EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0028(01)

2011/22/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2010/28)

OJ L 11, 15.1.2011, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/22(1)/oj

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/56


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro

(BĊE/2010/28)

(2011/22/UE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li l-banek ċentrali tal-Istati Membri b’deroga (iktar ‘il quddiem il-“BĊNi mhux fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom ħlief jekk il-Kunsill Ġenerali, li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta ta’ mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u ta’ mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1) jipprovdi li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro jridu jħallsu 7 % tas-sottoskrizzjoni tagħhom lill-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi l-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 il-peżaturi mogħtija lil kull BĊN fl-iskema kapitali (iktar ‘il quddiem il-“peżaturi tal-iskema kapitali”).

(4)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) il-kapital tal-BĊE ġie miżjud b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Iż-żieda fil-kapital tal-BĊE teħtieġ li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro jħallsu 7 % tas-sehem rispettiv tagħhom fil-kapital miżjud għalkemm l-ispejjeż operattivi tal-BĊE ma jiġġustifikawx kontribuzzjoni ogħla f’termini assoluti. Sabiex tiġi evitata din il-kontribuzzjoni miżjuda għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE mill-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro, huwa neċessarju li jitnaqqas il-persentaġġ li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro għandhom iħallsu sabiex l-ammonti li jridu jitħallsu jibqgħu fuq livell simili,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Grad u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010. Meta jitqiesu l-peżaturi fl-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas fl-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux fiż-żona tal-euro

Kapital sottoskritt sad-29 ta’ Diċembru 2010

(f’EUR)

Kapital imħallas sad-29 ta’ Diċembru 2010

(f’EUR)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

93 467 026,77

3 505 013,50

Česká národní banka

155 728 161,57

5 839 806,06

Danmarks Nationalbank

159 634 278,39

5 986 285,44

Eesti Pank

19 261 567,80

722 308,79

Latvijas Banka

30 527 970,87

1 144 798,91

Lietuvos bankas

45 797 336,63

1 717 400,12

Magyar Nemzeti Bank

149 099 599,69

5 591 234,99

Narodowy Bank Polski

526 776 977,72

19 754 136,66

Banca Națională a României

265 196 278,46

9 944 860,44

Sveriges Riksbank

242 997 052,56

9 112 389,47

Bank of England

1 562 145 430,59

58 580 453,65

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Peress li kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro diġà ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fit-28 ta’ Diċembru 2010 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2008/28, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ammont addizzjonali speċifikat fit-tabella hawn isfel, li hija d-differenza bejn il-kapital imħallas speċifikat fl-Artikolu 1 u l-ammont imħallas fil-passat:

BĊN mhux fiż-żona tal-euro

(f’EUR)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

2 421,63

Česká národní banka

4 034,75

Danmarks Nationalbank

4 135,95

Eesti Pank

499,04

Latvijas Banka

790,95

Lietuvos bankas

1 186,56

Magyar Nemzeti Bank

3 863,01

Narodowy Bank Polski

13 648,22

Banca Națională a României

6 870,95

Sveriges Riksbank

6 295,79

Bank of England

40 473,51

2.   Il-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro għandhom iħallsu l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 1 lill-BĊE permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) fid-29 ta’ Diċembru 2010.

3.   Meta BĊN mhux fiż-żona tal-euro ma jkollux aċċess għal TARGET2, l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrasferiti billi jiġi kkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jidentifika fiż-żmien propizju.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2008/28 hija bil-preżenti mħassra b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 81.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(3)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top