EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008O0021

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 li temenda il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2008/21)

OJ L 36, 5.2.2009, p. 46–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010O0020

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/100/oj

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/46


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li temenda il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

(BĊE/2008/21)

(2009/100/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem ‘l-Istatut SEBĊ’, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 47.2 tal-Istatut,

Billi:

(1)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek (1) għandha bżonn tiġi emendata biex tirrifletti deċiżjonijiet ta’ politika u żviluppi tas-suq.

(2)

L-Eurosistema rrivediet il-politika tagħha ta’ kxif għal tranżazzjonijiet ta’ titoli sabiex ittejjeb iktar it-trasparenza tal-istqarrijiet finanzjarji. Bħala parti mill-politika riveduta, titoli li qabel kienu kklassifikati bħala attiv fiss finanzjarju għandhom jiġu riklassifikati mill-partita tal-bilanċ ‘Attiv finanzjarju ieħor’ għall-partita xierqa taħt l-intestatura ‘attiv’ jiddependi fuq l-oriġini ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-denominazzjoni tal-valuta u jekk it-titoli jinżammewx sal-maturità. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji kollha li huma parti minn portafoll immarkat għandhom jiġu inklużi taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’.

(3)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 m’għandhiex regoli speċifiċi fuq il-kontabilità ta’ swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji. Dawn l-istrumenti qed jintużaw dejjem iktar fis-swieq finanzjarji u jistgħu jkunu rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE. Filwaqt li swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, jistgħu jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal swaps ta’ rata ta’ imgħax “normali vanilla”, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal futures ta’ rati ta’ imgħax.

(4)

Ir-regoli kurrenti fuq strumenti ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-possibbiltà li jiġu nnegozjati ishma azzjonarji negozjabbli bħala parti mill-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA

Artikolu 1

Emendi

Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Tranżazzjonijiet ta’ titoli inkluż strumenti ta’ ishma azzjonarji ddenominati f’valuta barranija jistgħu jkomplu jiġu rreġistrati skont il-metodu tal-flus kontanti/ħlas. L-imgħax relatat akkumulat inklużi premiums jew skontijiet għandhom ikunu rreġistrati kuljum mid-data tal-ispot settlement.”

(2)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’li ġej:

“2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, titoli li mhumiex titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozzjabbli kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm jekk on-balance-sheet kif ukoll jekk off-balance-sheet, għandhom jitwettqu skont id-data ta’ rivalutazzjoni trimestrali skont ir-rati u l-prezzijiet mid-market. Dan m’għandux jipprekludi entitajiet ta’ rappurtar milli jivvalutaw mill-ġdid il-portafolli tagħhom b’mod aktar frekwenti għal skopijiet interni, bil-kundizzjoni li huma jirrappurtaw elementi fil-karti tal-bilanċ biss skont il-valur tat-tranżazzjoni matul it-trimestru.”

(b)

Għandu jiżdied dan il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozzjabbli għandhom jiġu vvalutati bi spiża ammortizzata u għandhom ikunu suġġetti għall- impairment.”

(3)

L-Artikolu 8(5) għandu jinbidel b’li ġej:

“5.   Tranżazzjonijiet b’lura, inklużi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, imwettqa skont programm ta’ self ta’ titoli awtomatiċi għandhom ikunu rreġistrati biss b’effett fuq il-karta tal-bilanċ fejn il-garanzija hija pprovduta fil-forma ta’ flus kontanti mpoġġija f’kont tal-BĊN rilevanti jew tal-BĊE.”

