EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005O0017
Guideline of the European Central Bank of 30 December 2005 amending Guideline ECB/2000/7 on monetary policy instruments and procedures of the Eurosystem (ECB/2005/17)
Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Diċembru, 2005 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (BĊE/2005/17)
Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Diċembru, 2005 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (BĊE/2005/17)
OJ L 30, 2.2.2006, p. 26–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 007 P. 243 - 246
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 007 P. 243 - 246
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014
2.2.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
26 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta’ Diċembru, 2005
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema
(BĊE/2005/17)
(2006/44/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien ma’ l-ewwel subinċinż ta’ l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20,
Billi:
(1) |
Biex tintlaħaq politika monetarja waħdanija jinħtieġ definizzjoni ta’ l-Istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Ewrosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’manjiera uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha. |
(2) |
Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta’ gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skond dawn il-linji ta’ gwida. |
(3) |
Il-Kapitolu 6 ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu, 2000 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (1) għandu bżonn ikun emendat f’żewġ aspetti. L-ewwel, il-kriterju ta’ l-eliġibilità għall-assi tat-tier one u tier two għandhom isiru aktar speċifiċi fir-rigward ta’ titoli sostnuti mill-assi (asset-backed securities). It-titoli sostnuti mill-assi li bħalissa huma eliġibbli imma li ma jissodisfawx il-kriterji ġodda ta’ l-eliġibilità, ser jibqgħu eliġibbli għal-perjodu tranżitorju. It-tieni, fil-każ ta’ ħruġ strutturat, ir-regola li taħtha l-Istrumenti ta’ debitu subordinat huma esklużi mit-tier one għandha bżonn tkun irfinata mill-ġdid. |
(4) |
Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta’ l-Istatut, il-linji ta’ gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità. |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artikolu 2
Il-BĊNi ta’ l-Istati membri parteċipanti għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma bi ħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu, 2006.
Artikolu 3
Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fIs-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju, 2006.
Artikolu 4
Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-30 ta’ Diċembru, 2005.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, tal-11.12.2000, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/2 (ĠU L 111, tat-2.5.2005, p. 1).
ANNESS
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej (1):
1. |
Fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 6.2 l-ewwel punt jinbidel b’li ġej:
(*) Strumenti ta’ debitu li jagħtu drittijiet lill-kapital u/jew lill-imgħax li huma subordinati għad-drittijiet ta’ detenturi ta’ strumenti oħra ta’ debitu, ta’ l-istess persuna li tkun għamlet il-ħruġ (Issue) (jew, ġewwa ħarġa strutturata (structured Issue), subordinati għal tranches oħra ta’ l-istess ħarġa) huma esklużi mit-tier one. Tranche (jew sub-tranche) hija kkunsidrata li mhix subordinata fir-rigward ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) ta’ l-istess ħarġa u hija ‘senior’ jekk — skond il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara l-kunsinna ta’ avviż ta’ eżekuzzjoni, kif stabbilit fiċ-ċirkulari ta’ l-offerta — dik it-tranche (jew sub-tranche) tirċievi l-ħlas (kapital u imgħax) bi prijorità għal tranches jew sub-tranches oħra jew hija l-aħħar f'li ssofri telf fir-rigward ta' l-assi sottostanti." (**) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru, 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dIspożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ l-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).”" |
2. |
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tas-sitt punt tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 6.2: “It-titoli sostnuti mill-assi maħruġin mill-entitajiet mhux taż-ŻEE tal-G10 m’humiex eliġibbli.” |
3. |
Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6.3 l-ewwel punt jinbidel b’li ġej:
|
4. |
In-noti f’qiegħ il-paġna 1 u 2 fit-Tabella 4 fil-Kapitolu 6 jinbidlu b’li ġej:
|
(1) L-emendi jsegwu l-format u n-numri tan-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness I kif adottat mill-Kunsill Governattiv tat-3 ta’ Frar, 2005 u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE.