EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0050

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja (CON/2014/50)

OJ C 244, 26.7.2014, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Lulju 2014

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja

(CON/2014/50)

2014/C 244/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-16 ta' Ġunju 2014 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja (1). Fl-4 ta' Lulju 2014, il-BĊE rċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Litwanja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Litwanja skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Lulju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2014) 325 final.

(2)  COM(2014) 447 final.


Top