EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013O0002

2013/74/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Jannar 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2013/2)

OJ L 34, 5.2.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2013; Imħassar b' 32013O0004

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/74/oj

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/18


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Jannar 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2013/2)

(2013/74/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3. u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Artikolu 2 tal-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (1) jistipula illi l-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi l-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħin “ripagament bikri”). Artikolu 2 jkompli jispeċifika illi l-kundizzjonijiet għal dan ir-ripagament bikri għandhom ikunu ppubblikati fl-avviz ta’ sejħa għall-offerti relevanti jew f’format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.

(2)

Il-proċedura applikabbli għar-ripagament bikri minn kontropartijiet għandha tkun aktar speċifika biex tiżgura li l-istess kundizzjonijiet jiġu applikati mill-banek ċentrali nazzjonali kollha tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi”) fir-rigward ta’ ripagament bikri. B’mod partikolari, ir-reġim ta’ penalitajiet finanzjarji stipulat fl-Appendiċi 6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2) għandu japplika fejn il-kontropartijiet jonqsu milli jagħmlu saldu tal-ammont li jrid jitħallas lill-BĊN relevanti, kollu jew ta’ parti minnu, sad-data dovuta meta jkunu għażlu ripagament bikri.

(3)

Għalhekk, il-Linja ta’ Gwida BĊE/2012/18 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Artikolu 2 tal-Linja Gwida BCE/2012/18 huwa mibdul b’dan li gej:

“Artikolu 2

Għażla biex jitnaqqas l-ammont ta’, jew jiġu tterminati, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

1.   L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis jew terminazzjoni minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħin ‘ripagament bikri’). L-avviż tas-sejħa għal offerti għandu jispeċifika jekk tapplikax l-għażla biex jitnaqqas l-ammont ta’, jew jiġu tterminati, l-operazzjonijiet ikkonċernati qabel il-maturità, kif ukoll id-data minn meta din l-għażla tistà tiġi eżerċitata. Alternattivament, din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll f’format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.

2.   Kontroparti jista’ jeżerċita l-għażla li jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità billi jinnotifika lill-BĊN relevanti bl-ammont li għandu l-ħsieb li jħallas lura taħt il-proċedura ta’ ripagament bikri, kif ukoll bid-data li fiha għandu l-ħsieb li jkagħmel dan ir-ripagament bikri, tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data tar-ripagament bikri. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Eurosistema, ripagament bikri jista’ jsir f’kull jum li jikkoinċidi mal-jum tas-saldu ta’ operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, sakemm il-kontroparti tagħmel in-notifikazzjoni msemmja f’dan il-paragrafu tal-anqas ġimgħa qabel dik id-data.

3.   In-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir torbot fuq il-kontroparti ġimgħa qabel id-data tar-ripagament bikri li tirreferi għaliha. In-nuqqas tal-kontroparti li tagħmel saldu tal-ammont dovut, kollu jew ta’ parti minnu, taħt il-proċedura ta’ ripagament bikri sad-data dovuta jista’ jirriżulta fl-impożizzjoni ta’ penalità finanzjarja kif stipulat f’Taqsima 1 ta’ Appendiċi 6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-dispożizzjonijiet ta’ Taqsima 1 ta’ Appendiċi 6 li japplikaw għall-ksur ta’ regoli relatati ma' operazzjonijiet ta’ sejħa għal-offerti japplikaw fejn kontroparti tonqos li tagħmel saldu tal-ammont dovut, kollu jew ta’ parti minnu, fid-data ta’ ripagament bikri msemmija fil-paragrafu 2. L-impożizzjoni ta’ penalità finanzjarja għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊN li juża r-rimedji li għalihom hemm provvediment meta jseħħ avveniment ta’ inadempjenza kif stipulat f’Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifikazzjoni tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi ser jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-7 ta’ Marzu 2013. Huma ser jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Frar 2013.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 218, 20.1.2009, p. 20.

(2)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.


Top