EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0024(01)
2007/45/EC: Decision of the European Central Bank of 15 December 2006 laying down the measures necessary for the contribution to the European Central Bank's accumulated equity value and for adjusting the national central banks' claims equivalent to the transferred foreign reserve assets ( ECB/2006/24 )
2007/45/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew tal-valur propjetarju akkumulat u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2006/24)
2007/45/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew tal-valur propjetarju akkumulat u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2006/24)
OJ L 24, 31.1.2007, p. 9–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0027(01)
31.1.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
9 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta' Diċembru 2006
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew tal-valur propjetarju akkumulat u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti
(BĊE/2006/24)
(2007/45/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 30,
Billi:
(1) |
Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jissieħbu fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar 2007, id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital imkabbar tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem l-“ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament). |
(2) |
Għalhekk, il-klejms li l-BĊE ikkredita skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut lill-BĊNi ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi parteċipanti”), li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' assi ta' riżervi barranin tal-BĊNi parteċipanti' lill-BĊE (iktar 'il quddiem il-“kejms”) għandhom bżonn jiġu aġġustati. Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba t-tkabbir ta' l-iskema kapitali fl-1 ta' Jannar 2007 għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, waqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kupensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba dan it-tkabbir. |
(3) |
Il-limitu fuq l-ammont ta' assi ta' riżervi barranin li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-BĊE ikun ekwivalent għal EUR 57 606 524 025,77 b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. |
(4) |
Skond il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi fl-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv fil-valur propjetarju akkumulat tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti fuq imsemmijin għandhom jagħmlu trasferiment kumpensatorju wkoll lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-seħem relattiv tagħhom jonqos. |
(5) |
L-ippeżar ta' l-iskema kapitali rispettiva ta' kull BĊN parteċipant sal-31 ta' Diċembru 2006 u b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 għandu jkun espress bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskrit mill-BĊNi parteċipanti kollha għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-valur ta' l-aġġustament ta' kull sehem ta' BĊN parteċipant fil-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE. |
(6) |
Għalhekk, l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2003/21 tat-18 ta' Diċembru 2003 li tippreskrivi miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tar-riżervi tal-BĊE u dispożizzjonijiet għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2004/8 tat-22 ta' April 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzjoni għall-valur proprjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ittrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati (3). |
(7) |
Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta' Lulju 2006 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni mis-Slovenja tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2007 (4), id-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (5) huwa abrogat b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
(a) |
“valur proprjetarju akkumulat” ifisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, kontijiet ta' rivalutazzjoni u dispożizzjonijiet ekwivalenti għar-riżervi kif ikkalkulati mill-BĊE sa l-31 ta' Diċembru 2006. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk id-dispożizzjonijiet ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur proprjetarju akkumulat”, il-fond tar-riżerva ġenerali u d-dispożizzjoni ekwivalenti għar-riżervi għar-rata tal-kambju barrani, u r-riskji tar-rata ta' l-imgħax u l-prezz tad-deheb; |
(b) |
“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta' negozju wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006; |
(ċ) |
“dħul tal-BĊE minn karti tal-flus euro” ifsser l-istess bħal “dħul tal-BĊE minn karti tal-flus fiċ-ċirkulazzjoni” kif imfisser fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2005/11 tas-17 ta' Novembru 2005 fuq it-tqassim ta' dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw (6). |
Artikolu 2
Kontribuzzjoni lir-riżervi u d-dispożizzjonijiet tal-BĊE
1. Jekk sehem ta' BĊN fil-valur proprjetarju akkumulat jiżdied minħabba żieda fl-ippeżar fl-iskema kapitali b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, dak il-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi l-ammont determinat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
2. Jekk sehem ta' BĊN fil-valur proprjetarju akkumulat jonqos minħabba tnaqqis fl-ippeżar fl-iskema kapitali b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi l-ammont determinat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
3. Il-BĊE għandu, fil- jew qabel il-ġurnata meta l-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipant jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN parteċipanti lill-BĊE meta japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li l-BĊN parteċipanti għandu jirċievi mill-BĊE meta japplika l-paragrafu 2. Bla ħsara għat-tqarrib, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jkun ikkalkolat bil-multiplikazzjoni tal-valur proprjetarju akkumulat bid-differenza assoluta bejn kull skema ta' ippeżar ta' l-iskema kapitali tal-BĊN fil-31 ta' Diċembru 2006 u l-ippeżar ta' l-iskema kapitali tiegħu b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 u r-riżultat jiġi diviż b'100.
4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f'euro fl-1 ta' Jannar 2007 imma għandu jkun ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.
5. Fid-data tat-trasferiment, BĊN parteċipant jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll separatament kull imgħax li jakkumula matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sad-data tat-trasferiment fuq kull ammont rispettiv dovut minn dan il-BĊN parteċipanti u l-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dawn it-trasferimenti għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.
6. Jekk il-valur proprjetarju akkumulat huwa anqas minn żero, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 għandhom jitħallsu fid-direzzjonijiet opposti ta' dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.
Artikolu 3
Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti
1. Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti għall-Banka Slovenije ser ikun irregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2006/30 tat-30 ta' Diċembru 2006 fuq il-kapital imħallas, it-trasferiment ta' l-assi tar-riżervi barranin u l-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije lir-riżervi u dispożizzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (7), dan l-Artikolu għandu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊNi parteċipanti oħrajn.
2. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom ikunu aġġustati b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 skond l-ippeżar aġġustat ta' l-iskema kapitali tagħhom. Il-valur tal-klejms BĊNi parteċipanti b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din d-Deċiżjoni.
3. Għal dan il-għan, kull wieħed minn dawn il-BĊNi għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “-” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.
4. Fl-ewwel jum ta' operazzjoni tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (“TARGET”) wara l-1 ta' Jannar 2007, kull BĊN parteċipant għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f'euro) muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirriferi għall-ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jirrtrasferxxi lill-BĊN parteċipanti.
5. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2007, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 4 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi ta' l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax .
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. L-imgħax li jakkumula skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 2 u l-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 3 għandu jkun kkalkulat fuq bażi ta' kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkolu ta' matul 360-jum, b'rata daqs ir-rata ta' imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni l-aktar riċenti ta' rifinanzjament ewlieni.
2. Kull trasferiment bis-saħħa tal-paragrafi 1, 2 u 5 ta' l-Artikolu 2 u l-paragrafi 4 u 5 ta' Artikolu 3 għandu jsir b'mod separat permezz tat-TARGET.
3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma taħt obbligu li jagħmlu kull trasferiment msemmi fil-paragrafu 2 għandhom, eventwalment, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dawn it-trasferimenti fil-ħin.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.
2. Id-Deċiżjonijiet BĊE/2003/21 u BĊE/2004/8 huma b'dan imħassrin b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
3. Referenzi għad-Deċiżjonijiet BĊE/2003/21 u BĊE/2004/8 għandhom jiftehmu li huma referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 205, 9.6.2004, p. 13.
(4) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.
(5) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(6) ĠU L 311, 26.11.2005, p. 41.
(7) Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
KLEJMS EKWIVALLENTI GĦALL-ASSI TAR-RIŻERVI BARRANIN ITTRSFERITI LILL- BĊE
BĊN parteċipant |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Diċembru 2006 (EUR) |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, b’seħħ mill- 1 ta’ Jannar 2007 (EUR) |
Ammont ta’ trasferiment (EUR) |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
1 419 101 951,42 |
1 423 341 995,63 |
+4 240 044,21 |
Deutsche Bundesbank |
11 761 707 507,63 |
11 821 492 401,85 |
+59 784 894,22 |
Bank of Greece |
1 055 840 342,96 |
1 046 595 328,50 |
-9 245 014,46 |
Banco de España |
4 326 975 513,23 |
4 349 177 350,90 |
+22 201 837,67 |
Banque de France |
8 275 330 930,88 |
8 288 138 644,21 |
+12 807 713,33 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
513 006 857,90 |
511 833 965,97 |
-1 172 891,93 |
Banca d’Italia |
7 262 783 714,66 |
7 217 924 640,86 |
-44 859 073,80 |
Banque centrale du Luxembourg |
87 254 013,80 |
90 730 275,34 |
+3 476 261,54 |
De Nederlandsche Bank |
2 223 363 597,71 |
2 243 025 225,99 |
+19 661 628,28 |
Oesterreichische Nationalbank |
1 157 451 203,42 |
1 161 289 917,84 |
+3 838 714,42 |
Banco de Portugal |
982 331 062,21 |
987 203 002,23 |
+4 871 940,02 |
Banka Slovenije |
0 |
183 995 237,74 (1) |
+ 183 995 237,74 |
Suomen Pankki |
717 118 925,89 |
717 086 011,07 |
-32 914,82 |
Total (2): |
39 782 265 621,70 |
40 041 833 998,13 |
+ 259 568 376,43 |
(1) Jiġi ttrasferit b’seħħ mid-data stabbilita fid-Deċiżjoni BĊE/2006/30.
(2) Minħabba tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.