EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018O0016
Guideline (EU) 2018/876 of the European Central Bank of 1 June 2018 on the Register of Institutions and Affiliates Data (ECB/2018/16)
Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16)
Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16)
OJ L 154, 18.6.2018, p. 3–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/10/2019
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/3 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/876 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta' Ġunju 2018
dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127(2) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iżomm id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD). Ir-RIAD huwa d-database kondiviż ta' dejta ta' referenza dwar unitajiet istituzzjonali legali u statistiċi oħrajn, li l-ġbir tagħhom jappoġġa proċessi tan-negozju madwar l-Eurosistema u t-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Ir-RIAD jiffaċilita l-integrazzjoni ta' varjetà ta' settijiet ta' dejta, b'mod partikolari billi jipprovdi identifikaturi komuni. Magħquda mad-dejta minn databases oħra bħad-Database Ċentralizzata dwar it-Titoli (CSDB), id-Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SHSDB) u d-database komuni fuq kreditu analitiku granulari (AnaCredit), id-dejta RIAD jirfdu analiżi u studji li jsostnu t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politika monetarja, l-iskoperta bikrija tar-riskji sistemiċi u t-twettiq ta' politiki makroprudenzjali u superviżjoni mikroprudenzjali. Id-dejta tar-RIAD tintuża wkoll biex tħejji listi uffiċjali ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet, istituzzjonijiet ta' statistika ta' ħlas istituzzjonijiet rilevanti u korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Ir-reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza għall-entitajiet tiġi pproċessata u rreġistrata fir-RIADmingħajr ħsara għall-proċeduri eżistenti. |
(2) |
Ir-RIAD fiha firxa wiesgħa ta' attributi fuq entitajiet individwali u relazzjonijiet bejn tali entitajiet li tippermetti d-derivazzjoni ta' strutturi tal-grupp. Dawn l-istrutturi, inkluż dak magħruf bħala “rabtiet mill-qrib”, jistgħu jkunu komposti b'mod differenti għal skopijiet ta' konsolidazzjoni jew ta' konsolidazzjoni prudenzjali. Dawn il-proċessi tad-dejta u analiżijiet relatati jappoġġaw il-kollateral u l-immaniġġjar tar-riskju, l-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni mikroprudenzjali. |
(3) |
Kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) bħalissa jipprovdi l-input tiegħu, u l-aġġornamenti fir-RIAD skont atti legali differenti tal-BĊE bħal Linja Gwida BĊE/2014/15 (1), ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (2) u r-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (3). Is-SEBĊ tuża wkoll id-dejta tal-karta tal-bilanċ irrapportata fil-qafas tal-istatistika monetarja u finanzjarja tal-BĊE fir-rigward tal-kontropartijiet tagħha kif definiti fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4). Fil-futur, il-BĊNi se jkunu meħtieġa wkoll li jagħtu l-kontribut tagħhom u jaġġornaw ir-RIAD fir-rigward ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji u entitajiet oħra, b'mod partikolari biex jappoġġaw lil AnaCredit. Il-BĊNi jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni kollha disponibbli għall-BĊE b'konformità mal-Impenn Pubbliku fl-Istatistika Ewropea mis-SEBĊ u l-Qafas ta' Kwalità tal-Istatistika tas-SEBĊ u l-proċeduri tal-garanzija tal-kwalità (5). |
(4) |
L-għan ta' din il-Linja Gwida huwa li tikkoordina aħjar ir-responsabbiltajiet ta' kull BĊN u kull qasam kummerċjali rilevanti ta' BĊN biex tiġi pprovduta, aġġornata u vvalidata d-dejta ta' referenza. |
(5) |
Il-kunfidenzjalità tad-data statistika miġbura skont l-atti legali msemmija f'din il-Linja Gwida għandha tiġi ssalvagwardjata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (6). Kull dejta ta' referenza li ma tinġabarx taħt il-qafas legali tas-SEBĊ għall-istatistika tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità fil-kuntratt mal-entità relevanti li tkun forniet id-dejta. |
(6) |
Dejta ta' referenza preċiża, f'waqtha u komprensiva dwar l-entitajiet u r-relazzjonijiet bejniethom hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-MSU. Għalhekk, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-governanza ġenerali tar-RIAD u li jiġu kkonsolidati r-rekwiżiti relatati mal-ġbir tad-dejta, il-ġestjoni tal-kwalità u d-disseminazzjoni skont din il-Linja Gwida fir-rigward tal-kompiti tas-SEBĊ indirizzati lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro kif ukoll, għal kompiti tal-MSU, taħt linja gwida separata indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. |
(7) |
Id-dejta ta' referenza rrappurtata bħalissa skont il-Linja Gwida BĊE/2014/15 għandha tiġi rrappurtata skont din il-Linja Gwida. Fil-futur, id-dejta ta' referenza rrappurtata skont il-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (7) u linji gwida oħra tal-BĊE, kif meqjus neċessarju, se jiġu rrapportati taħt din il-Linja gwida. |
(8) |
Ir-Rata ta' Imgħax Overnight Mhux Iggarantita tal-Euro li, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-20 ta' Settembru 2017 tiġi prodotta qabel l-2020, ser tiddependi wkoll fuq l-arrikkimenttal-LEIs irrapportati b'informazzjoni ta' referenza mir-RIAD. Minħabba l-kritikalità għolja u l-importanza tar-rata ġdida futura u l-pubblikazzjoni ppjanata ta' dejta addizzjonali relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48), il-BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jiżguraw il-kwalità u l-affidabilità ta' dik id-dejta. |
(9) |
Fl-interess ta' kooperazzjoni mill-qrib u effettiva fl-SEBĊ għall-immaniġġjar tar-RIAD, din il-Linja Gwida għandha tkun ikkumplimentata minn Rakkomandazzjoni biex tistieden lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro biex jikkontribwixxu b'mod attiv għar-rapportar tad-dejta u validazzjoni fir-RIAD u, fuq bażi reċiproka, jaqsmu dejta dwar l-entitajiet domestiċi tagħhom u jkollhom aċċess għad-database taż-żona tal-euro. |
(10) |
Barra minn dan, minħabba l-komplementarjetà bejn is-SEBĊ u l-MSU fl-ipproċessar u l-aġġornament tad-dejta dwar strutturi tal-grupp, ir-rekwiżiti rilevanti fir-rigward tal-kompiti tas-SEBĊ għandhom jiġu stabbiliti f'din il-Linja Gwida u r-rekwiżiti rilevanti fir-rigward tal-kompiti tal-MSU għandhom jiġu stabbiliti fil-Linja Gwida futura indirizzata lill-MSU. |
(11) |
Kwalunkwe dejta personali fir-RIAD għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 (8) u (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(12) |
Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi fl-annessi ta' dan il-Linja Gwida b'mod effettiv, imma dawn la għandhom jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar. |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u skop
1. Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-obbligi tal-BĊNi fir-rigward tar-rapportar tad-dejta ta' referenza lil, u l-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tad-dejta tar-RIAD, kif ukoll ċerti obbligazzjonijiet tal-BĊE fir-rigward ta' arranġamenti għaż-żamma tad-dejta.
2. Ir-RIAD għandu jkun is-sett tad-dejta kondiviż tas-SEBĊ ta' dejta ta' referenza dwar entitajiet individwali u r-relazzjonijiet bejniethom. Ir-RIAD għandu jiffaċilita l-integrazzjoni tas-CSDB, l-SHSDB u (minn meta jsir applikabbli l-obbligu tal-aġenti ta' rapportar, li jirrapportaw dejta taħt ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13)) l-AnaCredit,kif ukoll tas-settijiet ta' dejta ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet rilevanti għall-istatistika tal-ħlas u korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, forniti skont l-atti legali relevanti tal-BĊE dwar il-ħtiġijiet ta' rapportar statistiku ta' dawn l-entitajiet. B'dan ir-RIAD jippermetti lis-SEBĊ biex tikseb, fost l-oħrajn, skoperturi bankarji kkonsolidati u d-dejn tal-mutwatarji fuq bażi kkonsolidata.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“entità” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin: (i) unità legali; (ii) fergħa ta' unità legali; (iii) impriża ta' investiment kollettiv; u (iv) kull unità istituzzjonali li ma taqax taħt (i), (ii) jew (iii); |
(2) |
“unità legali” tfisser persuna legali li l-eżistenza tagħha hija rrikonoxxuta mil-liġi indipendentement mill-individwi jew l-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu proprjetarji tiegħu jew huma membri tiegħu, u persuna fiżika li hija involuta f'attività ekonomika minnha innifisha; |
(3) |
“persuna ġuridika” għandha l-istess tifsira bħal “entità ġuridika” kif iddefinita fil-punt 5 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); |
(4) |
“fergħa” tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta' unità legali inkorporata; |
(5) |
“sede prinċipali” tfisser entità li tikkontrolla waħda jew aktar mill-entitajiet mhux residenti mhux inkorporati; |
(6) |
“impriża ta' investiment kollettiv” jew “UCITS” għandha l-istess tifsira kif definita fil-punt 7 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(7) |
“unità istituzzjonali” għandha l-istess tifsira kif definita fil-paragrafi 2.12 u 2.13 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
(8) |
“intrapriża” għandha l-istess tifsira kif definita fit-Taqsima III A tal-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (12); |
(9) |
“grupp ta' intrapriżi” għandu l-istess tifsira kif definita fit-Taqsima III C tal-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93; |
(10) |
“grupp bankarju” tfisser grupp ta' entitajiet finanzjarji li jiffunzjona bħala entità ekonomika waħda permezz ta' sors komuni ta' kontroll minn istituzzjoni tal-kreditu jew kumpanija holding finanzjarja awtorizzata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma soġġetti għal konsolidazzjoni tal-kontabilità skont l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 10 (13); |
(11) |
“kontroll” għandu l-istess tifsira kif definita fil-punt 37 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(12) |
“data ta' referenza” tfisser kwalunkwe data prinċipali li tiddeskrivi entità individwali u r-relazzjonijiet tagħha ma' entitajiet oħra rreġistrati fir-RIAD; |
(13) |
“Kodiċi RIAD” tfisser l-identifikatur uniku maħluq mill-BĊN kompetenti jew mill-BĊE biex jidentifika entità rreġistrata fir-RIAD; |
(14) |
“kodiċi temporanju RIAD” tfisser identifikatur, b'format definit minn qabel li huwa differenti mill-format tal-kodiċi RIAD, assenjat jew mill-BĊNi jew mill-BĊE għal entità ġdida meta jiġi rreġistrat fir-RIAD sakemm Il-kodiċi RIAD huwa assenjat; |
(15) |
“BĊN kompetenti” tfisser il-BĊN responsabbli għall-entitajiet ta' ġestjoni fir-RIAD li huma residenti fl-Istat Membru tiegħu; |
(16) |
“awtorità nazzjonali kompetenti” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (14); |
(17) |
“regola ta' kompożizzjoni” tfisser l-ordni ta' prijorità għal kull attribut wieħed użat minn BĊN għal sorsi ta' data konfliġġenti; |
(18) |
“Ċentru tar-RIAD” tfisser ċentru ta' attività relatat ma' RIAD fis-SEBĊ użat għall-finijiet tal-Artikolu 3 ta' din il-Linja ta' Gwida; |
(19) |
“entità residenti” tfisser entità li hija residenti skont it-tifsira fil-punt 4 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
(20) |
“jum tax-xogħol” tfisser kwalunkwe jum għajr is-Sibt, il-Ħadd jew btala pubblika fil-BĊE jew l-Istat Membru kkonċernat; |
(21) |
“Identifikatur ta' Entità Ġuridika” jew “LEI” tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 (15) mogħti lil entità ġuridika; |
(22) |
“istituzzjoni finanzjarja monetarja” jew “MFI” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (16); |
(23) |
“fond ta' investiment” jew “IF” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (17); |
(24) |
“korporazzjoni ta' vettura finanzjarja” jew “FVC” għandha l-istess tifsira kif iddefinita f'punt (1) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (18); |
(25) |
“istituzzjonijiet rilevanti ta' statistika ta' pagament” jew “PSRI” huma fornituri ta' servizzi ta' ħlas, kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), u operaturi tas-sistema tal-ħlas, li huma definiti bħala entitajiet legali li huma legalment responsabbli għat-tħaddim ta' sistema ta' pagament; |
(26) |
“korporazzjoni tal-assigurazzjoni” (IC) għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (20); |
(27) |
“attribut”huma l-attributi li jridu jiġu rrapportati għas-settijiet ta' dejta stipulati fl-Annessi I u II ta' din il-Linja Gwida. |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IR-RIAD U DWAR IR-REĠISTRAZZJONI, MANUTENZJONI, REVIŻJONI U TRAŻMISSJONI TA' DEJTA TA' REFERENZA GĦAL ENTIJIET
Artikolu 3
Stabbiliment ta' ċentri ta' RIAD
1. Kull BĊN għandu jistabbilixxi ċentru lokali tar-RIAD, li jinkludi ċentri lokali ta' kompetenza, għarfien u l-operazzjonijiet tekniċi kollha relatati mad-dejta ta' referenza għall-entitajiet u l-istrutturi tal-grupp tagħhom.
