EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006O0002
Guideline of the European Central Bank of 3 February 2006 amending Guideline ECB/2005/5 on the statistical reporting requirements of the European Central Bank and the procedures for exchanging statistical information within the European System of Central Banks in the field of government finance statistics (ECB/2006/2)
Il-linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Frar, 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas- 17 ta' Frar, 2005 , dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2006/2)
Il-linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Frar, 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas- 17 ta' Frar, 2005 , dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2006/2)
OJ L 40, 11.2.2006, p. 32–32
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 153–153
(MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 007 P. 247 - 247
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 007 P. 247 - 247
No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2009
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
153 |
IL-LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Frar, 2006
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta' Frar, 2005, dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern
(BĊE/2006/2)
(2006/87/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Kunsill (KE) Nru 2103/2005 tat-12 ta' Diċembru, 2005, fir-rigward tal-kwalità tad-data statistika fil-kuntest tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (1), jirrevedi inter alia d-dati ta' skadenza għar-rappurtar tad-data fil-kuntest ta' l-EDP sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mad-dati ta' skadenza tal-programm ta' trasmissjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 95 (ESA 95) (2). Bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni, sa mill-2006 l-iStati Membri ser ikunu obbligati li jirrappurtaw id-data fil-kuntest ta' l-EDP qabel l-1 ta' April u l-1 ta' Ottubru ta' kull sena. |
(2) |
Il-bżonnijiet ta' l-Ewrosistema skond il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta' Frar, 2005, dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (3), għandhom ikunu bbażati, għal raġunijiet ta' konsistenza, fuq l-istandards ta' l-istatistika ta' l-ESA 95 sa fejn dan ikun possibbli. Id-dati ta' skadenza fl-Artikolu 4 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 għar-rappurtar bi-annwali ta' ġabriet kompluti ta' data mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) lill- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għalhekk jeħtieġu li jiġu rriveduti. |
(3) |
Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-iStatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jifformaw parti integrali mid-dritt tal-Komunità, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw ġabriet kompluti ta' data darbtejn fis-sena, qabel il-15 ta' April u qabel il-15 ta' Ottubru.” |
2. |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej: Il-kelma “Settembru” taħt l-intestatura “L-ewwel data ta' trasmissjoni” fil-kolonna tal-lemin taż-żewġ tabelli msemmija “Data Kurrenti” u “Data ta' wara” hija mibdula bil-kelma “Ottubru”. |
Artikolu 2
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata.
Artikolu 3
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li adottaw il-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-3 ta' Frar, 2006.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2223/96 tal-25 ta' Ġunju, 1996, dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità, ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).
(3) ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81.