EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017HB0008
Recommendation of the European Central Bank of 31 March 2017 to the Council of the European Union on the external auditors of the Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (ECB/2017/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2017/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2017/8)
OJ C 120, 13.4.2017, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Marzu 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
(BĊE/2017/8)
(2017/C 120/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awtiduri esterni kurrenti tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’Entreprises, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
(3) |
In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażel lil Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Mazars Réviseurs d’entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA għandhom jinħatru bħala awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2017 sa 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Marzu 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI