TIFF +++++

- strumenti ta' debitu individwali huma suġġetti għal "valuation haircuts" speċifiċi. Il-haircuts jiġu applikati billi jitnaqqas ċertu perċentaġġ mill-valur tas-suq ta' l-attiv primarju. Il-haircuts ikunu differenti skond il-maturità residwa u l-istruttura tal-kupun ta' l-istrumenti tad-debitu kif deskritt f'Kaxxi 9 u 10,

+++++ TIFF +++++

- il-valuation haircuts applikati għall-istrumenti kollha tal-kupun fiss u l-kupun zero ta' l-ewwel saff huma deskritti f'Kaxxa 9 [69] Il-qtugħ tal-valutazzjoni applikat għas-sigurtajiet ta' kupuni fissi huwa ukoll applikabbli għal strumenti tad-dejn, il-kupun ta' liema huwa konness ma' bidla fl-iskala tal-fornitur stess jew ma' bonds li jvarjaw skond l-inflazzjoni.,

- il-valuation haircuts applikati għall-istrumenti kollha ta' rata ta' inverse floating ta' l-ewwel saff huma l-istess għall-klassijiet kollha tal-likwidità u huma deskritti f'Kaxxa 10,

+++++ TIFF +++++

- il-haircut applikat għal strumenti ta' debitu b' kupuni ta' rata varjabbli [70] Pagament bil-kupuni huwa kkunsidrat bħala pagament bir-rata varjabbli jekk il-kupun ikun konness ma' rata ta' interess ta' referenza u jekk il-perjodu ta' tqiegħid mill-ġdid korrispondenti għal dan il-kupun ma jkunx itwal minn sena. Pagamenti bil-kupuni li għalihom il-perjodu ta' tqiegħid mill-ġdid huwa itwal minn sena huma trattati bħala pagamenti bir-rata fissa, bil-maturità relevanti għall-qtugħ tkun il-maturità residwa ta' l-isturment tad-dejn. huwa dak applikat għal basket ta' maturità zero-għal-sena ta' l-istrumenti ta' kupun fiss tal-kategorija tal-likwidità li lilha l-istrument jiġi assenjat,

- il-miżuri ta' kontroll ta' riskju applikati għal strument ta' debitu b' aktar minn tip wieħed ta' pagamenti b' kupun jiddependu biss fuq il-pagamenti b' kupun matul il-bqija tal-ħajja ta' l-istrument. Il-valuation haircut applikat għal strumenti bħal dawn huwa ffissat bħala ugwali għall-ogħla mill-haircuts applikabbli għall-istrumenti ta' debitu bl-istess maturità residwa, u jiġu kkunsidrati l-pagamenti b' kupun ta' kwalunkwe wieħed mit-tipi li jseħħu fil-bqija tal-ħajja ta' l-istrument,

- l-ebda valuation haircuts ma jiġu applikati f'operazzjonijiet li jassorbu likwidità,

- skond is-sistema ta' ġurisdizzjoni u s-sistema nazzjonali operazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jippermettu li jsir pooling ta' attiv primarju u/jew jitolbu l-allokazzjoni ta' l-attiv użat f'kull operazzjoni individwali. F'sistemi ta' pooling, il-kontroparti jagħmel pool ta' attiv primarju suffiċjenti disponibbli għall-bank ċentrali biex ikopri il-krediti relatati riċevuti mill-bank ċentrali, b' hekk dan jimplika li l-attiv individwali ma jkunx marbut ma' operazzjonijiet ta' kreditu speċifiċi. B' kuntrast, f'sistema ta' allokazzjoni, kull operazzjoni ta' kreditu tkun marbuta ma' attiv identifikabbli speċifiku,

- l-attiv huwa suġġett għal ivvalutar ta' kuljum. Ta' kuljum, il-banek ċentrali nazzjonali jikkalkulaw il-valur meħtieġ ta' l-attiv primarju billi jkun kkunsidrat it-tibdil fil-volumi tal-kreditu dovut, l-ivvalutar tal-prinċipji stabbiliti f'Taqsima 6.5 u l-valuation haircuts meħtieġa,

- jekk, wara l-ivvalutar, l-attiv primarju ma jissodisfax il-ħtiġijiet kif ikkalkulat f'dak il-jum, isiru sejħiet ta' marġini simetriċi. Sabiex titnaqqas il-frekwenza tas-sejħiet ta' marġini, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu japplikaw punt ta' attivazzjoni. Jekk applikat, dan il-punt ta' attivazzjoni huwa 0,5 % ta' l-ammont tal-likwidità pprovduta. Skond il-ġurisdizzjoni, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jitolbu li s-sejħiet ta' marġini jsiru jew permezz tal-fornitura ta' attiv addizzjonali jew permezz ta' pagamenti fi flus kontanti. Dan jimplika li jekk il-valur tas-suq ta' l-attiv primarju jaqa' taħt l-anqas punt ta' attivazzjoni, il-kontropartijiet ikollhom jipprovdu attiv addizzjonali (jew kontanti). Bl-istess mod, jekk il-valur fis-suq ta' l-attiv primarju, wara l-ivvalutar mill-ġdid tiegħu, jaqbeż l-ogħla punt ta' attivazzjoni, il-bank ċentrali nazzjonali jirritorna l-attiv primarju (jew kontanti) lill-kontroparti (ara Kaxxa 11),

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

- f'sistemi ta' pooling il-kontropartijiet jistgħu jissostitwixxu attiv primarju fuq bażi ta' kuljum,

- f'sistemi ta' allokazzjoni il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jippermettu s-sostituzzjoni ta' l-attiv primarju,

- il-BĊE jistgħu fi kwalunkwe ħin jiddeċiedu li jneħħu strumenti ta' debitu individwali mill-lista ta' l-istrumenti eliġibbli ta' l-ewwel saff [71] Jekk, fiż-żmien ta' l-esklużjoni mil-lista ta' l-ewwel livell, strument tad-dejn ikun qiegħed jintuża minn operazzjoni ta' kreditu ta' l-Eurosystem, għandu jitneħħa mill-iktar fis possibbli..