2. Iċ-ċentri lokali tar-RIAD għandhom iwettqu l-funzjonijiet li ġejjin: (a) li jaġixxu bħala l-punt uniku ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha ta' dejta ta' referenza relatati ma' RIAD fl-Istat Membru rispettiv tagħhom; (b) biex jikkoordinaw attività ma' awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn fil-livell nazzjonali, maċ-ċentru ċentrali tar-RIAD u ma' ċentri oħra fis-SEBĊ, fuq bażi ta' sforzi raġonevoli, sabiex tiġi żgurata l-eżattezza, it-tempestività u l-konsistenza ta' dejta ta' referenza fuq l-entitajiet residenti kollha rreġistrati fir-RIAD, u (c) jiżguraw, fuq il-bażi ta' sforzi raġonevoli, l-użu konsistenti ta' identifikaturi għal entitajiet f'databases oħra sabiex tkun possibbli r-rabta u s-sinkronizzazzjoni tas-settijiet ta' dejta differenti.
3. Il-BĊE għandu jistabbilixxi ċentru ċentrali tar-RIAD, li għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin: (a) li jikkoordina x-xogħol taċ-ċentri lokali tar-RIAD, (b) li jissorvelja u, jekk meħtieġ, jipproponi emendi rigward il-qafas ta' governanza għal RIAD taħt din il-Linja Gwida, għall-kunsiderazzjoni mill-Kumitat tal-Istatistika, (c) li jivverifika l-kwalità tad-dejta, u (d) li jiġġestixxi dejta ta' referenza dwar entitajiet residenti f'pajjiżi terzi.
Artikolu 4
Reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza fir-RIAD
1. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jirreġistraw b'mod preċiż l-entitajiet rilevanti kollha fir-RIAD u għandhom b'mod konsistenti jirreferu għal entitajiet bħal dawn, irrispettivament mill-pajjiż ta' residenza tagħhom, permezz tal-kodiċi RIAD assenjat lilhom.
2. Il-BĊNi għandhom iżommu dejta ta' referenza dwar entitajiet li huma residenti fl-Istat Membru tagħhom u jiżguraw kemm jista' jkun ir-reġistrazzjoni preċiża tagħhom fir-RIAD skont il-perijodi ta' żmien preskritti, li l-BĊE għandu jagħmel disponibbli lill-BĊNi. Id-dejta ta' referenza għal entità tinkludi b'mod partikolari, isimha, l-Identifikatur tal-Entità Legali jew kwalunkwe identifikatur rilevanti ieħor, is-settur istituzzjonali u l-pajjiż ta' residenza, kif ukoll l-attribwiti obbligatorji oħra tad-dejta ta' referenza elenkati fl-Annessi I u II.
3. Il-BĊE għandu jiġġestixxi dejta ta' referenza għal entitajiet residenti f'pajjiżi terzi fuq bażi ta' sforzi raġjonevoli. Il-BĊE jista' jistabbilixxi arranġamenti bilaterali direttament ma' ċerti BĊN għal xi żoni barra l-Unjoni, eż. għal raġunijiet ta' għarfien espert tan-negozju u kompetenzi lingwistiċi.
4. Il-BĊN kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom fil-livell nazzjonali biex jiżguraw, sa fejn possibbli, li d-data ta' referenza dwar l-entitajiet residenti rilevanti kollha rreġistrati fir-RIAD tkun kompluta, preċiża u aġġornata. Għal dan il-għan, il-BĊNi jistgħu jużaw is-sorsi kollha disponibbli ta' informazzjoni li jidhrilhom xierqa, sakemm dik l-informazzjoni tista' tintuża għal dan il-għan u sa fejn stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2533/98, u fejn applikabbli, bla ħsara għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament.
5. Ir-RIAD jippermetti l-ipproċessar ta' informazzjoni dwar entitajiet u dwar kwalunkwe attribut individwali rilevanti pprovdut minn sors wieħed jew aktar. Jekk ikun hemm żewġ sorsi kontradittorji jew aktar, regola ta' kompożizzjoni għandha tikklassifika s-sorsi tad-dejta rilevanti. Il-BĊN kompetenti għandu jew jaċċetta din ir-regola ta' kompożizzjoni standard jew jiddeċiedi hu nnifsu l-ordni ta' prijorità tas-sorsi tad-data rilevanti. Jekk BĊN kompetenti jadotta ordni ta' prijorità differenti, għandu jirreġistrah fir-RIAD u l-BĊE għandu japprova l-ordni ta' prijorità l-ġdid. Għal kull attribut, tista' tiġi stabbilita regola ta' kompożizzjoni differenti mill-BĊN kompetenti, li tista' tbiddel ir-regola matul iż-żmien, jekk iqis li jkun xieraq. Il-BĊNi jistgħu jagħmlu ftehim mal-BĊE permezz taċ-ċentru ċentrali tar-RIAD dwar kwalunkwe kwistjoni ta' klassifikazzjoni, li jew il-BĊE jew il-BĊNi jikkunsidraw li huma potenzjalment kontroversjali, b'mod partikolari relatati mas-settur tal-MFI.
6. Bla ħsara għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, skont liema kwalunkwe dejta personali fir-RIAD għandha tiġi pproċessata, il-BĊNi m'għandhomx iħassru entitajiet irreġistrati fir-RIAD sabiex jiżguraw li jkun hemm rekord ta' entità u ċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Il-BĊE għandu jistabbilixxi proċedura biex jikkoreġi żbalji fattwali, u jagħmilha disponibbli għall-BĊNi.
7. Il-BĊNi kompetenti m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-użu ħażin tad-data minn kwalunkwe bank ċentrali ieħor tas-SEBĊ.
Artikolu 5
Assenjazzjoni u ġestjoni tal-kodiċi u l-identifikaturi tar-RIAD
1. Il-BĊNi kompetenti għandhom jassenjaw kodiċi RIAD lil kull entità residenti malli tiġi rreġistrata l-ewwel darba fir-RIAD. BĊN jew il-BĊE jistgħu jassenjaw kodiċi RIAD temporanju għal entitajiet mhux residenti li għadhom mhumiex identifikati fir-RIAD. Il-kodiċi RIAD u l-kodiċi RIAD temporanju għandhom jissodisfaw il-format meħtieġ, li l-BĊE għandu jagħmel disponibbli lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li kull kodiċi tar-RIAD li jassenjaw ikun esklussiv, sabiex il-kodiċi RIAD ma jirrigwardax aktar minn entità waħda, u ma jinbidilx maż-żmien. L-entitajiet għandhom jiġu identifikati unikament f'RIAD bil-kodiċi RIAD sabiex jiżguraw l-iskambju bla xkiel ta' dejta u kwalunkwe sistema ta' komunikazzjoni oħra bejn ir-RIAD u s-SEBĊ u bejn ir-RIAD u l-MSU.
3. Fil-każ ta' entitajiet irreġistrati b'kodiċi RIAD temporanju, il-BĊNi kompetenti għandhom jivvalutaw kodiċijiet idduplikati potenzjali u jassenjaw kodiċi RIAD mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol tat-tieni xahar wara d-data li fiha li tkun ġiet irċevuta l-lista ta' duplikati potenzjali ġġenerati awtomatikament minn RIAD.
4. Il-BĊE għandu jassenja l-kodiċi RIAD u jipproċessa d-dejta ta' referenza meħtieġa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-RIAD.
5. L-entitajiet irreġistrati fir-RIAD jista' jkollhom identifikaturi multipli jew “psewdonimi”. Meta jirrapportaw informazzjoni dwar attribut, il-BĊNi għandhom jirreġistraw it-tip ta' identifikatur (jew id-deskrizzjoni tiegħu, jekk permess, meta t-tip ta' identifikatur ma jkunx inkluż fil-lista predefinita tat-tipi ta' identifikaturi fir-RIAD) u l-kodiċi korrispondenti. Il-BĊNi għandhom jiżguraw ukoll li din l-informazzjoni tiġi rrappurtata lill-RIAD fil-format meħtieġ, li l-BĊE għandu jagħmel disponibbli lill-BĊNi.
Artikolu 6
Reġistrazzjoni ta' avvenimenti demografiċi, bidliet fis-settur u azzjonijiet korporattivi fir-RIAD
1. Il-BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirreġistraw l-avvenimenti demografiċi kollha relatati ma' entitajiet li d-data ta' referenza tagħhom hija rreġistrata fir-RIAD. Dawn l-avvenimenti għandhom jinkludu:
(a) |
id-data tat-twelid ta' entità; |
(b) |
id-data tal-għeluq ta' entità; |
(c) |
id-data li fiha entità ssir inattiva. |
2. Il-BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirrappurtaw il-ħolqien ta', jew aġġornamenti b'konnessjoni ma', attributi akkumpanjati mill-firxa ta' valuri ta' validità korrispondenti.
3. Il-BĊNi kompetenti għandhom jirrappurtaw kull aġġornament b'rabta ma' klassifikazzjoni mill-ġdid tas-settur ta' entità skont l-Anness I jew hekk kif jiksbu għarfien tal-bidla jew fuq bażi ta' kuljum jekk il-bidla tkun fir-rigward ta' klassifikazzjoni mill-ġdid ta' MFI, kemm jekk mhux MFI preċedenti jsir MFI jewinkella MFI issir mhux MFI.
Il-BĊNi kompetenti għandhom jipprovdu lill-BĊE spjegazzjoni bil-miktub dwar kwalunkwe dewmien bejn l-okkorrenza ta' klassifikazzjoni mill-ġdid tal-MFI u r-reġistrazzjoni tagħha fir-RIAD.
4. Il-BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirrapportaw l-azzjonijiet korporattivi kollha li jaffettwaw l-istatus ta' entità, bħat-twelid, modifika (eż. meta entità ssir inattiva) jew l-għeluq ta' dik l-entità.
Il-BĊNi kompetenti għandhom jirrapportaw l-azzjonijiet korporattivi li ġejjin fir-rigward tal-entitajiet residenti elenkati fl-Anness I fir-RIAD malli jiksbu għarfien dwarhom skont il-qafas ta' żmien stabbilit fil-Kapitolu VI:
(a) |
fużjonijiet permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida kif definita fl-Artikolu 90 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); |
(b) |
fużjonijiet b'akkwist kif iddefinit fl-Artikolu 89 tad-Direttiva (UE) 2017/1132; |
(c) |
diviżjonijiet b'akkwist kif iddefinit fl-Artikolu 136 tad-Direttiva (UE) 2017/1132; |
(d) |
diviżjonijiet bil-formazzjoni ta' kumpanniji ġodda kif iddefiniti fl-Artikolu 155 tad-Direttiva (UE) 2017/1132; |
(e) |
ċessjoni ta' sussidjarja. |
Artikolu 7
Politika ta' manutenzjoni u reviżjoni
Il-BĊNi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-attributi kollha jinżammu u jinżammu aġġornati fuq bażi kontinwa. Il-manutenzjoni għandha tinkludi reviżjonijiet f'waqthom u effettivi għall-attributi tad-dejta.
Artikolu 8
Standards ta' trażmissjoni
1. Il-proċess għat-tlugħ tad-data fir-RIAD huwa deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tal-iskambju tad-dejta li l-NCBs għandhom aċċess għalihom. Il-BĊNi għandhom itellgħu informazzjoni jew permezz tal-faċilità standard tas-SEBĊ jew permezz ta' aġġornamenti online.
2. Qabel it-trażmissjoni tad-dejta lil RIAD, il-BĊNi għandhom iwettqu kontrolli ta' validazzjoni biex jiżguraw li d-dejta rilevanti tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskambju tad-dejta. Il-BĊNi għandhom iżommu sett adegwat ta' kontrolli biex jimminimizzaw l-iżbalji operattivi u jiżguraw l-eżattezza u l-konsistenza tad-dejta rreġistrata fir-RIAD.