(4)

L- Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

“1.   Dan l-Artikolu japplika għal strumenti ta’ ishma azzjonarji negozzjabbli, jiġifieri ishma jew fondi azzjonarji, kemm jekk it-tranżazzjonijiet huma mwettqa direttament permezz ta’ entità ta’ rappurtar kemm jekk permezz ta’ aġent tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ attivitajiet imwettqa għal fondi tal-pensjoni, interessi parteċipanti, investimenti f’sussidjarji, jew interessi sinifikanti.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’li ġej:

“2.   Strumenti ta’ ishma azzjonarji ddenominati f’valuti barranin u żvelati taħt ‘attiv ieħor’ m’għandhomx jiffurmaw parti mill-qagħda sħiħa tal-valuta imma għandhom ikunu parti minn holding ta’ valuta separat. Il-kalkolu tal-qligħ u t-telf tal-kambju relatat jista’ ssir jew skont il-metodu tal-ispiża medja netta jew skont il-metodu tal-ispiża medja.”

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   Ir-rivalutazzjoni ta’ portafolli ta’ ishma azzjonarji titwettaq skont l-Artikolu 7(2). Ir-rivalutazzjoni għandha sseħħ fuq bażi ta’ element b’element. Għal fondi ta’ ishma azzjonarji, ir-rivalutazzjoni tal-prezz għandha ssir fuq bażi netta, u mhux fuq bażi individwali ta’ sehem b’sehem. M’għandu jkun hemm l-ebda netting bejn ishma azzjonarji differenti jew bejn fondi ta’ ishma azzjonarji differenti.”

(d)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi 4 sa 8 li ġejjin:

“4.   It-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ bil-prezz tat-tranżazzjoni.

5.   Il-kummissjoni għas-senserija tista’ tiġi rreġistrata jew bħala spiża tat-tranżazzjoni biex tiġi inkluża fl-ispiża tal-attiv, jew bħala spiża fil-kont tal-qligħ u tat-telf.

6.   L-ammont tad-dividend mixtri għandu jiġi inkluż fl-ispiża tal-istrument tal-ishma azzjonarji. Fid-data tal-ex-dividend, l-ammont tad-dividend mixtri jista’ jiġi ttrattat bħala partita separata sakemm il-ħlas tad-dividend ikun irċevut.

7.   Akkumulazzjonijiet fuq dividendi m’għandhomx jiġu bbukjati fl-aħħar tal-perijodu billi diġà huma riflessi fil-prezz tas-suq ta’ strumenti ta’ ishma azzjonarji bl-eċċezjoni ta’ ishma azzjonarji kkwotati ex-dividend.

8.   Ħruġ ta’ drittijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala attiv separat meta jinħarġu. Il-prezz tax-xiri għandu jiġi kkalkulat skont l-ispiża medja eżistenti tal-ishma azzjonarji, fuq il-prezz strike ġdid ta’ xiri, u fuq il-proporzjon bejn ishma azzjonarji eżistenti u dawk ġodda. Alternattivament, il-prezz tad-dritt jista’ jkun ibbażat fuq il-valur tad-dritt fis-suq, l-ispiża medja eżistenti tal-ishma azzjonarji u l-prezz tas-suq tal-ishma azzjonarji qabel il-ħruġ tad-drittijiet.”

(5)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura għandha tinbidel b’li ġej:

“Artikolu 16

Kuntratti ta’ futures

(b)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

“1.   Kuntratti ta’ futures għandhom jiġu rreġistrati fid-data tan-negozju fil-kontijiet off-balance-sheet.”

(6)

L-Artikolu 17(3) għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   Swaps tar-rati tal-imgħax għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid individwalment u, jekk meħtieġ, tradotti f’euro skont ir-rata spot tal-valuta. Huwa rrakkomandat li telf mhux realizzat ittrasferit fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandu jkun ammortizzat fi snin sussegwenti, li fil-każ ta’ swaps ta’ rati ta’ imgħax bil-quddiem għandu jibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni u dak l-ammortizzar għandu jkun lineari. Qligħ ta’ rivalutazzjoni mhux realizzat għandu jkun ikkreditat għal ġo kont ta’ rivalutazzjoni.”

