EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0030

2007/48/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħlas mill-Banka Slovenije tal-kapital, it-trasferiment ta' assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/30)

OJ L 24, 31.1.2007, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 014 P. 65 - 67

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/48(1)/oj

31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

17


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta' Diċembru 2006

dwar il-ħlas mill-Banka Slovenije tal-kapital, it-trasferiment ta' assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2006/30)

(2007/48/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 30.1, 30.3, 49.1 u 49.2,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta' Lulju 2006, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-munita waħdanija fl-1 ta' Jannar 2007 (1), is-Slovenja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga skond l-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni (2) se tkun rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

(2)

L-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut jipprovdi li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandhom iħallsu s-sehem tal-kapital sottokritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bl-istess mod li l-BĊNi ta' l-Istati Membri oħra parteċipanti. Il-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti eżistenti ħallsu bis-sħiħ s-sottoskrizzjonijiet tagħhom lill-BĊE (3). Il-piż tal-Banka Slovenije fl-iskema kapitali tal-BĊE hija 0,3194 %, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4). Il-Banka Slovenije diġa' ħallas parti mis-sottoskrizzjoni tiegħu lill-kapital tal-BĊE, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 t'April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (5). L-ammont li jifdal huwa għalhekk EUR 17 096 556,47, li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE (EUR 5 760 652 402,58) mill-piż ta' l-iskema kapitali tal-Banka Slovenije (0,3194 %), imnaqqas is-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu li diġa' ġie mħallas, għalhekk għandu jitqies it-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE bħala riżultat tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României jissieħbu s-SEBĊ.

(3)

L-Artikolu 49.1, flimkien ma' l-Artikolu 30.1, ta' l-Istatut jipprovdi li l-BĊN ta' xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jittrasferixxi wkoll assi barranin ta' riżerva lill-BĊE. Skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut, is-somma biex tiġi ttrasferita hija ddeterminata bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-euro b'rati tal-kambju kurrenti ta' l-assi barranin ta' riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut, permezz tal-proporzjon bejn in-numru ta' ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numbru ta' ishma mħallsa diġa' mill-BĊNi ta' l-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Meta jiġu ddeterminati l-“assi barranin ta' riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1”, għandu jitqies l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004 (6), skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut, t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 (7), skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut, u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut (8). B'riżultat ta' dan, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/24 tal-15 ta' Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tal-valur azzjonarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti (9), l-ekwivalenti fil-euro ta' l-assi barranin ta' riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut huwa EUR 41 514 271 945,60.

(4)

L-assi barranin ta' riżerva biex jiġu ttrasferiti mill-Banka Slovenije għandhom ikunu ddenominati f'dollari Amerikani u deheb.

(5)

L-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut jipprovdi li l-BĊE għandu jikkredita kull BĊN ta' xi Stat Membru parteċipanti bi klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva li dan ta' l-aħħar ikun ittrasferixxa lill-BĊE. Il-provvedimenti fir-rigward tad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li ġew diġa' kkreditati lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti eżistenti (10) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejm tal-Banka Slovenije.

(6)

L-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut jipprovdi li l-BĊN ta' xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad jonqos biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvedimenti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf as at 31 Diċembru tas-sena qabel ir-revoka tad-deroga. L-ammont ta' din il-kontribuzzjoni huwa ddeterminat skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut.

(7)

Skond l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernatur tal-Banka Slovenije ġie invitat jattendi l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li jadotta din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni:

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro;

“flus kontanti” tfisser il-valuta legali ta' l-Istati Uniti (dollaru Amerikan);

“deheb” tfisser uqijiet sħaħ fini (fine troy ounces) ta' deheb fil-forma ta' London Good Delivery bars, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association;

“assi barranin ta' riżerva” tfisser deheb jew flus kontanti.

Artikolu 2

Ħlas tal-kapital

1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, il-Banka Slovenije għandu jħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE, li jikkorrespondi ma' EUR 17 096 556,47.

2.   Il-Banka Slovenije għandu jħallas dan l-ammont lill-BĊE fit-2 ta' Jannar 2007, permezz ta' trasferiment bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET).

3.   Il-Banka Slovenije għandu, permezz ta' trasferiment bit-TARGET separat, iħallas lill-BĊE fit-2 ta' Jannar 2007, l-imgħax li jiddekorri matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sat-2 ta' Jannar 2007, dwar l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 2.

