EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0022(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li temenda l-artikolu 1(f) tad-deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2003/22)

OJ L 9, 15.1.2004, p. 39–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 003 P. 338 - 338
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 220 - 220
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 220 - 220
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 007 P. 7 - 7

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Imħassar b' 32010D0023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/48(1)/oj

32003D0022(01)



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0039 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Diċembru 2003

li temenda l-artikolu 1(f) tad-deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002

(BĊE/2003/22)

(2004/48/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 32,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 [1],

Billi:

(1) L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 "skema tal-kapital sottoskritt" jiddefiniha b' referenza għad-Deċiżjoni BĊE/1998/13 tal-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [2].

(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [3] tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/1998/13 b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, u tistabbilixxi l-proporzjonijiet il-ġodda assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali").

(3) L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 għalhekk irid jiġi emendat għall-iskop biex jiġi allokat id-dħul monetarju tal-BĊNi ta' l-iStati Membri li addottaw l-ewro mis-sena finanzjarja 2004. Din l-emenda għandha tintroduċi definizzjoni ġenerali tat-terminu "skema tal-kapital sottoskritt" biex jiġu evitati emendi oħra lid-Deċiżjoni BĊE/2001/16 kull darba li l-iskema kapitali tal-BĊE tiġi aġġustata.

(4) Biex tintlaħaq konsistenza bejn id-dħul li jagħmel il-BĊE fl-ewwel trimestru ta' l-ewwel sena, liema sena għandha tkun dik minn meta japplika kull aġġustament ta' kull ħames snin, u d-dħul tal-BĊE distribwit fl-aħħar ta' dak it-trimestru, huwa meħtieġ biex tidderoga mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 biex jiġi żgurat li d-dħul magħmul f' Jannar ta' dak it-trimestru huwa wkoll ikkalkulat abbażi tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali l-ġdida,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi għad-Deċiżjoni BĊE/2001/16

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(f) huwa sostitwit b' li ġej:

"(f) "l-iskema tal-kapital sottoskritt" għandha tfisser l-ishma tal-BĊNi (irrappreżentati bħala persentaġġi) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jirriżultaw mill-applikazzjoni, għall-BĊNi, tal-proporzjonijiet fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 ta' l-iStatut u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti."

2. Is-subparagrafu li ġej huwa sostitwit ma' l-Artikolu 2(1):

"Il-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni, għandhom, għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar ta' l-ewwel sena, liema sena għandha tkun dik minn meta japplika kull aġġustament ta' kull ħames snin skond l-Artikolu 29.3 ta' l-iStatut, jiġu kkalkulati abbażi ta' l-iskema aġġustata tal-kapital sottoskritt applikata għall-bilanċi dwar it-total tal-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel."

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet Finali

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2004.

2. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 55.

[2] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33.

[3] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 27.

--------------------------------------------------

Top