6.4.2. Miżuri ta' kontroll ta' riskju għal attiv tat-tieni saff

Il-miżuri xierqa ta' kontroll ta' riskju għall-attiv tat-tieni saff jitħejjew mill-bank ċentrali nazzjonali li jkun inkluda l-attiv fil-lista tiegħu tat-tieni saff. L-applikazzjoni tal-miżuri ta' kontroll ta' riskju mill-banek ċentrali nazzjonali hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-BĊE. L-għan tal-eurosistema huwa li tiżgura kondizzjonijiet mhux diskriminatorji għall-attiv tagħha tat-tieni saff fiż-żona tal-euro kollha meta tistabbilixxi l-miżuri xierqa ta' kontroll ta' riskju. F'dan il-qafas, il-valuation haircuts applikati għall-attiv tat-tieni saff jirriflettu ir-riskji speċifiċi assoċjati ma' dan l-attiv u huma strinġenti mill-anqas daqs il-valuation haircuts applikati għall-attiv ta' l-ewwel saff. L-attiv tat-tieni saff huwa kklassifikat f'erba' gruppi differenti ta' haircuts, li jirriflettu d-differenzi fil-karatteristiċi finanzjarji intrinsiċi tagħhom u fil-likwidità tagħhom. Il-gruppi ta' likwidità u l-valuation haircuts għall-attiv tat-tieni saff huma deskritti f'Kaxxa 12.

+++++ TIFF +++++

L-inklużjoni ta' assi tat-tieni livell fil-gruppi ta' likwidità li ġejjin hija proposta mill-banek ċentrali nazzjonali u hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-BĊE:

1. Investiment ta' kapital jew ishma b'imgħax mhux fiss

2. Strumenti tad-dejn b'likwidità limitata li jistgħu jkunu kkummerċjati

Il-maġġoranza ta' l-assi tat-tieni livell jaqgħu f'din il-kategorija. Għalkemm jista' jkun hemm xi differenzi fil-grad ta' likwidità, l-assi huma, ġeneralment, simili fil-fatt li għandhom suq sekondarju zgħir, il-prezzijiet ma jistgħux ikunu kkwotati kuljum u kummerċ tad-daqs normali jista' jiġġenera effetti fil-prezz.

3. Strumenti tad-dejn b'likwidità limitata u karatteristiċi speċjali

Dawn huma assi li, filwaqt li jgawdu minn xi aspetti ta' kummerċjabilità, għandhom bżonn ta' iżjed żmien biex ikunu likwidati fis-suq. Dan huwa l-każ ta' assi li huma ġeneralment mhux kummerċjabbli imma li għandhom karatteristiċi speċjali li jagħtuhom xi kummerċjabilità, inklużi proċeduri ta' rkant fis-suq (jekk ikun hemm bżonn li l-assi jkunu likwidati) u valutazzjoni tal-prezz kuljum.

4. Strumenti tad-dejn mhux kummerċjabbli

Dawn l-istrumenti huma fil-prattika mhux kummerċjabbli u għalhekk għandhom ftit jew l-ebda likwidità.

Għall-assi tat-tieni livell b'rati tal-kupuni varjabbli u strumenti tad-dejn b'iżjed minn tip wieħed ta' pagamenti bil-kupuni, l-istess regoli bħal ta' l-assi ta' l-ewwel livell japplikaw, sakemm mhux determinat b'mod ieħor mill-BĊE [72] Għal xi assi tat-tieni livell b'rata ta' interess b'karatteristiċi ta' tqiegħid mill-ġdid, li fihom it-tqiegħid mill-ġdid ikun magħmul b'mod mhux ekwivoku u ċar skond standards tas-suq u suġġett għall-approvazzjoni tal-BĊE, il-maturità relevanti hi dik mogħtija mill-maturità ta' tqiegħid mill-ġdid..

Il-banek ċentrali nazzjonali japplikaw l-istess punt biex jibdew (jekk applikabbli) l-esekuzzjoni tas-sejħiet marġinali għall-assi tat-tieni livell bħal dak ta' l-assi ta' l-ewwel livell. Barra dan, banek ċentrali nazzjonali jistgħu japplikaw limiti għall-aċċettazzjoni ta' assi tat-tieni livell, jistgħu jitolbu garanziji addizzjonali u jistgħu fi kwalunkwe żmien jiddeċiedu li jneħħu assi individwali mil-listi ta' assi tat-tieni livell tagħhom.

