EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0028(01)
2014/30/EU: Decision of the European Central Bank of 29 August 2013 on the national central banks’ percentage shares in the key for subscription to the European Central Bank’s capital (ECB/2013/28)
2014/30/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/28)
2014/30/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/28)
OJ L 16, 21.1.2014, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018; Imħassar b' 32018D0027
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/53 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Awwissu 2013
dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2013/28)
(2014/30/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 29.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 il-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Lulju 2013 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). |
(2) |
L-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiġi aġġustata kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-SEBĊ b’analoġija għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut. Il-ponderazzjoni aġġustata tal-iskema tal-kapital tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara dak meta jseħħ l-aġġustament. |
(3) |
L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital hija skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2008 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (2). L-espansjoni sussegwenti tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tal-BĊE saret skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bil-għan tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid għall-Unjoni Ewropea (3). |
(4) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar id-dejta statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-dejta statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tqarrib
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika reveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jizdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-izgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % ezatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.
Artikolu 2
Ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital
Il-ponderazzjoni assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014:
Nationale Bank van België/Banque nationale de Belgique |
2,4778 % |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0,8590 % |
Česká národní banka |
1,6075 % |
Danmarks Nationalbank |
1,4873 % |
Deutsche Bundesbank |
17,9973 % |
Eesti Pank |
0,1928 % |
Central Bank of Ireland |
1,1607 % |
Bank of Greece |
2,0332 % |
Banco de España |
8,8409 % |
Banque de France |
14,1792 % |
Hrvatska narodna banka |
0,6023 % |
Banca d’Italia |
12,3108 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1513 % |
Latvijas Banka |
0,2821 % |
Lietuvos bankas |
0,4132 % |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2030 % |
Magyar Nemzeti Bank |
1,3798 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0648 % |
De Nederlandsche Bank |
4,0035 % |
Oesterreichische Nationalbank |
1,9631 % |
Narodowy Bank Polski |
5,1230 % |
Banco de Portugal |
1,7434 % |
Banca Națională a României |
2,6024 % |
Banka Slovenije |
0,3455 % |
Národná banka Slovenska |
0,7725 % |
Suomen Pankki |
1,2564 % |
Sveriges riksbank |
2,2729 % |
Bank of England |
13,6743 % |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
3. Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/17 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15.
(2) Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).
(3) Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15).
(4) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.