(7)

L-Annessi II, IV u IX tal-Linji ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta’ din il-Linji ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Indirizzi

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tapplika għall-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS

L-Annessi II, IV u IX tal-Linji ta’ Gwida BĊE/2006/16 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandha tidħol din id-definizzjoni ġdida:

“Portafoll immarkat: investiment immarkat imniżżel fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ bħala fond ta’ kontroparti, jikkonsisti minn titoli, strumenti ta’ ishma azzjonarji, depożiti b’terminu fiss u kontijiet kurrenti, interessi parteċipattivi u/jew investimenti f’sussidjarji. Huwa jaqbel ma’ partita identifikabbli fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, irrispettivament minn restrizzjonijiet legali jew oħrajn.”

(b)

Għandha titħassar id-definizzjoni ta’ “attiv finanzjarju fiss”.

(c)

Għandha tidħol din id-definizzjoni li ġejja:

“Titoli miżmumin sal-maturità: titoli b’ħlasijiet fissi jew determinabbli u maturità fissa, li l-BĊN fiħsiebu jżomm sal-maturità”.

(2)

It-tabella bl-isem “Attiv” fl-Anness IV għandha tinbidel b’dan li ġej:

“ATTIV

Element tal-Karta tal-Bilanċ (1)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju ta’ valutazzjoni

Skop ta’ applikazzjoni (2)

Assets

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets fħażna jew ‘under way’ f’ħażna jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Mandatorju

2

2

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-ewro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’ewro għad-disponibbiltà tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont ewro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element ‘Passivi għal residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(c)

Klejms oħrajn

Ftehim ġenerali għal self (GAB), self skont ftehim speċjali ta’self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

2.2

2.2

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet reverse repo

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’ barra ż-żona tal-ewro

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Mandatorju

(c)

Self estern (depożiti) barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self estern

Depożiti f’valur nominali tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

(d)

Attivi estern ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-ewro

(d)

Attivi estern ieħor

Valur nominali, nominali tradott bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

3

3

Klejms fuq residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti ta’ sigurtà ġewwa ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji mimuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(a)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Mandatorju

(b)

Klejms oħra fuq residenti fiż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo reverse, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ta’ valur nominali ieħor, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

4

4

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro iddenominati f’ ewro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repos b’lura inkonnessjoni mal-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’ewro

(a)

Bilanci ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali

Mandatorju

(b)

Investimenti barra ż-żona tal-ewro ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Mandatorju

(c)

Self barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self barra ż-żona tal-ewro

Depositi f’valur nominali

Mandatorju

(d)

Titoli minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-ewro

Titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż. il-BIE, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbl

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

4.2

4.2

Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skont l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Mandatorju

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-ewro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’ewro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (3)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta’ finanzjament għal żmien twil

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet b’lura ta’ irfinar

Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet b’lura strutturali

Tranżazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Ewrosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.5

5.5

Faċilità marġinali ta’ self

Faċilità ta’ likwidità overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma’ margin calls

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur tal-attiv bażi fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

Mandatorju

6

6

Klejms oħrajn fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni mal-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-ewro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn BĊN qabel ma jissieħeb fl-Ewrosistema

Valur nominali jew spiża

Mandatorju

7

7

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro

Titoli minbarra dawk taħt l-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’ewro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija għal skopijiet ta’ irfinar

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Mandatorju

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali iddenominat fl-ewro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self))

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli fil-prezz

Mandatorju

9

Klejms interni għall-Ewrosistema +

 

 

 

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE +

Element tal-karta tal-bilanċ ta’ BĊN biss

Is-sehem kapitali tal-BĊE f’kull BĊN skont it-Trattat, u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut

Spiża

Mandatorju

9.2

Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin +

Element tal-karta tal-bilanċ ta’ xi BĊN biss

Klejms iddenominati f’ewro fuq il-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizjonali ta’ riżervi barranin taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat

Valur nominali

Mandatorju

9.3

Klejms relatati ma’ promissory notes li jsotnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE +

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Valur nominali

Mandatorju

9.4

Klejms netti relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus ewro ġewwa l-Ewrosistema + (*)

Għall-BCNi: klejm netta relatata mal-applikazzjoni tal-iskema tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Ewrosistema relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u t-tidħil tiegħu tal-kontabilità li tibbilanċja kif iddefinita bid-Deċiżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002.

