EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0025

2007/46/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ ta' karti ta' flus euro (BĊE/2006/25)

OJ L 24, 31.1.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007D0019(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/46(1)/oj

31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

13


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ ta' karti ta' flus euro

(BĊE/2006/25)

(2007/46/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 106(1),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 16,

Billi:

(1)

Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom (BĊNi) se jissieħbu fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar 2007, id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital imkabbar tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/EC tal-11 ta' Lulju 2006, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2007 (2), id-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 (3) hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

(3)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (4) jiddefinixxi l-“u jirreferi għall-Anness ma” dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta' allokazzjoni ta' karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004. Minħabba li l-ippeżar ġdid ta' l-iskema kapitali se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007, u s-Slovenja se tadotta l-euro f'dik id-data, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta' allokazzjoni ta' karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:

1.

Is-sentenza finali ta' l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b'li ġej:

“L-Anness ma' din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta' allokazzjoni ta' karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.”

2.

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Magħmula fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2004/9 (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 17).


ANNESS

SKEMA TA' ALLOKAZZJONI TA' KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA' JANNAR 2007

Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2705  %

Deutsche Bundesbank

27,1610  %

Bank of Greece

2,4045  %

Banco de España

9,9925  %

Banque de France

19,0430  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,1760  %

Banca d'Italia

16,5840  %

Banque centrale du Luxembourg

0,2090  %

De Nederlandsche Bank

5,1535  %

Oesterreichische Nationalbank

2,6680  %

Banco de Portugal

2,2680  %

Banka Slovenije

0,4225  %

Suomen Pankki

1,6475  %

Total

100,0000  %


Top