6.5. Prinċipji tal-valutazzjoni għall-assi tal-bażi

Meta jkun determinat il-valur ta' l-assi tal-bażi użati fit-transazzjonijiet irriversjati, l-Eurosystem tapplika il-prinċipji li ġejjin:

- għal kull assi kummerċjabbli eliġibbli fl-ewwel livell jew fit-tieni livell, l-Eurosystem tispeċifika fonti tar-referenza għall-prezz waħdana. Dan jimplika ukoll li għall-assi illistjati, ikkwotati jew negozjati f'iżjed minn suq wieħed, suq wieħed biss minnhom ikun użat bħala fonti tal-prezz għall-assi relevanti,

- għal kull suq ta' referenza, l-Eurosystem tiddefinixxi l-prezz l-iżjed rappreżentattiv li għandu jkun użat għall-kalkulazzjoni tal-valuri tas-suq. Jekk iżjed minn prezz wieħed ikun ikkwotat, l-iżjed prezz baxx (normalment il-prezz tal-bejgħ) jintuża,

- il-valur ta' l-assi kummerċjabbli huwa kkalkulat fuq bażi tal-prezz l-iżjed rappreżentattiv fil-ġurnata tan-negozju ta' qabel id-data tal-valutazzjoni,

- fin-nuqqas ta' prezz rappreżentattiv ta' assi partikolari fil-ġurnata tan-negozju ta' qabel id-data tal-valutazzjoni, l-aħħar prezz tan-negozju jkun użat. Jekk l-ebda prezz tan-negozju ma huwa disponibbli, il-bank ċentrali nazzjonali għandu jiddefinixxi prezz, b'kunsiderazzjoni għall-aħħar prezz li l-assi kellhom fis-suq tar-referenza,

- il-valur fis-suq ta' strument tad-dejn huwa kkalkulat inkluż l-interessi akkumulati,

- skond id-differenzi fis-sistemi legali nazzjonali u l-prattiċi operazzjonali, it-trattament tad-dħul ta' l-introjtu (eż. pagamenti bil-kupuni) relatat ma' assi riċevuti matul il-ħajja ta' transazzjoni irriversjata jista' jvarja bejn il-banek ċentrali nazzjonali. Jekk id-dħul ta' l-introjtu jkun trasferit lill-kontroparti, il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jassiguraw li l-operazzjonijiet relevanti jkunu koperti fis-sħiħ minn ammont biżżejjed ta' assi tal-bażi qabel ma l-introjtu jkun trasferit. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jassiguraw li l-effetti ekonomiċi tat-trattament tad-dħul ta' l-introjtu jkunu l-istess bħal ta' sitwazzjoni fejn l-introjtu jkun trasferit lill-kontroparti fil-ġurnata tal-pagament [73] Banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx bħala assi tal-bażi fit-transazzjonijiet irriversjati strumenti tad-dejn bi dħul ta' l-introjtu (eż. pagament bil-kupuni) jew ekwitajiet ma' pagament ta' kwalunkwe tip (jew ma' kwalunkwe dritt ieħor mehmuż magħhom li jista' jaffettwa kemm ikunu adattati bħala assi tal-bażi) li jsiru fil-perjodu sal-ġurnata tal-maturità ta' l-operazzjoni tal-politika monetarja (ara Sezzjonijiet 6.2 u 6.3).,

- għal assi tat-tieni livell mhux kummerċjabbli, il-bank ċentrali nazzjonali li nkluda l-assi fil-lista tat-tieni livell tiegħu jispeċifika prinċipji tal-valutazzjoni separati.

6.6. Użu trans-konfini ta' l-assi eliġibbli

Il-kontropartijiet ta' l-Eurosystem jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi trans-kunfini, jiġifieri jistgħu jiksbu fondi mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih huma stabbiliti billi jagħmlu użu ta' assi li jinsabu fi Stat Membru ieħor. L-assi tal-bażi jridu jkunu jistgħu jintużaw fuq bażi trans-kunfini fiż-żona tal-euro kollha għall-għeluq ta' kull tip ta' operazzjonjijiet li fihom l-Eurosystem tipprovdi likwidità għall-assi eliġibbli.

Kien żviluppat mekkaniżmu mill-banek ċentrali nazzjonali (u mill-BĊE) biex jassigura li l-assi eliġibbli kollha maħruġa/depożitati fiż-żona tal-euro jkunu jistgħu jintużaw fuq bażi trans-kunfini. Dan huwa l-mudell tal-bankjar ċentrali korrispondenti (CCBM), taħt liema il-banek ċentrali nazzjonali jaġixxu ta' kustodji ("korrispondenti") għal xulxin (u għall-BĊE) fir-rigward ta' l-assi aċċettati fid-depożitarju lokali jew is-sistema ta' issetiljament. Soluzzjonijiet speċifiċi jistgħu jintużaw għal assi mhux kummerċjabbli jew għal assi tat-tieni livell b'likwidità ristretta u karatteristiċi speċjali li ma jistgħux ikunu trasferiti permezz ta' SSS [74] Dettalji huma pprovduti fil-"pamflet tal-Mudell tal-Bankjar Ċentrali Korrispondenti", li huwa disponibbli fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int).. Is-CCBM jista' jintuża biex ikunu kollaterati kull tip ta' operazzjonijiet ta' kreditu ta' l-Eurosystem. Minbarra is-CCBM, kollegamenti eliġibbli bejn l-SSSs jistgħu jintużaw għat-trasferiment trans-kunfini tas-sigurtajiet [75] Assi eliġibbli jistgħu jintużaw permezz ta' kont ta' bank ċentrali f'SSS li tinsab f'pajjiż ieħor li mhux dak tal-bank ċentrali involut jekk l-Eurosystem tkun approvat l-użu ta' tali kont. Minn wara Awissu 2000, il-Bank Ċentrali u l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda kien awtorizzat biex jiftaħ tali kont fil-Euroclear. Dan il-kont jista' jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear, jiġifieri inklużi assi eliġibbli trasferiti lill-Euroclear minn konnessjonijiet eliġibbli..

6.6.1. Mudell tal-bankjar ċentrali korrispondenti

Il-mudell tal-bankjar ċentrali korrispondenti huwa spjegat f'Ċart 3 hawn taħt.

