EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0004

Regolament (KE) Nru 4/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2006/20)

OJ L 56M, 29.2.2008, p. 1–3 (MT)
OJ L 2, 5.1.2007, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/4/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 4/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

(BĊE/2006/20)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru 2001, dwar il-karta tal-bilanċ kkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (2) teħtieġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji biex jirrappurtaw data statistika trimestrali kklassifikata skond il-pajjiż u l-valuta. Ir-Regolament BĊE/2001/13 għandu jiġi emendat biex jestendi l-obbligi ta' rappurtar għal data fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007.

(2)

Skond ir-Regolament BĊE/2001/13, ir-rappurtar ta’ data trimestrali dwar pożizzjonijiet fil-konfront ta’ kontropartijiet residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro huwa mandatorju. Għalhekk ir-Regolament BĊE/2001/13 għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-adozzjoni tas-Slovenja ta’ l-euro,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament BĊE/2001/13 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2, il-kliem “bis-simbolu ‘#’” huma sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”.

2.

L-Annessi I u V huma emendati skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 14 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament BĊE/2004/21 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42).


ANNESS

L-Annessi I u V mar-Regolament BĊE/2001/13 qed jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Is-Sezzjoni IV f’Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 6a, il-kliem “jew l-‘*’” huma sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”;

(ii)

fl-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 7a, il-kliem “jew l-‘*’” huma sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”;

(iii)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 9a, il-kliem “jew l-‘*’” huma sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”.

(b)

Il-Parti 2 qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

fit-Tabella 3, intitolata “Klassifikazzjoni tal-Pajjż”:

taħt l-intestatura “B. Stati Membri oħra parteċipanti (i.e. eskluż is-settur domestiku) + parti minn Ċ. Il-Bqija tad-Dinja (Stati Membri)”, żewġ kolonni, intitolati “BG” u “RO”, rispettivament, jiddaħħlu wara l-aħħar kolonna. Kull ċella f’kull waħda minn dawn iż-żewġ kolonni hija mmarkata bis-simbolu “*”;

fil-kolonna intitolata “SI”, is-simbolu “#” huwa mħassar minn kull ċella;

fin-“Nota Ġenerali” il-kliem “jew l-‘*’” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”;

(ii)

fit-Tabella 4, intitolata “Klassifikazzjoni tal-valuta”:

taħt l-intestatura “Stati Membri valuti Other”, żewġ kolonni intitolati “BGN” u “RON”, rispettivament, jiddaħħlu wara l-aħħar kolonna. Kull ċella f’kull waħda minn dawn iż-żewġ kolonni hija mmarkata bis-simbolu “*”;

il-kolonna intitolata “SIT”, hija mħassra;

fin-“Nota Ġenerali” il-kliem “bis-simbolu ‘#’” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “‘#’ jew is-simbolu ‘*’”.

2.

L-Anness V qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi li ġejjin 1ċ, 1d u 1e qed jiddaħħlu:

“1c.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċellel immarkati bis-simbolu ‘*’ jibda b’data trimestrali għall-perijodu li jispiċċa Marzu 2007.

1d.

Jekk il-BĊN rilevanti jiddeċiedi li ma jitlobx l-ewwel rappurtar ta’ data mhux importanti data li tibda bid-data trimestrali għall-perijodu li jispiċċa Marzu 2007, ir-rappurtar jibda 12–il xahar wara li jinforma lill-aġenti tar-rappurtar li data hija meħtieġa.

1e.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward tal-kolonna intitolata ‘SI’ fit-Tabella 3, skond l-intestatura ‘B. Stati Membri oħra parteċipanti (i.e. esluż is-settur domestiku) + parti minn Ċ. Il-Bqija tad-dinja (Stati Membri)’, tibda b’data trimestrali għall-perijodu li jispiċċa Marzu 2007.”

(b)

Fil-paragrafu 2a il-kliem “jew l-‘*’” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “bis-simbolu ‘#’ jew ‘*’”.


Top