EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0031(01)
2013/31/EU: Decision of the European Central Bank of 11 December 2012 amending Decision ECB/2007/7 concerning the terms and conditions of TARGET2-ECB (ECB/2012/31)
2013/31/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (BĊE/2012/31)
2013/31/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (BĊE/2012/31)
OJ L 13, 17.1.2013, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 007 P. 168 - 171
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911
17.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/8 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB
(BĊE/2012/31)
(2013/31/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) riċentement ġiet riformulata sabiex tinkorpora regoli li qabel kienu interni għall-Eurosistema u biex iżżid definizzjonijiet meħtieġa, kif ukoll dispożizzjonijiet fir-rigward tal-inapplikabilità ta’ sanzjonijiet għal banek li mhumiex tal-Unjoni, il-qsim ta’ informazzjoni fir-rigward tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-aċċess għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja u l-konsegwenzi ta’ din is-sospensjoni jew terminazzjoni. |
(2) |
Għalhekk huwa meħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-ECB (3) tiġi emendata sabiex: (a) tinkorpora ċerti elementi minn Linja Gwida BĊE/2012/27 fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB; u (b) taġġorna r-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma relevanti għal Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (4), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għal Deċiżjoni BĊE/2007/7
Id-Deċizjoni BĊE/2007/7 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1(1)(c), l-ewwel nota ta’ qiegħ il-paġna hija mibdula b’dan li ġej:
|
2. |
l-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.
(4) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45; Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107.
ANNESS
L-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2007/7 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif gej:
|
2. |
fl-Artiklu 20, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: "1. For the purposes of the first sentence of Article 3(1) of the Settlement Finality Directive and the third sentence of § 116, § 96(2), § 82 and § 340(3) of the German Insolvency Code (Insolvenzordnung) and the last sentence of § 46(2) of the KWG, payment orders are deemed entered into TARGET2-ECB at the moment that the relevant participant’s PM account is debited."; |
3. |
fl-Artiklu 25, il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li ġej: "5. Notwithstanding Sections 675(u), 675(v), 675(x), 675y 675z, 676a, 676c of the German Civil Code (Bürgerliches Gesetzbuch), paragraphs 1 to 4 shall apply to the extent that the ECB’s liability can be excluded."; |
4. |
fl-Artiklu 33, l-ewwel sentenza fil-paragrafu 3 hija mibdula b’li ġej: "Participants, when acting as the payment service provider of a payer or payee, shall comply with all requirements resulting from administrative or restrictive measures imposed pursuant to Articles 75 or 215 of the Treaty on the Functioning of the European Union to which they are subject, including with respect to notification and/or the obtaining of consent from a competent authority in relation to the processing of transactions. In addition:"; |
5. |
L-Appendiċi VI huwa mibdul b’li ġej: "Appendix VI FEE SCHEDULE AND INVOICING Fees and invoicing for direct participants
Fees and invoicing for ancillary systems
|