+++++ TIFF +++++

ĊART 3Il-Mudell tal-bankjar ċentrali korrispondenti

Il-banek ċentrali nazzjonali kollha jżommu kontijiet tas-sigurtà ma' xulxin għal skop ta' użu trans-kunfini ta' assi eliġibbli. Il-proċedura preċisa tas-CCBM tiddependi fuq jekk l-assi eliġibbli jkunux assenjati għal kull transazzjoni individwali jew jekk ikunux miżmuma f'pul ta' l-assi tal-bażi [76] Ara l-"pamflet tal-Mudell tal-Bankjar Ċentrali Korrispondenti" għal iżjed spjegazzjonijiet..

- f'sistema ta' assenjazzjoni, hekk kif l-offerta tagħha għall-kreditu tkun aċċettata mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kontroparti hija stabbilita (jiġifieri il-"bank ċentrali ta' pajjiżha"), il-kontroparti tistruwixxi (permezz tal-kustodju tagħha stess, jekk neċessarju) lill-SSS fil-pajjiż li fiha huma miżmuma is-sigurtajiet tagħha biex tittrasferihom lill-bank ċentrali ta' dak il-pajjiż għall-kont tal-bank ċentrali ta' pajjiżha. Meta l-bank ċentrali ta' pajjiżha jkun informat mill-bank ċentrali korrispondenti li l-kollaterali kien riċevut, dan jittrasferixxi l-fondi lill-kontroparti. Il-banek ċentrali ma jagħtux fondi bil-quddiem qabel ma jkunu ċerti li s-sigurtajiet tal-kontroparti kienu riċevuti mill-bank ċentrali korrispondenti. Fejn ikun neċessarju li jintlaħqu termini perentorji ta' issetiljament, il-kontropartijiet jistgħu jiddepożitaw minn qabel assi mal-bank ċentrali korrispondenti għall-kont tal-bank ċentrali ta' pajjiżhom permezz tal-proċeduri tas-CCBM,

- f'sistema ta' ippuljar, il-kontroparti tista' fi kwalunkwe żmien tipprovdi lill-bank ċentrali korrispondenti sigurtajiet għall-kont tal-bank ċentrali ta' pajjiżha. Meta l-bank ċentrali ta' pajjiżha jkun informat mill-bank ċentrali korrispondenti li s-sigurtajiet kienu riċevuti, dan iżid dawn is-sigurtajiet mal-kont tal-pul tal-kontroparti,

Is-CCBM huwa disponibbli għall-kontropartijiet mid-9 a.m. sa l-4 p.m. ħin tal-BĊE (C.E.T.) f'kull ġurnata tan-negozju ta' l-Eurosystem. Kontroparti li tixtieq tagħmel użu mis-CCBM għandha tavża lill-bank ċentrali nazzjonali li minnu tixtieq tirċievi l-kreditu - jiġifieri l-bank ċentrali ta' pajjiżha - qabel l-4 p.m. ħin tal-BĊE (C.E.T.). Barra dan, il-kontroparti għandha tassigura li l-kollateral biex ikunu assigurati operazzjonijiet ta' politika monetarja jasal fil-kont tal-bank ċentrali korrispondenti sa mhux iżjed tard mill-4.45 p.m. ħin tal-BĊE (C.E.T.). Istruzzjonijiet jew kunsinni li ma jħarsux dan it-terminu perentorju ma jkunux ikkunsidrati għall-għoti ta' kreditu qabel il-ġurnata tan-negozju ta' wara. Meta l-kontropartijiet jaraw minn qabel li se jkollhom bżonn jużaw is-CCBM tard fil-ġurnata, għandhom, fejn possibbli, jagħtu l-assi bil-quddiem (jiġifieri pre-depożitu ta' l-assi). F'ċirkostanzi eċċezzjonali jew meta mitlub għal skopijiet ta' politika monetarja, l-BĊE jista' jiddeċiedi li jestendi l-ħin ta' l-għeluq tas-CCBM sal-ħin ta' l-għeluq ta' TARGET.

6.6.2. Konnessjonijiet bejn sistemi ta' issetiljar tas-sigurtajiet

Barra is-CCBM, konnessjonijiet eliġibbli bejn SSSs ta' l-UE jistgħu jintużaw għat-trasferiment trans-kunfini tas-sigurtajiet.

+++++ TIFF +++++

ĊART 4Konnessjonijiet bejn sistemi ta' issetiljar tas-sigurtajiet

Konnessjoni bejn żewġ SSSs tippermetti lil parteċipant f'waħda mill-SSSs ikollu sigurtajiet maħruġa f'SSS oħra mingħajr ma jkun parteċipant f'dik l-SSS l-oħra. Qabel ma dawn il-konnessjonijiet ikunu jistgħu jintużaw biex ikun trasferit kollateral għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosystem, għandhom ikunu assessjati u approvati skond in-normi għall-użu ta' l-SSSs ta' l-UE [77] Il-lista aġġornata tal-konnessjonijiet eliġibbli tista' tinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int). [78] Ara in-"Normi għall-użu tas-sistemi ta' l-issetiljar tas-sigurtajiet ta' l-UE għall-operazzjonijiet ta' kreditu tas-SEBĊ", Jannar 1998..