3. Fejn il-BĊN ma jkollhomx aċċess għal RIAD minħabba falliment tekniku, huma għandhom jużaw il-faċilità ta' kontinġenza maħsuba għal dik l-eventwalità jew jittrażmettu d-dejta bil-posta elettronika fl-indirizz li ġej: RIAD-Support@ecb.europa.eu. Il-BĊNi għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tad-dejta mibgħuta bl-email skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
4. Meta tittrażmetti d-dejta, il-BĊNi jistgħu jużaw is-sett ta' karattri nazzjonali tagħhom, sakemm jużaw l-alfabet Ruman. Għandhom jużaw l-Unicode (UTF-8) biex juru b'mod korrett is-settijiet kollha tal-karattri speċjali meta jirċievu informazzjoni mill-BĊE permezz tar-RIAD.
Artikolu 9
Rikonoxximenti ta' akkwist u żball
Meta dejta ġdida tiġi rreġistrata fir-RIAD, il-verifiki jkunu ġġenerati awtomatikament biex tiġi vvalidata l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta abbażi tal-istandards miftiehma u r-regoli ta' validazzjoni. Il-BĊE għandu jipprovdi lill-BĊNi backflow awtomatizzat inkluż:
(a) |
rikonoxximent tal-akkwist li jkun fih informazzjoni sommarja dwar l-aġġornamenti li ġew ipproċessati u implimentati b'suċċess fid-database rilevanti; u/jew |
(b) |
rikonoxximent ta' żball li fih informazzjoni ddettaljata fuq l-aġġornamenti u l-verifiki ta' validazzjoni li fallew. |
Malli jirċievu konferma li jkun sar żball, il-BĊNi għandhom jieħdu azzjoni minnufih biex jittrażmettu l-informazzjoni kkoreġuta.
KAPITOLU III
KUNFIDENZJALITÀ
Artikolu 10
Kunfidenzjalità tal-valuri tal-attributi
1. Skont ir-reġim ta' kunfidenzjalità stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, dejta ta' referenza kunfidenzjali m'għandhiex tiġi ppubblikata. L-informazzjoni statistika meħuda minn sorsi li huma disponibbli għall-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u l-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD normalment tiġi ppubblikata mill-entitajiet legali li għalihom tirrelata. Kwalunkwe dejta ta' referenza mhux miġbura taħt il-qafas legali għall-istatistika tas-SEBĊ għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stipulati fil-kuntratt mal-entità relevanti li tkun forniet id-dejta.
2. Il-BĊNi għandhom jiddikjaraw l-istatus ta' kunfidenzjalità ta' kull valur ta' attribut li jiddeskrivi entità billi jingħażel wieħed mill-valuri definiti minn qabel:
(a) |
“F” jfisser ħieles, jiġifieri mhux kunfidenzjali u jista' jsir pubbliku; |
(b) |
“N” jfisser li valur ta' attribut jista' jiġi rilaxxat biss għall-użu tas-SEBĊ u ta' istituzzjonijiet li għalihom hemm fis-seħħ memorandum ta' ftehim, jiġifieri mhux għal rilaxx estern; jew |
(c) |
“C” jfisser informazzjoni kunfidenzjali. |
3. Il-BĊE għandu jittratta l-informazzjoni pprovduta li tipproteġi l-kunfidenzjalità b'mod xieraq, sabiex il-BĊE ma jippubblikax dejta mmarkata bħala “C” jew “N”. Fir-rigward ta' miżuri kwantitattivi mmarkati bħala “C” jew “N”, il-BĊE jista', madankollu, jippubblika jew iqassam firxa ta' klassijiet ta' daqs.
4. Il-LEI għandu dejjem ikollu l-valur “F”.
5. L-attributi li ġejjin għandhom dejjem ikollhom il-valur “F” għal entitajiet b'LEI:
(a) |
isem; |
(b) |
address. |
6. L-attributi li ġejjin għandhom dejjem ikollhom il-valur “F” għall-entitajiet elenkati fl-Anness I:
(a) |
isem; |
(b) |
settur istituzzjonali. |
KAPITOLU IV
ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA
Artikolu 11
Kwalità u sinkronizzazzjoni tad-dejta
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' verifika tal-BĊE skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 u r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (ECB/2013/33), il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni kollha magħmula disponibbli għall-BĊE skont il-prinċipji applikabbli għall-governanza tal-istatistika u l-qafas tal-garanzija ta' kwalità kif ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
2. Minħabba l-integrazzjoni ppjanata tad-databases, il-BĊNi għandhom jiżguraw li d-data ta' referenza tkun adegwata, kompluta u konsistenti. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw is-sinkronizzazzjoni tad-dejta ta' referenza użata f'databases differenti.
3. Fil-każ ta' fehmiet diverġenti dwar, pereżempju, l-identifikazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' entitajiet jew materji oħra li jaffettwaw il-ġestjoni tal-kwalità tad-data, il-BĊE għandu jieħu deċiżjoni wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ.
4. Fi żmien sena mill-adozzjoni ta' din il-Linja Gwida, il-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ għandu jistabbilixxi proċeduri għall-assigurazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inkluż rapport dwar il-kwalità tar-RIAD. Għandu mbagħad jirrevedi l-proċeduri f'intervalli regolari ta' tliet snin.
KAPITOLU V
KOOPERAZZJONI MA' AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA LI MA JKUNUX BĊNi
Artikolu 12
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra minbarra l-BĊNi
1. Fejn is-sorsi tad-dejta kollha jew parti minnha msemmija fil-Kapitolu II, VI u VII jaqgħu fil-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali li mhumiex il-BĊNi, il-BĊNi għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni permanenti ma' dawk l-awtoritajiet li jiżguraw trażmissjoni ta' dejta konformi mal-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti f'din il-Linja Gwida, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġa' ntlaħaq abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti. Fejn applikabbli, dawn l-arranġamenti jistgħu jkunu fil-forma ta' memoranda ta' ftehim ma' istituti statistiċi nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew awtoritajiet nazzjonali oħra.
2. Meta fil-kors ta' din il-kooperazzjoni BĊN ma jkunx jista' jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II, VI and VII għax l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bid-dejta jew l-informazzjoni neċessarja, il-BĊE u l-BĊN għandhom jirrevedu l-kwistjoni flimkien ma' dik l-awtorità nazzjonali bil-għan li jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun disponibbli fil-ħin.
