EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0023(01)

2007/44/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2006/23)

OJ L 24, 31.1.2007, p. 5–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0025(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/44(1)/oj

31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

5


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2006/23)

(2007/44/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 28.5,

Billi:

(1)

L-aġġustament ta' l-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema kapitali għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar “il quddiem ‘l-ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l- “iskema kapitali rispettivament”) kif ipprovdut fid-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 fuq l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' ishma kapitali bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-31 ta' Diċembru 2006 biex ikun żgurat li t-tqassim ta' dawn l-ishma jikkorrespondi ma' l-aġġustamenti magħmulin. Għalhekk, l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida ta' l-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April 2004 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital (2) imħallas b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007.

(2)

Il-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României mhux se jissieħbu fis-SEBĊ sa l-1 ta' Jannar 2007, li jfisser li t-trasferimenti ta' l-ishma kapitali skond l-Artikolu 28.5 ta' l-Istatut ma japplikax għalihom f'din l-okkażjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (3) tiddetermina kif u safejn il-BĊNi ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem il- “BĊNi parteċipanti”) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali mkabbra. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro fl-1 ta' Jannar 2007 (minn issa 'l quddiem il-“BĊNi mhux parteċipanti”) huma obbligati jħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, minħabba l-iskema kapitali mkabbra.

(4)

Il-BĊNi parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Banka Slovenije, diġa` ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/6 tat-22 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (5). Minħabba f'hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22 jgħid li BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22.

(5)

Barra minn dan, l-Artikolu 2(1) u 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/30 tat-30 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi ta' riżerva barranin u l-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije lir-riżervi u d-dispożizzjonijiet (6) tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxi li l-Banka Slovenije, li se jkun BĊN parteċipanti mill-1 ta' Jannar 2007, huwa obbligat biex iħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE sabiex jasal għall-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22, wara li titqies l-iskema kapitali mkabbra.

(6)

Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, diġa` ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 jgħid li kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, biex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 jgħid li l-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României għandhom jittrasferixxu lill-BĊE l-ammont muri ħdejn isimhom fit-tabella fl-Artikolu 1 ta' l-istess Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Trasferiment ta' ishma kapitali

Minħabba s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, ikun issottoskritta fil-31 ta' Diċembru 2006, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, bħala konsegwenza ta' l-aġġustament ta' l-ippeżar ta' l-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu ishma kapitali bejniethom permezz ta' trasferimenti lil u mill-BĊE biex jiżguraw li d-distribuzzjoni ta' l-ishma kapitali b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, tikkorrispondi ma' l-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull wieħed minn dawn il-BĊNi għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalità jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “-” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba l-ammont ta' kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas, jekk hemm, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/22 għall-BĊNi parteċipanti u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, fl-ewwel ġurnata operattiva tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET”) wara l-1 ta' Jannar 2007, kull BĊN għandu jew jittrasferrixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2007, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati biex jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi ta' dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi ta' l-ammonti li fuqhom l-imgħax jakkumula.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET.

2.   Meta xi BĊN m'għandux aċċess għat-TARGET, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġu kkreditati kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fi żmien xieraq.

3.   Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni attwali bil-metodu matul-360-jum, b'rata ugwali għar-rata ta' l-imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li għandhom l-obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin kif meħtieġ.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

2.   Din id-Deċiżjoni BĊE/2004/7 qed tiġi hawnhekk abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2004/7 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 9.

(3)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 7.

(6)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 19.


ANNESS I

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2006

(EUR)

Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007

(EUR)

Sehem biex jiġi ttrasferit

(EUR)

BĊN parteċipanti

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 910 195,14

142 334 199,56

+ 424 004,42

Deutsche Bundesbank

1 176 170 750,76

1 182 149 240,19

+5 978 489,43

Bank of Greece

105 584 034,30

104 659 532,85

- 924 501,45

Banco de España

432 697 551,32

434 917 735,09

+2 220 183,77

Banque de France

827 533 093,09

828 813 864,42

+1 280 771,33

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 300 685,79

51 183 396,60

- 117 289,19

Banca d'Italia

726 278 371,47

721 792 464,09

-4 485 907,38

Banque centrale du Luxembourg

8 725 401,38

9 073 027,53

+ 347 626,15

De Nederlandsche Bank

222 336 359,77

224 302 522,60

+1 966 162,83

Oesterreichische Nationalbank

115 745 120,34

116 128 991,78

+ 383 871,44

Banco de Portugal

98 233 106,22

98 720 300,22

+ 487 194,00

Banka Slovenije

18 613 818,63

18 399 523,77

- 214 294,86

Suomen Pankki

71 711 892,59

71 708 601,11

-3 291,48

BĊN mhux parteċipanti

 

 

 

Bulgarian National Bank

0

50 883 842,67

Ma japplikax

Česká národní banka

81 155 136,30

79 957 855,35

-1 197 280,95

Danmarks Nationalbank

87 159 414,42

87 204 756,07

+45 341,65

Eesti Pank

9 927 369,94

9 810 391,04

- 116 978,90

Central Bank of Cyprus

7 234 070,02

7 195 054,85

-39 015,17

Latvijas Banka

16 571 585,02

16 204 715,21

- 366 869,81

Lietuvos bankas

24 623 661,42

24 068 005,74

- 555 655,68

Magyar Nemzeti Bank

77 259 867,83

75 700 733,22

-1 559 134,61

Bank Ċentrali ta' Malta

3 600 341,00

3 583 125,79

-17 215,21

Narodowy Bank Polski

285 912 705,92

280 820 283,32

-5 092 422,60

Banca Naţională a României

0

145 099 312,72

Not applicable

Národná banka Slovenska

39 770 691,11

38 970 813,50

- 799 877,61

Sveriges Riksbank

134 292 162,94

134 298 089,46

+5 926,52

Bank of England

800 321 860,47

802 672 023,82

+2 350 163,35

Total (1):

5 564 669 247,19

5 760 652 402,58

0


(1)  Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI

 

Sehem imħallas fil-31 ta' Diċembru 2006

(EUR)

Sehem imħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007

(EUR)

Ammont ta' ħlas ta' trasferiment

(EUR)

BĊN parteċipanti

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 910 195,14

142 334 199,56

+ 424 004,42

Deutsche Bundesbank

1 176 170 750,76

1 182 149 240,19

+5 978 489,43

Bank of Greece

105 584 034,30

104 659 532,85

- 924 501,45

Banco de España

432 697 551,32

434 917 735,09

+2 220 183,77

Banque de France

827 533 093,09

828 813 864,42

+1 280 771,33

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 300 685,79

51 183 396,60

- 117 289,19

Banca d'Italia

726 278 371,47

721 792 464,09

-4 485 907,38

Banque centrale du Luxembourg

8 725 401,38

9 073 027,53

+ 347 626,15

De Nederlandsche Bank

222 336 359,77

224 302 522,60

+1 966 162,83

Oesterreichische Nationalbank

115 745 120,34

116 128 991,78

+ 383 871,44

Banco de Portugal

98 233 106,22

98 720 300,22

+ 487 194,00

Banka Slovenije

1 302 967,30

18 399 523,77

+17 096 556,47

Suomen Pankki

71 711 892,59

71 708 601,11

-3 291,48

BĊN mhux parteċipanti

 

 

 

Bulgarian National Bank

0

3 561 868,99

+3 561 868,99

Česká národní banka

5 680 859,54

5 597 049,87

-83 809,67

Danmarks Nationalbank

6 101 159,01

6 104 332,92

+3 173,91

Eesti Pank

694 915,90

686 727,37

-8 188,53

Central Bank of Cyprus

506 384,90

503 653,84

-2 731,06

Latvijas Banka

1 160 010,95

1 134 330,06

-25 680,89

Lietuvos bankas

1 723 656,30

1 684 760,40

-38 895,90

Magyar Nemzeti Bank

5 408 190,75

5 299 051,33

- 109 139,42

Bank Ċentrali ta' Malta

252 023,87

250 818,81

-1 205,06

Narodowy Bank Polski

20 013 889,41

19 657 419,83

- 356 469,58

Banca Naţională a României

0

10 156 951,89

+10 156 951,89

Národná banka Slovenska

2 783 948,38

2 727 956,95

-55 991,43

Sveriges Riksbank

9 400 451,41

9 400 866,26

+ 414,85

Bank of England

56 022 530,23

56 187 041,67

+ 164 511,44

Total (1):

4 089 277 550,12

4 127 136 230,00

+37 858 679,88


(1)  Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


Top