Mill-perspettiva ta' l-Eurosystem, is-CCBM u l-konnessjonijiet bejn żewġ SSSs għandhom l-istess funzjoni li jippermettu lill-kontropartijiet jużaw il-kollateral fuq bażi trans-kunfini, jiġifieri t-tnejn jagħtu l-possibilità lill-kontropartijiet li jużaw kollateral biex jiksbu kreditu mill-bank ċentrali ta' pajjiżhom, anki jekk dan il-kollateral kien maħruġ f'SSS ta' pajjiż ieħor. Is-CCBM u l-konnessjonijiet bejn żewġ SSSs jagħmlu din il-funzjoni b'modi differenti. Fis-CCBM, ir-relazzjoni trans-kunfini hija bejn il-banek ċentrali nazzjonali. Huma jaġixxu ta' kustodji għal xulxin. Meta jintużaw il-konnessjonijiet, ir-relazzjoni trans-kunfini hija bejn l-SSSs. Huma jiftħu kontijiet omnibus ma' xulxin. Assi depożitati f'bank ċentrali korrispondenti jistgħu jintużaw biss biex ikunu kollateralizzati operazzjonijiet ta' kreditu ta' l-Eurosystem. Assi miżmuma permezz ta' konnessjoni jistgħu jintużaw għall-operazzjonijiet ta' kreditu ta' l-Eurosystem kif ukoll għal kull skop ieħor magħżul mill-kontroparti. Meta jintużaw il-konnessjonijiet bejn l-SSSs, il-kontropartijiet jżommu l-assi fil-kont tagħhom stess fl-SSS ta' pajjiżhom u m'għandhomx bżonn ta' kustodju.

KAPITOLU 7

7. RISERVI MINIMI [79] Il-kontenut ta' dan il-kapitolu huwa pprovdut għal skopijiet ta' informazzjoni biss.

7.1. Kunsiderazzjonjiet ġenerali

Il-BĊE jitlob lill-istituzzjonijiet tal-kreditu biex iżommu riservi minimi fuq il-kontijiet mal-banek ċentrali nazzjonali fil-qafas tas-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem. Il-qafas legali ta' din is-sistema huwa stabbilit minn Artikolu 19 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [80] ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1. u Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi (BĊE/2003/9) [81] ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/2003/9) tasssigura li t-termini u l-kondizzjonijiet tas-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem ikunu uniformi fiż-żona tal-euro kollha.

L-ammont ta' riservi minimi li għandu jkun miżmum minn kull istituzzjoni huwa stabbilit skond il-bażi tar-riserva tiegħu. Is-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem tagħti l-possiibilità lill-kontropartijiet li jagħmlu użu minn disposizzjonijiet medji, li timplika li l-konformità mat-talbiet tar-riservi hija determinata fuq bażi tal-medja tal-bilanċi fi tmiem il-ġurnata tal-kontijiet tar-riservi tal-kontropartijiet tul perjodu ta' manteniment. Riservi mitluba miżmuma mill-istituzzjonijiet huma rimunerati bir-rata ta' l-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid ta' l-Eurosystem.

Is-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem primarjament timmira li taqdi l-funzjonijiet monetarji li ġejjin:

- Stabbilizzazzjoni tar-rati ta' l-interess tas-suq tal-flus

Id-disposizzjoni medja tas-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem timmira li tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tar-rati ta' l-interess tas-suq tal-flus billi tagħti lill-istituzzjonijiet inċentiv biex itaffu l-effetti tal-varjazzjonijiet temporanji tal-likwidità.

- Ħolqien jew tkabbir ta' nuqqas ta' likwidità strutturali

Is-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem tikkontribwixxi għall-ħolqien jew tkabbir ta' nuqqas ta' likwidità strutturali. Din tista' tkun ta' għajnuna biex tittejjeb l-abbiltà ta' l-Eurosystem li taħdem b'mod effiċjenti bħala fornitur ta' likwidità.

Fl-applikazzjoni ta' riservi minimi, il-BĊE huwa marbut li jaġixxi skond l-għanijiet ta' l-Eurosystem kif definit fl-Artikolu 105(1) tat-Trattat u Artikolu 2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, li jimplika, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li ma jkunux kaġunati delokament jew diżintermedjazzjoni mhux mixtieqa.

7.2. Istituzzjonijiet suġġetti għal riservi minimi

Skond l-Artikolu 19.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jitlob lill-istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fl-Istati Membri li jżommu riservi minimi. Dan jimplika li fergħat fiż-żona ta' l-euro ta' entitajiet mingħajr uffiċju reġistrat fiż-żona ta' l-euro huma suġġetti ukoll għas-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem. Madankollu, fergħat li jinsabu barra ż-żona ta' l-euro ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fiż-żona ta' l-euro m'humiex suġġetti għal din is-sistema.

L-istituzzjonijiet ikunu awtomatikament eżentati mit-talbiet tar-riservi mill-bidu tal-perjodu tal-manteniment li fih l-awtorizzazzjoni tagħhom kienet irtirata jew mogħtija lura, jew li fih deċiżjoni li tressaq lill-istituzzjoni għal proċeduri stralċi tittieħed minn awtorità ġudizzjarja jew kwalunkwe awtorità oħra kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew u Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/2003/9), il-BĊE jista' ukoll jeżenta lill-istituzzjonijiet mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem fuq bażi mhux diskriminatorja jekk l-għanijiet ta' din is-sistema ma jkunux jintlaħqu jekk ikunu imposti dawn l-obbligi fuq dawk l-istituzzjonijiet partikolari. Fid-deċiżjoni tiegħu dwar kwalunkwe eżenzjoni ta' dan it-tip, il-BĊE jikkunsidra wieħed jew iżjed mill-kriterji li ġejjin:

- l-istituzzjoni qed issegwi funzjonijiet b'għanijiet speċjali;

- l-istituzzjoni mhux qed teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f'kompetizzjoni ma' istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn; u/jew

- l-istituzzjoni għandha d-depożiti kollha assenjati għal skopijiet marbuta ma' assistenza għal żvilupp reġjonali u/jew internazzjonali.

Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta' istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem. Il-BĊE jippubblika ukoll lista ta' kwalunkwe istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-obbligi tagħhom taħt din is-sistema għal raġunijiet oħra apparti li huma suġġetti għal miżuri ta' riorganizzazzjoni [82] Il-listi huma disponibbli għall-pubbliku fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int).. Il-kontropartijiet jistgħu joqgħodu fuq dawn il-listi meta jiddeċiedu jekk il-passiv tagħhom għandux jingħata lil istituzzjoni oħra li hi stess hija suġġetta għat-talbiet tar-riservi. Il-listi, għad-disposizzjoni tal-pubbliku wara l-għeluq tan-negozju fl-aħħar ġurnata tan-negozju ta' l-Eurosystem ta' kull xahar, huma validi għall-kalkulazzjoni tal-bażi tar-riservi tal-perjodu tal-manteniment li jibda mix-xahar ta' xahrejn wara. Per eżempju, il-lista pubblikata fl-aħħar ta' Frar tkun valida għall-kalkulazzjoni tal-bażi tar-riservi tal-perjodu tal-manteniment li jibda f'April.

7.3. Determinazzjoni tar-riservi minimi

(a) Bażi tar-riservi u proporzjonijiet tar-riservi

Il-bażi tar-riservi ta' istituzzjoni jkun definit skond l-elementi tal-balance sheet. Id-data tal-balance sheet tkun irrapportata lill-banek ċentrali nazzjonali fil-qafas ta' l-istatistiċi tal-flus u l-bankjar tal-BĊE (ara Sezzjoni 7.5) [83] Il-qafas ta' l-irrapportar għall-istatistiċi tal-flus u l-bankjar tal-BĊE huwa preżentat f'Anness 4.. Għall-istituzzjonijiet suġġetti għat-talbiet ta' rapporti kompluti, id-data tal-balance sheet li tirreferi għat-tmiem tax-xahar speċifikat hija użata biex tkun determinata il-bażi tar-riservi minimi għall-perjodu ta' manteniment li jibda mix-xahar ta' xahrejn wara. Per eżempju, il-bażi tar-riservi kkalkulata mill-balance sheet ta' l-aħħar ta' Frar tkun użata biex ikunu kkalkulati t-talbiet tar-riservi li għandhom jiġu mħarsa mill-kontropartijiet fil-perjodu tal-manteniment li jibda f'April.

Il-qafas ta' l-irrapportar ta' l-istatistiċi tal-flus u l-bankjar tal-BĊE jinkludi l-possibilità li jtaffi ftit mill-piż ta' l-irrapportar minn fuq l-istituzzjonijiet iż-żgħar. L-istituzzjonijiet li għalihom tapplika din id-disposizzjoni huma mitluba jirrapportaw biss sett limitat ta' data tal-balance sheet fuq bażi ta' kull kwart ta' sena (bħala data ta' tmiem ta' kwart ta' sena) u b'terminu perentorju għall-irrapportar li huwa itwal minn dak għal istituzzjonijiet ikbar. Għal dawn l-istituzzjonijiet, id-data tal-balance sheet irrapportata għal kwart ta' sena speċifiku hija użata biex tkun determinata, b'intervall taż-żmien ta' xahrejn, il-bażi tar-riservi għat-tliet perjodi ta' manteniment tar-riservi konsekuttivi. Per eżempju, il-balance sheet ta' tmiem l-ewwel kwart ta' sena - Marzu - tkun valida għall-kalkulazzjoni tal-bażi tar-riservi tal-perjodi tal-manteniment li jibdew f'Ġunju, Lulju, u Awissu.

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE huwa intitolat li jinkludi l-passivi li ġejjin mill-aċċettazzjoni ta' fondi flimkien mal-passivi li ġejjin minn oġġetti mhux imniżżla fil-balance sheet fil-bażi tar-riservi ta' l-istituzzjonijiet. Fis-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem, il-kategoriji tal-passiv "depożiti" u "sigurtajiet tad-dejn maħruġa" biss huma fil-fatt inklużi fil-bażi tar-riservi (ara Kaxxa 13).

Passivi rigward istituzzjonijiet oħra inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem u passivi rigward il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali m'humiex inklużi fil-bażi tar-riservi. Minħabba dan, għall-kategorija tal-passiv "sigurtajiet tad-dejn maħruġa" il-fornitur irid ikun jista' jipprova l-ammont attwali ta' dawn l-istrumenti miżmuma minn istituzzjonijiet oħra suġġetti għas-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem sabiex ikun intitolat li jnaqqashom mill-bażi tar-riservi. Jekk tali prova ma tkunx preżentata, il-fornituri jistgħu japplikaw tnaqqis standardizzat ta' perċentwali fissa [84] Ara Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/2003/9). Iżjed informazzjoni relatata mal-proporzjon ta' nuqqas standardizzat tista' tinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int); ara ukoll is-siti ta' l-Eurosystem (Anness 5). lil dan l-oġġett tal-balance sheet.

Il-proporzjonijiet tar-riservi huma determinati mill-BĊE suġġetti għall-limitu massimu speċifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew. Il-BĊE japplika proporzjon tar-riservi li mhux żero uniformi għall-parti l-kbira ta' l-oġġetti inklużi fil-bażi tar-riservi. Dan il-proporzjon tar-riservi huwa speċifikat mir-Regolament tal-BĊE dwar ir-riservi minimi. Il-BĊE jagħmel żero proporzjon tar-riservi fuq dawn il-kategoriji tal-passiv li ġejjin: "depożiti b'maturità miftiehma ta' iżjed minn sentejn", "depożiti ta' iżjed minn sentejn li jinfdew b'notifika", "repos" u "sigurtajiet tad-dejn b'maturità miftiehma ta' iżjed minn sentejn" (ara Kaxxa 13). Il-BĊE jista' fi kwalunkwe ħin ibiddel il-proporzjonijiet tar-riservi. Bidliet fil-proporzjonijiet tar-riservi jkunu mħabbra mill-BĊE qabel l-ewwel perjodu ta' manteniment li għalih il-bidliet ikunu effettivi.

+++++ TIFF +++++

(b) Kalkulazzjoni tat-talbiet tar-riservi

It-talba tar-riservi għal kull istituzzjoni individwali hija kkalkulata billi tkun applikata, ma' l-ammont ta' passivi eliġibbli, il-proporzjon tar-riservi tal-kategoriji korrispondenti tal-passivi.

Kull istituzzjoni tnaqqas konċessjoni ta' EUR 100000 mit-talbiet tar-riservi tagħha f'kull Stat Membru li fih għandha stabbiliment. Din l-għotja ta' tali konċessjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet legali ta' l-istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' riservi minimi ta' l-Eurosystem [85] Għall-istituzzjonijiet li tħallew jirrapportaw data statistiċi bħala grupp fuq bażi konsolidata skond id-disposizzjonijiet tal-qafas ta' l-irrapportar għall-istatistiċi tal-flus u l-bankjar tal-BĊE (ara Anness 4), konċessjoni waħda biss tingħata lill-grup fis-sħiħ tiegħu, għajr meta l-istituzzjonijiet jipprovdu data dwar il-bażi tar-riservi u ż-żamma tar-riservi b'mod dettaljat biżżejjed biex jippermetti lill-Eurosystem tivverifika l-akkuratezza u l-kwalità tagħhom u biex tiddetermina t-talba għar-riservi rispettiva għal kull istituzzjoni individwali inkluża fil-grupp..

It-talba tar-riservi għal kull perjodu ta' manteniment hija maħduma sa l-eqreb euro.

7.4. Manteniment tas-sehem tar-riservi

(a) Perjodu ta' manteniment

Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perjodi ta' manteniment tar-riservi mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta' kull sena [86] Il-kalendarju huwa normalment imħabbar fi stqarrija tal-BĊE, li għandha tinstab fis-sit tal-BĊE (www.ecb.int). Barra dan, tali kalendarju huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-siti tal-Banek Ċentrali Nazzjonali.. Il-perjodu ta' manteniment jibda fil-ġurnata ta' l-issetiljament ta' l-ewwel operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid wara l-laqgħa tal-Kunsill Regolatorju, li fiha l-istima tax-xahar tal-qagħda tal-politika monetarja tkun skedata bil-quddiem. Taħt ċirkustanzi speċjali, il-kalendarju pubblikat jista' jiġi emendat, skond, fost affarijiet oħra, tibdil fl-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju.

(b) Sehem tar-riservi

Kull istituzzjoni trid iżżomm ir-riservi minimi tagħha f'wieħed jew iżjed kontijiet tar-riservi mal-bank ċentrali nazzjonali fl-Istat Membru li fih hija stabbilita. Għall-istituzzjonijiet b'iżjed minn stabbiliment wieħed fi Stat Membru, il-kwartier ġenerali huwa responsabbli li jissodisfa l-ammont tar-riservi minimi ta' l-istabbilimenti domestiċi kollha ta' l-istituzzjoni [87] Jekk istituzzjoni m'għandhiex kwartieri ġenerali fi Stat Membru li fih għandha stabbiliment, hi għandha tinnomina fergħa prinċipali li tkun responsabbli li tissodisfa t-talbiet ta' l-ammont tar-riservi minimi ta' l-istabbilimenti kollha ta' l-istituzzjoni fl-Istat Membru relevanti.. Istituzzjoni li għandha stabbilimenti f'iżjed minn Stat Membru wieħed hija mitluba li żżomm riservi minimi mal-bank ċentrali nazzjonali ta' kull Stat Membru li fih għandha stabbiliment, skond il-bażi tar-riservi fl-Istat Membru korrispondenti.

Il-kontijiet ta' l-issetiljament li l-istituzzjonijiet għandhom mal-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jintużaw bħala kontijiet tar-riservi. Sehem tar-riservi f'kontijiet ta' l-issetiljament jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' issetiljament matul l-istess ġurnata. Is-sehem tar-riservi ta' kuljum ta' istituzzjoni huwa ikkalkulat bħala l-bilanċ ta' tmiem il-ġurnata tal-kont tar-riservi tagħha.

Istituzzjoni tista' tapplika mal-bank ċentrali nazzjonali fl-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija residenti għal permess biex iżżomm ir-riservi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta' intermedjarju. Il-possibilità li żżomm ir-riservi minimi permezz ta' intermedjarju hi, bħala regola, ristretta għall-istituzzjonijiet li huma kostitwiti b'mod li parti mill-amministrazzjoni (eż. amministrazzjoni tat-teżor) tkun normalment effettwata mill-intermedjarju (eż. networks ta' banek tat-tfaddil u banek kooperattivi jistgħu jiċċentralizzaw is-sehem tar-riservi tagħhom). Iż-żamma ta' riservi minimi permezz ta' intermedjarju hija suġġetta għad-disposizzjonijiet speċifikati mir-Regolament tal-BĊE dwar ir-riservi minimi.

(ċ) Rimunerazzjoni tas-sehem tar-riservi

Ishma ta' riservi mitluba huma rimunerati bil-medja, tul il-perjodu ta' manteniment, tar-rata tal-BĊE (meqjusa skond l-ammont ta' ġranet) għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, ikkalkulata bil-formula speċifikata f'Kaxxa 14. Is-sehem tar-riservi li jaqbżu ir-riservi mitluba m'humiex rimunerati. Ir-rimunerazzjoni hija mħallsa fit-tieni ġurnata tan-negozju tal-BĊN wara t-tmiem tal-perjodu ta' manteniment li fih ir-rimunerazzjoni kienet miksuba.

