EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0028(01)
2013/20/EU: Decision of the European Central Bank of 7 December 2012 amending Decision ECB/2009/4 concerning derogations that may be granted under Regulation (EC) No 958/2007 concerning statistics on the assets and liabilities of investment funds (ECB/2007/8) (ECB/2012/28)
2013/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (BĊE/2012/28)
2013/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (BĊE/2012/28)
OJ L 9, 15.1.2013, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 015 P. 305 - 307
No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32014D0062(01)
15.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/11 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)
(BĊE/2012/28)
(2013/20/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kategoriji ta’ fondi ta’ investiment (FI) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom id-diskrezzjoni li jagħtuhom derogi skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 huma stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 tas-6 ta’ Marzu 2009 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (2), |
(2) |
Waqt illi l-kategoriji ta’ FI stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 jibqgħu mhux mibdulin, l-Anness għandu jkun emendat sabiex ċerti referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jiġu aġġornati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
(2) ĠU L 72, 18.3.2009, p. 21.
ANNESS
“ANNESS
Kategoriji ta’ fondi ta’ investiment li għalihom jistgħu jingħataw derogi skont l-artikolu 3(2) tar-regolament (KE) Nru 958/2007
Stat Membru |
Isem tl-kategorija tal-FI |
Att legali fir-rigward tal-kategorija |
Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni |
Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali |
||||
Titolu tal-att legali |
Numru/data tal-att legali |
Dispożizzjonijiet relevanti |
Titolu tal-att legali |
Numru/data tal-att legali |
Dispożizzjonijiet relevanti |
|||
Il-Greċja |
Εταιρίες επενδύσεων σε ακίνητη περιουσία (Kumpaniji ta’ investiment fil-bini) |
Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας – Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις (Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra) |
Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999 |
Artikolu 21 |
Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας – Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις (Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra) |
Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999 |
Artikoli 22(7) u 27(3) u (4) |
Annwali |
Franza |
Fonds commun de placement à risque (Fondi komuni ta’ kapital ta’ riskju) |
Code monétaire et financier (Kodiċi monetarju u finanzjarju) |
|
Kapitolu IV, Taqsima 1, sub-taqsima 2, L214-28 sa L214-32 |
Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers (Regolament ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) |
|
Ktieb IV, Artikolu 412-42 |
Darbtejn fis-sena |
Franza |
Sociétés civiles de placement immobilier (Kumpaniji ta’ investiment fil-bini) |
Code monétaire et financier |
|
Kapitolu IV, Taqsima 3 L214-50 sa L214-84 |
Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers |
|
Ktieb IV, Artikolu 422-44 |
Annwali |
Franza |
Organismes de placement collectif immobilier (Impriżi ta’ investiment kollettiv fil-bini) |
Code monétaire et financier |
|
Kapitolu IV, Taqsima 5 L214-89 sa L214-146 |
Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers |
|
Ktieb IV, Artikolu 424-66 |
Darbtejn fis-sena |
L-Italja |
Fondi chiusi (Fondi magħluqa) |
Decreto legislativo – Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria (Digriet leġiżlattiv – id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja) |
Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 |
Parti I, Artikolu 1 Parti II, Artikoli 36, 37 u 39 |
Provvedimento della Banca d'Italia – Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio (Att tal-Banca d’Italia – Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil) |
8 ta’ Mejju 2012 |
Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4.6 |
Darbtejn fis-sena |
Decreto ministeriale –Regolamento attuativo dell’articolo 37 del Decreto legislativo di 24 febbraio 1998, nr. 58 (Digriet ministerjali – Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998) |
Nru 228 tal-24 ta’ Mejju 1999 |
Kapitolu II, Artikolu 12 |
||||||
Il-Portugall |
Fundos de capital de risco (Fondi tal-kapital tar-riskju) |
Decreto-Lei (Digriet) |
Nru 375/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 |
Artikolu 18 |
Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli) |
Nru 1/2008 tal-14 ta’ Frar 2008 |
Artikoli 4 u 11 |
Darbtejn fis-sena” |