EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32008D0023(01)
2009/53/EC: Decision of the European Central Bank of 12 December 2008 on the national central banks’ percentage shares in the key for subscription to the European Central Bank’s capital (ECB/2008/23)
2009/53/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/23)
2009/53/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/23)
ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0017(01)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/66 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2008/23)
(2009/53/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-Istatut tas-SEBĊ), b’mod partikolari l-Artikolu 29.4 u l-Artikolu 49.3,
Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 47.2 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2007, l-ippeżar assenjat lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament). |
(2) |
L-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jeħtieġ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali biex jiġi aġġustat kull ħames snin wara l-istabbilment tas-SEBĊ b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 ta’ l-Istatut. L-iskema kapitali aġġustata tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament. |
(3) |
L-aħħar aġġustament ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2003 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 (2). It-tkabbir sussegwenti ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE sar skond l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (3). |
(4) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar id-data statistika biex tintuża għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE b’data statistika biex tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali aġġustata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Tqarrib
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika rriveduta biex tinutża fl-aġġustar ta’ l-iskema kapitali u t-total tal-figuri ma jlaħħaqx 100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta’ punt peċentwali ma’ l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.
Artikolu 2
Ippeżar ta’ l-iskema kapitali
L-ippeżar assenjat lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ għandu jkun kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009:
— |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2,4256 % |
— |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0,8686 % |
— |
Česká národní banka |
1,4472 % |
— |
Danmarks Nationalbank |
1,4835 % |
— |
Deutsche Bundesbank |
18,9373 % |
— |
Eesti Pank |
0,1790 % |
— |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,1107 % |
— |
Bank of Greece |
1,9649 % |
— |
Banco de España |
8,3040 % |
— |
Banque de France |
14,2212 % |
— |
Banca d’Italia |
12,4966 % |
— |
Central Bank of Cyprus |
0,1369 % |
— |
Latvijas Banka |
0,2837 % |
— |
Lietuvos bankas |
0,4256 % |
— |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,1747 % |
— |
Magyar Nemzeti Bank |
1,3856 % |
— |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0632 % |
— |
De Nederlandsche Bank |
3,9882 % |
— |
Oesterreichische Nationalbank |
1,9417 % |
— |
Narodowy Bank Polski |
4,8954 % |
— |
Banco de Portugal |
1,7504 % |
— |
Banca Națională a României |
2,4645 % |
— |
Banka Slovenije |
0,3288 % |
— |
Národná banka Slovenska |
0,6934 % |
— |
Suomen Pankki |
1,2539 % |
— |
Sveriges Riksbank |
2,2582 % |
— |
Bank of England |
14,5172 % |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 qed tiġi hawnhekk irrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/21 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5) u d-Deċiżjoni BĊE/2006/21.
(4) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.