3. Meta s-sorsi tal-informazzjoni statistika indikata bħala kunfidenzjali jkunu l-awtoritajiet kompetenti minbarra l-BĊNi, din l-informazzjoni għandha tintuża mill-BĊE b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TAD-DATA TA' REFERENZA GĦALL-ENTITAJIET
Artikolu 13
Pubblikazzjoni ta' listi ta' entitajiet
Il-BĊE għandu jippubblika listi ta' entitajiet:
(a) |
sa fejn u bil-mod permess mir-regolamenti statistiċi rilevanti msemmija f'dan il-Kapitolu; u |
(b) |
skont il-klassifikazzjoni tas-settur istituzzjonali ddefinita fl-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013. |
Artikolu 14
Reġistrazzjoni ta' data ta' referenza għal MFIs
1. Sabiex jippermettu t-twaqqif u l-manutenzjoni tal-lista ta' MFIs imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Parti 1 u 2 tal-Anness I ta' din il-Linja ta' Gwida fl-intervalli preskritti.
2. BĊN għandu jirreġistra fir-RIAD jekk istituzzjoni fil-lista ta' MFIs tkun ristretta fl-attivitajiet tagħha ta' intermedjazzjoni finanzjarja, eż. fl-aċċettazzjoni ta' depożiti jew l-għoti ta' self, b'mod partikolari qabel il-likwidazzjoni u/jew it-tneħħija tiegħu mis-settur tal-MFI.
3. Il-BĊE jista' perjodikament jitlob iktar informazzjoni mill-BĊN rilevanti, għal liema talba l-BĊN relevanti għandu jwieġeb minnufih bl-informazzjoni mitluba, sabiex jippermetti lill-BĊE jimmonitorja jekk id-dejta tar-RIAD tkunx konsistenti mal-klassifikazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' MFIs.
4. Fejn MFI hija fergħa, ir-relazzjoni tagħha mas-sede tagħha mhux residenti għandha tiġi rreġistrata fir-RIAD. Bil-maqlub, fejn MFI hija sede, ir-relazzjonijiet tagħha mal-fergħat tagħha residenti fi Stati Membri oħra li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD.
5. Il-BĊNi għandhom jirreġistraw fil-RIAD, fejn possibbli, aġġornamenti tal-attributi speċifikati għall-MFIs fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, malli jsiru bidliet fis-settur tal-MFI, jew fl-attributi tal-MFIs eżistenti. Jekk dan mhux possibbli, il-BĊNi għandhom jipprovdu lill-BĊE bi spjegazzjoni bil-miktub tad-dewmien bejn l-okkorrenza tal-bidla u r-reġistrazzjoni tagħha fir-RIAD.
Artikolu 15
Reġistrazzjoni ta' data ta' referenza għal IFs
1. Sabiex tkun tista' tiġi stabbilita u miżmuma lista ta' IFs għall-finijiet statistiċi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I ta' din il-Linja Gwida fl-intervalli speċifikati.
2. Ir-relazzjonijiet bejn IFs u kumpanniji ta' ġestjoni, u bejn sotto-fond u fond umbrella għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD, kif applikabbli.
3. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe aġġornamenti għall-attributi speċifikati għal IFs fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, b'mod partikolari meta IF tingħaqad jew tħalli l-popolazzjoni IF, u jirreġistrawhom fir-RIAD għallinqas fuq bażi trimestrali, fi żmien xahrejn wara tmiem it-trimestru. Madankollu, l-attribut tal-valur tal-assi nett għandu jiġi aġġornat għall-IFs kollha fuq bażi annwali, fi żmien xahrejn mid-data ta' referenza tat-tmiem tas-sena.
Artikolu 16
Reġistrazzjoni ta' data ta' referenza għal FVCs
1. Sabiex jippermettu l-istabbiliment u ż-żamma tal-lista tal-FVCs imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Parti 1 u 2 tal-Anness I fl-intervalli preskritti.
2. Ir-relazzjonijiet bejn il-FVCs u l-kumpanniji ta' ġestjoni u l-oriġinaturi għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD, kif applikabbli.
3. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe aġġornamenti tal-attributi speċifikati għall-FVCs fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, b'mod partikolari meta FVC tissieħeb jew tħalli l-popolazzjoni tal-FVCs, u tirreġistrahom fir-RIAD tal-anqas fuq bażi trimestrali, fi żmien 14-il jum tax-xogħol wara t-tmiem tat-trimestru.
Artikolu 17
Reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza għal PSRIs
Sabiex jippermettu t-twaqqif u ż-żamma tal-lista tal-PSRI msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/43) (22), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Parti 1 tal-Anness I ta' din il-Linja Gwida fl-intervalli preskritti. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw kwalunkwe aġġornamenti għal dawn l-attributi, b'mod partikolari, meta PSRI jingħaqad jew jitlaq mill-popolazzjoni tal-PSRI, u jirreġistrawhom fir-RIAD fl-aħħar tas-sena, fi żmien tliet xhur wara tmiem is-sena.
Artikolu 18
Reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza għall-ICs
1. Sabiex jippermettu l-istabbiliment u ż-żamma tal-lista tal-ICs imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50), il-BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi speċifikati fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I ta' din il-Linja Gwida fl-intervalli preskritti. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw kwalunkwe aġġornamenti ta' dawn l-attributi, b'mod partikolari meta l-popolazzjoni IC tingħaqad jew tħalli l-popolazzjoni tal-ICs, u tirreġistrahom fir-RIAD għallinqas fuq bażi trimestrali, fi żmien xahrejn wara kull tmiem ta' trimestru.
2. Fejn IC hija fergħa, ir-relazzjonijiet tagħha mas-sede mhux residenti tagħha għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD. Bil-maqlub, fejn IC hija sede, ir-relazzjonijiet tagħha mal-fergħat tagħha residenti fi Stati Membri oħra li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu rreġistrati fir-RIAD.
Artikolu 19
Pubblikazzjoni regolari ta' settijiet ta' dejta
1. Sas-18.00 CET ta' kull ġurnata tax-xogħol, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett tad-dejta MFI disponibbli fuq il-websajt tiegħu.
2. Sas-18.00 CET fir-raba' jum tax-xogħol wara l-iskadenza għat-trażmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett tad-dejta IF disponibbli fuq il-websajt tiegħu.
3. Sat-18.00 CET fit-tieni jum tax-xogħol wara l-iskadenza għat-trażmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett tad-dejta FVC disponibbli fuq il-websajt tiegħu.