+++++ TIFF +++++

7.5. Rapportar, rikonoxximent u verifika tal-bażi tar-riservi

L-oġġetti tal-bażi tar-riservi għall-applikazzjoni tar-riservi minimi huma kkalkulati mill-istituzzjonijiet suġġetti għar-riservi minimi stess u huma rrapportati lill-banek ċentrali nazzjonali fi ħdan il-qafas ġenerali ta' l-istatistiċi tal-flus u l-bankjar tal-BĊE (ara Anness 4). Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/2003/9) jiddefinixxi proċeduri għan-notifika u r-rikonoxximent tal-bażi tar-riservi u t-talba tar-riservi ta' l-istituzzjoni.

Il-proċedura tan-notifika u r-rikonoxximent tar-riservi minimi ta' istituzzjoni hija kif ġej. Jew il-bank ċentrali nazzjonali li qed jipparteċipa relevanti jew l-istituzzjoni tieħu l-inizjattiva li tikkalkula r-riservi minimi ta' dik l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manteniment relevanti. Ir-riservi minimi kkalkulati jkunu notifikati mill-parti kalkulanti mhux iżjed tard minn tliet ijiem tan-negozju tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manteniment. Il-bank ċentrali nazzjonali li qed jipparteċipa relevanti jista' jispeċifika ġurnata iżjed kmieni bħala limitu taż-żmien għan-notifika tar-riservi minimi. Jista' ukoll jispeċifika limiti taż-żmien addizzjonali biex l-istituzzjoni tinnotifika kwalunkwe reviżjoni għall-bażi tar-riservi, u kwalunkwe reviżjonijiet tar-riservi minimi notifikati. Il-parti notifikata għandha tirrikonoxxi r-riservi minimi kkalkulati mhux iżjed tard mill-ġurnata tan-negozju tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manteniment. Jekk il-parti notifikata ma tweġibx għan-notifika sa tmiem il-ġurnata tan-negozju tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manteniment, għandha tkun mifhuma li rrikonoxxiet l-ammont tar-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manteniment relevanti. Wara li jkunu rikonoxxuti, ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manteniment relevanti ma jistgħux ikunu riveduti.

Għall-istituzzjonijiet li jitħallew jaġixxu bħala intermedjarji għas-sehem ta' riservi indiretti ta' istituzzjonijiet oħra, talbiet għal rapportar speċjali huma speċifikati fir-Regolament tal-BĊE dwar ir-riservi minimi. Iż-żamma tar-riservi permezz ta' intermedjarju ma jbiddilx l-obbligi tar-rapportar statistiku ta' l-istituzzjonijiet li jżommu r-riservi permezz ta' intermedjarju.

Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali għandhom id-dritt, skond l-intenzjoni tar-Regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew, li jivverifikaw l-akkuratezza u l-kwalità tad-data miġbura.

7.6. Nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet tar-riservi minimi

Ikun hemm nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet tar-riservi minimi jekk il-medja tal-bilanċi ta' tmiem il-ġurnata tal-kont/ijiet tar-riservi ta' l-istituzzjoni matul il-perjodu ta' manteniment tkun inqas mit-talba tar-riservi tagħha għall-perjodu ta' manteniment korrispondenti.

Fejn istituzzjoni tonqos li tkun konformi mat-talbiet tar-riservi jew parti minnhom, il-BĊE jista', skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew, jimponi kwalunkwe waħda mis-sanzjonijiet li ġejjin:

- pagament sa 5 punti perċentwali iżjed mir-rata marġinali tas-self, miżjuda ma' l-ammont tat-talba tar-riservi li l-istituzzjoni relevanti naqset li tipprovdi; jew

- pagament sa darbtejn iżjed tar-rata marġinali tas-self, miżjuda ma' l-ammont tat-talba tar-riservi li l-istituzzjoni relevanti naqset li tipprovdi; jew

- it-talba għall-istituzzjoni relevanti li tagħmel depożiti mingħajr interessi mal-BĊE jew mal-banek ċentrali nazzjonali li jammontaw sa tliet darbiet iżjed l-ammont tat-talba tar-riservi li l-istituzzjoni relevanti naqset li tipprovdi. Il-maturità tad-depożitu ma tistax teċċedi l-perjodu matul liema l-istituzzjoni naqset li tkun konformi mat-talba tar-riservi.

Fejn istituzzjoni tonqos li tkun konformi ma' l-obbligazzjonijiet l-oħra taħt ir-Regolamenti tal-BĊE u d-Deċiżjonijiet relatati mas-sistema tar-riservi minimi ta' l-Eurosystem (eż. jekk data relevanti ma tkunx mibgħuta fil-ħin jew ma tkunx preċiża), il-BĊE huwa awtorizzat li jimponi sanzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet u r-Regolament tal-BĊE tat-23 ta' Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4). Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jispeċifika u jippubblika l-kriterji skond liema japplika s-sanzjonijiet provvduti minn Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [88] Tali kriterji kienu ppubblikati f'notifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Frar 2000 intitolata "Notifika tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-imposizzjoni ta' sanzjonijiet għall-ksur ta' l-obbligu li jinżammu riservi minimi"..

Barra dan, f'każ ta' infrazzjonijiet serji tat-talbiet tar-riservi minimi, l-Eurosystem tista' tissospendi lill-kontropartijiet mill-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet fis-suq miftuħ.

--------------------------------------------------

Top