4.   Kull imgħax li jakkumula skond il-paragrafu 3 għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni actual over-360-day, b'rata daqs ir-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 3

Trasferiment ta' assi barranin ta' riżerva

1.   Il-Banka Slovenije għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, u skond dan l-Artikolu u l-arranġamenti magħmula li jsegwu, ammont ta' assi barranin ta' riżerva ddenominati f'dollari Amerikani u deheb li huma ekwivalenti għal EUR 191 641 809,33, kif ġej:

Ammont ta' dollari Amerikani ekwivalenti għall-euro

Ammont ta' deheb ekwivalenti għall-euro

Ammont aggregat ekwivalenti għall-euro

162 895 537,93

28 746 271,40

191 641 809,33

2.   L-ammonti ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva biex jiġu ttrasferiti mill-Banka Slovenije skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati skond ir-rati tal-kambju bejn il-euro u d-dollaru Amerikan stabbiliti bħala r-riżultat tal-proċedura ta' konsultazzjoni bil-miktub ta' 24-siegħa fid-29 ta' Diċembru 2006 bejn dawk il-banek ċentrali li jipparteċipaw f'dik il-proċedura u, fil-każ tad-deheb, skond il-prezz tad-deheb f'dollari Amerikani għal kull uqija sħiħa fina (fine troy ounce) stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb ġewwa Londra (London gold fixing) fl-10.30 a.m., ħin ta' Londra, fid-29 ta' Diċembru 2006.

3.   Il-BĊE għandu jikkonferma lill-Banka Slovenije kemm jista' jkun malajr l-ammonti kkalkulati skond il-paragrafu 2.

4.   Il-Banka Slovenije għandu jittrasferixxi flus kontanti lill-BĊE għal dawk il-kontijiet kif inhuma speċifikati mill-BĊE. Id-data ta' ħlas għall-flus kontanti biex jiġu ttrasferiti lill-BĊE hija it-2 Jannar 2007. Il-Banka Slovenije għandu jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' flus kontanti lill-BĊE fid-data ta' ħlas.

5.   Il-Banka Slovenije għandu jittrasferixxi d-deheb f'dawk id-dati, lil dawk il-kontijiet u f'dawk is-siti kif inhuma speċifikati mill-BĊE.

6.   Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro imsemmi fil-paragrafu 1 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi miftiehma skond il-Ftehim tat-30 ta' Diċembru 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Banka Slovenije fir-rigward tal-klejm kkreditata lill-Banka Slovenije mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (11).

Artikolu 4

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturita' tal-klejm ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije

1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, u skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 fir-rigward tad-dati ta' ħlas tat-trasferimenti ta' assi barranin ta' riżerva, il-BĊE għandu jikkredita lill-Banka Slovenije bi klejm iddenominata fil-euro, ekwivalenti għall-ammont aggregat f'euro tal-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije ta' assi barranin ta' riżerva, li jikkorrispondi għal EUR 183 995 237,74.

2.   Il-klejm ikkreditata mill-BĊE lill-Banka Slovenije għandha tkun innumerata. L-imgħax li jakkumula għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni actual over-360-day, b'rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta' imgħax marġinali tar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-SEBĊ fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Il-klejm għandha tkun innumerata fi tmiem kull sena finanzjarja. Kull tlett xhur il-BĊE għandu jinforma lill-Banka Slovenije bl-ammont kumulattiv.

4.   Il-klejm m'għandhiex tkun tista' tinfeda.

Artikolu 5

Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE

1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, u skond il-paragrafi 5 u 6 u l-Artikolu 3, il-Banka Slovenije għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li jkun għad jonqsu biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvedimenti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf skond il-31 ta' Diċembru 2006.

2.   L-ammont biex jiġi kkontribwit mill-Banka Slovenije għandu jkun iddeterminat skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut. Ir-referenzi fl-Artikolu 49.2 għan-numru “ta' ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat” u “n-numru ta' ishma diġa' mħallsa mill-banek ċentrali l-oħra” għandhom jirreferu għall-piżijiet tal-Banka Slovenije u l-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti eżistenti, rispettivament, fl-iskema kapitali tal-BĊE, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/21.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “ir-riżervi tal-BĊE” u “il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi” għandhom jinkludu, inter alia, il-fond ta' riżerva ġenerali tal-BĊE, il-bilanċi dwar kontijiet ta' rivalutazzjoni u provvedimenti għar-rata tal-kambju fi flus barranin, riskji tar-rata ta' l-imgħax u l-prezzijiet tad-deheb.

4.   Mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2006, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lill-Banka Slovenije l-ammont biex jiġi kkontribwit mill-Banka Slovenije skond il-paragrafu 1.

5.   Fit-tieni jum ta' xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2006, il-Banka Slovenije għandu, permezz ta' żewġ trasferimenti separati tat-TARGET, iħallas lill-BĊE

(a)

l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 4; u

(b)

l-imgħax li jiddekorri matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sa dik id-data, fuq l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 4.

6.   Kwalunkwe imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 5 b) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni actual over-360-day, b'rata daqs ir-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-SEBĊ f'waħda minn dawk l-operazzjoni prinċipali tiegħu ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti.

Artikolu 6

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 30 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.

(2)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(3)  Id-ċiżjoni BĊE/2004/6 (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 7).

(4)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 19.

(6)  Deċiżjoni BĊE/2003/17 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27).

(7)  Deċiżjoni BĊE/2004/5 (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5).

(8)  Għadha mhix ippubblikata.fil-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  Linja ta' Gwida BĊE/2000/15 (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 114).

(11)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Top