EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0052(01)

2014/55/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 27 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/52)

OJ L 33, 4.2.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0035(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/55(2)/oj

4.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/7


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2013/52)

(2014/55/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 jistipula illi jekk xi metodu ta’ kontabilità speċifiku mhuwiex stipulat fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21 u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni bil-kontra tal-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) kif adottati mill-Unjoni Ewropea, li huma rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.

(3)

Il-BĊE japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegat biex jirrikonoxxi il-qligħ u t-telf attwarju mill-benefiċċji ta’ wara l-impjieg skont il-metodu “corridor”.

(4)

L-IAS 19 ġie revedut u huwa effettiv għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Skont l-IAS 19 revedut, il-metodu “corridor” ġie eliminat.

(5)

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandu jiġi emendat sabiex jipprovdi għar-rapportar tar-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv) fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ taħt il-partita 14 “Kontijiet ta’ Rivalutazzjoni”.

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Diċembru 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Diċembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċizjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 huwa emendat kif gej:

1.

fit-tabella intitolata “Passiv”, fir-rigward tal-partita 14 fil-karta tal-bilanċ (Kontijiet ta’ rivalutazzjoni), il-kolonna intitolata “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-karta tal-bilanċ” hija sostitwita b’li ġej:

“(a)

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqlieq fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’munita barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq relatati ma’ derivati tar-riskju tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqlieq fil-kambju barrani għal kull pożizzjoni tal-munita nett miżmuma, inkluż swaps/forwards ta’ kambju barrani u SDRs

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew irrevokati. Ara l-Artikolu 13(2)

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv) fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg, li huma l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-attiv, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv)”;

2.

fit-tabella intitolata “Passiv”, fir-rigward tal-partita 14 fil-karta tal-bilanċ (Kontijiet ta’ rivalutazzjoni), il-kolonna intitolata “Prinċipju ta’ valutazzjoni” hija sostitwita b’li ġej:

“(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Skont l-Artikolu 24(2)”.


Top