EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0031(01)

2014/33/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2013/31)

OJ L 16, 21.1.2014, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0032

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/33(3)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/63


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Awwissu 2013

dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro

(BĊE/2013/31)

(2014/33/UE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b’deroga (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali, li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona euro (1) jistipula li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro jrid iħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital”).

(4)

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kapital sottoskritt tal-BĊE ser ikun ta’ EUR 10 825 007 069,61.

(5)

L-iskema tal-kapital estiża teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Meta titqies il-ponderazzjoni ġdida fl-iskema tal-kapital stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas tal-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

(f’EUR)

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Kapital sottoskritt fl-1 ta’ Jannar 2014

Kapital imħallas fl-1 ta’ Jannar 2014

Българска народна банка

(Bank Nazzjonali Bulgaru)

92 986 810,73

3 487 005,40

Česká národní banka

174 011 988,64

6 525 449,57

Danmarks Nationalbank

161 000 330,15

6 037 512,38

Hrvatska narodna banka

65 199 017,58

2 444 963,16

Lietuvos bankas

44 728 929,21

1 677 334,85

Magyar Nemzeti Bank

149 363 447,55

5 601 129,28

Narodowy Bank Polski

554 565 112,18

20 796 191,71

Banca Națională a României

281 709 983,98

10 564 124,40

Sveriges riksbank

246 041 585,69

9 226 559,46

Bank of England

1 480 243 941,72

55 509 147,81

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Billi kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/20, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.

2.   It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/20 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top