EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015HB0045
Recommendation of the European Central Bank of 10 December 2015 to the Council of the European Union on the external auditors of Národná banka Slovenska (ECB/2015/45)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2015/45)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2015/45)
OJ C 425, 18.12.2015, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 425/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2015
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska
(BĊE/2015/45)
(2015/C 425/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015. |
(3) |
Národná banka Slovenska għażel lil Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 u 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2015 u 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI