EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0027(01)
2014/29/EU: Decision of the European Central Bank of 29 August 2013 amending Decision ECB/2010/29 on the issue of euro banknotes (ECB/2013/27)
2014/29/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/27)
2014/29/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/27)
OJ L 16, 21.1.2014, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/51 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro
(BĊE/2013/27)
(2014/29/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (2), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (3) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. |
(3) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta distribuzzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013. Peress li ser tapplika ponderazzjoni ġdida tal-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Jannar 2014, u peress li l-Latvja ser tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2014, jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
1. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b’dan li ġej:
“L-Anness ma’ din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014.”
2. L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.
(3) Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
ANNESS
“ANNESS I
SKEMA TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2014
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,2575 % |
Deutsche Bundesbank |
23,6605 % |
Eesti Pank |
0,2535 % |
Central Bank of Ireland |
1,5260 % |
Bank of Greece |
2,6730 % |
Banco de España |
11,6230 % |
Banque de France |
18,6415 % |
Banca d’Italia |
16,1850 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1990 % |
Latvijas Banka |
0,3710 % |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2670 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0850 % |
De Nederlandsche Bank |
5,2635 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,5810 % |
Banco de Portugal |
2,2920 % |
Banka Slovenije |
0,4540 % |
Národná banka Slovenska |
1,0155 % |
Suomen Pankki |
1,6520 % |
TOTAL |
100,0000 %” |