Għall-BĊE: klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Valur nominali

Mandatorju

9.5

Klejms oħrajn ġewwa l-Ewrosistema (netti) +

Il-pożizzjoni netta tas-sotto-elementi li ġejjin:

 

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET 2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv “Passiv ieħor ġewwa l-Ewrosistema (nett)”

(a)

Valur nominali

Mandatorju

(b)

klejm minħabba d-differenza bejn –id-dħul monetarju biex jiġi pooled u ddistribwit mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn il-booking monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Mandatorju

(c)

klejms oħrajn interni għall-Ewrosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro lill-BĊNi *

(c)

Valur nominali

Mandatorju

9

10

Elementi waqt il-ħlas

Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inkluża l-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

Valur nominali

Mandatorju

9

11

Attiv ieħor

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona tal-ewro

Muniti ewro jekk xi BĊN mhuwiex il-persuna legali li toħroġhom

Valur nominali

Mandatorju

9

11.2

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Spiża mnaqqsa bid-deprezzament

Rati ta’ Deprezzament:

kompjuters u hardware/software relatat u vetturi b’mutur:

4 snin

tagħmir, għamara u impjant fil-bini:

10 snin

bini u spiża prinċipali ta’ rrinovar ikkapitalizzata:

25 sena

Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: limitu bbażat (anqas minn EUR 10 000 eskluża l-VAT: l-ebda kapitalizzazzjoni)

Irrikkmandat

9

11.3

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi ta’ parteċipazzjoni u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġici/ta’ politika

Titoli, inkluż ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċji oħra finanzjarji (eż. depożiti fissi u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll earmarked

Tranżazzjonijiet repos b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni mal-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrikkmandat

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ishma azzjonarji miżmum bħala investimenti permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Irrikkmandat

(c)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

Irrikkmandat

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(g)

Bilanci mal-banek u mas-self

Valur nominali, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

Irrikkmandat

9

11.4

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off balance sheet

Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

9

11.5

Akkumulazzjonijiet u spejjeż imħallsa minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsa minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, kambju tradott skont ir-rata tas-suq

Mandatorju

9

11.6

Oħrajn

Advances, self, elementi oħra minuri. Kontijiet ta’ suspense ta’ valutazzjoni (l-element tal-karta tal-bilanċ biss matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet rispettivi taħt l-element tal-passiv “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”). Self fuq bażi ta’ trust. Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi. Muniti ddenominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-ewro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel qabel il-kopertura. Attiv tal-pensjoni nett

Valur nominali jew spiża

Irrikkmandat

Kontijiet ta’ suspense ta’ rivalutazzjoni

Differenza ta’ rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, il-kambju imfisser skont ir-rata tas-suq

Kontijiet ta’ suspense ta’ rivalutazzjoni:

mandatorju

Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi

Valur tas-suq

Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi:

mandatorju

12

Telf għas-sena

 

Valur nominali

Mandatorju

(3)

Fl-Anness IX, il-kliem “Trasferiment lill-/mill-provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju u tal-prezzijiet” fl-ewwel kolonna tat-tabella taħt is-subintestatura 2.3 għandu jinbidel bil-kliem “Trasferiment lill-/mill-provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax u tal-prezz tad-deheb.”


(1)  L-enumerazzjoni fl-ewwel kolonna għandha x’taqsam mal-formati tal-karta tal-bilanċ V, VI u VII (stqarrijiet ta’ kull ġimgħa u l-karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Ewrosistema). L-enumerazzjoni fit-tieni kolonna għandha x’taqsam mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali tal-bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fl-istqarrijiet ta’ kull ġimgħa tal-Ewrosistema.

(2)  Ir-regoli tal-kompożizzjoni u ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness huma kkunsidrati mandatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊN għall-finijiet tal-Ewrosistema, jiġifieri materjali għall-operazzjoni tal-Ewrosistema.

(3)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.”


Top