4. Sat-18.00 CET fl-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar wara x-xahar li fih għandu jibgħat l-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett tad-dejta ta' PSRI disponibbli fuq il-websajt tiegħu.
5. Sat-18.00 CET fir-raba' jum tax-xogħol wara x-xahar tal-iskadenza għat-trażmissjoni tal-aġġornamenti, il-BĊE għandu jagħmel kopja tas-sett tad-dejta tal-IC disponibbli fuq il-websajt tiegħu.
KAPITOLU VII
DEJTA TA' REFERENZA RILEVANTI DWAR ENTIJIET GĦAL SETTIJIET TAD-DEJTA U GRUPPI MHUX IPPUBBLIKATI
Artikolu 20
Dejta ta' referenza rilevanti dwar entitajiet għal settijiet tad-dejta mhux ippubblikati
Minbarra d-dejta meħtieġa għal-listi ppubblikati ta' entitajiet, settijiet ta' dejta addizzjonali li mhumiex ippubblikati jużaw ukoll dejta ta' referenza dwar entitajiet. Ħarsa ġenerali lejn l-attributi rilevanti għal dawn is-settijiet ta' dejta hija stabbilita fl-Anness II. L-Artikoli 21 sa 28 jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għar-rapportar tal-attributi msemmija fl-Anness II. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jiżguraw il-kompletezza u l-konsistenza tad-data ta' referenza f'diversi settijiet ta' dejta.
Artikolu 21
Statistika dwar Oġġetti tal-Karta tal-Bilanċ Individwali (“iBSI”) u Rata ta' Imgħax Individwali MFI (“iMIR”)
Il-BĊNi kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-bord ta' istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro li għalihom id-dejta iBSI jew iMIR għandha tiġi rrapportata minn BĊNi lill-BĊE skont il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tiġi rreġistrata b'mod preċiż fir-RIAD. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-BĊNi dwar il-kompożizzjoni tal-bord. Il-BCNi għandhom jagħmlu l-emendi neċessarji għall-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD jekk l-isħubija tal-bord tiġi affettwata.
Artikolu 22
Dejta ta' referenza rilevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48)
BĊNi kompetenti għandhom jiżguraw li d-dejta ta' referenza għal entitajiet li huma identifikati ma' LEIs rilevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġu rreġistrati fir-RIAD. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li jirreġistraw kwalunkwe dejta ta' referenza nieqsa fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn notifika mill-BĊE għal dejta rilevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). Il-BĊE għandu jinnotifika għall-ipproċessar tal-LEIs għad-dejta rilevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) kull ġimgħa. Il-BĊN kompetenti għandhom ikomplu jaġġornaw id-dejta ta' referenza tal-kontroparti relevanti għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) għal entitajiet li huma rreġistrati fir-RIAD, hekk kif isiru jafu dwar bidla għal attribut wieħed jew aktar tad-dejta.
Artikolu 23
Dejta ta' referenza rilevanti għall-ġestjoni tal-kollateral
BĊNi kompetenti għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta ta' referenza għal entitajiet rilevanti għal skopijiet ta' ġestjoni kollaterali u għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi kollha li huma elenkati fl-Anness II rilevanti għal entitajiet bħal dawn, sabiex il-BĊNi kompetenti jivverifikaw kif jixraq il-konformità mill-kontropartijiet tal-politika monetarja mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rabtiet mill-qrib stabbiliti fit-Titolu VIII tal-Parti Erbgħa fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Din id-dejta għandha tiġi pproċessata u rreġistrata fir-RIAD skont il-proċeduri eżistenti.
Artikolu 24
Dejta ta' referenza rilevanti għas-Sistema tat-Tmexxija tat-Teżor (TMS)
BĊNi kompetenti għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirreġistraw fir-RIAD l-attributi kollha elenkati fl-Anness II għal entitajiet rilevanti għat-TMS. Il-BĊE huwa responsabbli biex jassenja l-identifikatur TMS lil entitajiet rilevanti għat-TMS. Din id-dejta għandha tiġi pproċessata u rreġistrata fir-RIAD skont il-proċeduri eżistenti.
Artikolu 25
Dejta ta' referenza rilevanti għal SHSDB
BĊNi kompetenti għandhom jirreġistraw fir-RIAD l-attributi kollha elenkati fl-Anness II għall-kontropartijiet rilevanti għall-SHSDB skont ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/22) (23) u Linja Gwida (BĊE/2013/7) (24). Il-BĊNi għandhom jiżguraw li entitajiet bħal dawn ikunu marbuta mal-SHSDB permezz ta' identifikatur tal-entità komuni u stabbli li jkopri entitajiet bħal dawn fis-setturi kollha.
Artikolu 26
Dejta ta' referenza rilevanti għas-CSDB
Il-BĊNi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirreġistraw fir-RIAD l-attributi kollha elenkati fl-Anness II għall-emittenti ta' titoli residenti fil-pajjiż tagħhom li huma rreġistrati fis-CSDB skont il-Linja Gwida BĊE/2012/21 (25). Il-BĊNi għandhom jiżguraw li entitajiet bħal dawn ikunu marbuta mas-CSDB permezz ta' identifikatur ta' entità stabbli u komuni li jkopri l-entitajiet bħal dawn fis-setturi kollha.
Artikolu 27
Dejta ta' referenza rilevanti għal AnaCredit
Il-BĊNi għandhom jiżguraw li d-dejta ta' referenza għall-kontropartijiet rilevanti għal AnaCredit skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u fil-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) tiġi rreġistrata fir-RIAD. L-Anness II jipprovdi ħarsa ġenerali tal-attributi rilevanti li huma meħtieġa skont dak ir-Regolament u dik il-Linja Gwida, inkluża l-identifikazzjoni unika tal-kontropartijiet residenti kollha fir-RIAD.
Artikolu 28
Reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza fuq gruppi
1. BĊNi għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni ta' dejta ta' referenza relattiva meħtieġa għar-rapportar tad-dejta għall-SHSDB skont ir-Regolament (UE) 2016/1384 (BĊE/2016/22), għal AnaCredit skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u għall-valutazzjoni ta' rabtiet mill-qrib skont il-Linja ta' Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Din l-informazzjoni dwar id-dejta ta' referenza tar-relazzjoni tippermetti l-kostruzzjoni dinamika ta' strutturi tal-grupp mis-sistema.
2. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw informazzjoni statistika dwar gruppi bankarji fil-livell tal-unitajiet legali, inkluż kwalunkwe entità (il-kumpannija parent diretta jew is-sussidjarja diretta) li jappartjenu lill-grupp bankarju li huma stabbiliti barra ż-żona tal-euro.
3. Il-BĊNi jistgħu jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni dwar entitajiet mhux ikkontrollati.
4. Il-BĊNi jistgħu jtemmu l-informazzjoni tal-gruppi billi jirreġistraw kwalunkwe tip ieħor ta' membri tal-grupp u entitajiet dipendenti u għandhom fuq bażi raġonevoli ta' sforz iżommu l-informazzjoni aġġornata.
5. Fil-każ ta' informazzjoni konfliġġenti dwar entitajiet li jappartjenu għal struttura ta' grupp, il-BĊN(i) kompetenti għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-gwida tal-BĊN tal-pajjiż li fih il-kap tal-grupp huwa residenti.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 29
Proċedura ta' emenda simplifikata
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jagħmel kwalunkwe emendi tekniċi fl-annessi ta' din il-Linja Gwida, sakemm emendi bħal dawn la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas jaffettwaw il-piż tar-rapportar fuq aġenti ta' rapportar fl-Istati Membri. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din.
Artikolu 30
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 31
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(4) Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(5) It-tnejn ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).
(7) Ir-Regolament (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 12, p. 10).
(13) Standard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Il-Fondazzjoni IFRS.
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63)
(15) Disponibbli fis-sit elettroniku tal-International Organization for Standardizations (ISO) fuq www.iso.org.
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).
(19) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).
(21) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(22) Ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18)
(23) Ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22) (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 24).
(24) Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 tat-22 ta' Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 17).
(25) Il-Linja Gwida BĊE/2012/21 tas-26 ta' Settembru 2012 dwar il-qafas ta' mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta' Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (ĠU L 307, 7.11.2012, p. 89).
ANNESS I
REĠISTRU TA' DEJTA TA' ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) — LISTI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI
PARTI 1
Attributi li għandhom jiġu rrappurtati għal settijiet tad-dejta miżmuma għall-pubblikazzjoni
Isem tal-attribut (1) |
Rilevanti fil-kuntest tal-lista ta' |
|||||||||||
MFIs |
IFs |
FVCs |
PSRIs (1) |
ICs |
||||||||
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
|||
|
||||||||||||
Identifikaturi |
||||||||||||
|
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
|
M |
d |
O |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
|
O |
d |
|
|
O |
q |
|
|
|
|
||
|
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
|
O |
d |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
O |
m |
M |
q |
M |
q |
|
|
O |
q |
||
Isem |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Pajjiż ta' residenza |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Indirizz (***) |
M |
d |
O |
q |
O |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Forma legali (***) |
M |
d |
O |
q |
O |
q |
O |
a |
O |
q |
||
Marka [Flag] elenkat |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
O |
a |
M |
q |
||
Tip ta' superviżjoni |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Rekwiżiti ta' rapportar |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Tip ta' liċenzja bankarja |
M |
d |
|
|
|
|
O |
a |
|
|
||
Struttura legali |
|
|
M |
q |
|
|
|
|
|
|
||
Marka konformità UCITS |
|
|
M |
q |
|
|
|
|
|
|
||
Marka Sub-fond |
|
|
M |
q |
|
|
|
|
|
|
||
Tip ta' trasferiment |
|
|
|
|
M |
q |
|
|
|
|
||
Tip ta' Fondi ta' Investiment |
|
|
M |
q |
|
|
|
|
|
|
||
Politika ta' investiment għall-IFs |
|
|
M |
q |
|
|
|
|
|
|
||
Marka Ħlas fornitur tas-servizz (PSP) |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
Marka Ħlas tal-Operatur tas-sistema |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
Marka PSP żgħir |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
Marka Deroga PSP mogħtija |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
Tip ta' liċenzja PSP |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
Ambitu Ġeografiku PSP |
|
|
|
|
|
|
M |
a |
|
|
||
|
||||||||||||
Settur istituzzjonali |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Dettalji tas-Settur istituzzjonali |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Kontroll tas-settur istituzzjonali |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Kodiċi NACE |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
O |
a |
M |
q |
||
Pożizzjoni ġeografika (NUTS) (***) |
M |
d |
O |
q |
O |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Impjiegdomestiku (1) |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
||
Total karta tal-bilanċ (Regolament BĊE) domestiku (1) |
M |
a |
|
|
|
|
|
|
O (2) |
a |
||
Assi netti domestiċi (1) |
O |
a |
M |
a |
|
|
|
|
|
|
||
Primjums grossi meħuda domestiċi (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
M |
a |
||
Impjieg totali (2) |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
O |
a |
||
Total tal-karta tal-bilanċ (2) |
M |
a |
O |
a |
O |
a |
|
|
O (2) |
a |
||
Primjums grossi meħuda (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
M |
a |
||
|
||||||||||||
Data ta' twelid |
O |
d |
O |
q |
O |
q |
O |
a |
O |
q |
||
Data ta' għeluq |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Marka “IsInactive” |
M |
d |
M |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Marka “taħt likwidazzjoni” |
M |
d |
O |
q |
M |
q |
M |
a |
M |
q |
||
Kontropartijiet meħtieġa |
||||||||||||
Oriġinatur ta' FVC |
|
|
|
|
M |
q |
|
|
|
|
||
Kumpannija ta' ġestjoni (kif japplika) |
|
|
M |
q |
M |
q |
|
|
|
|
||
Sede |
M |
d |
|
|
|
|
|
|
M |
q |
||
Rilevanza: M (obbligatorju), O (fakoltattiv), vojt (ma japplikax). Frekwenza: a (annwali), q (trimestrali), m (mensili), d (kuljum/kif ikun hemm bidla). Skeda taż-żmien: għal dejta annwali hija (jekk mhux speċifikata x'imkien ieħor) xahar wara d-data ta' referenza. |
PARTI 2
Tipi ta' relazzjonijiet bejn l-entitajiet
|
Tip |
Frekwenza ta' aġġornament |
1. Relazzjonijiet fi ħdan impriża |
||
Relazzjoni bejn unità(jiet) legali u impriża. |
O |
— |
2. Relazzjonijiet ġewwa grupp ta' impriża |
||
Relazzjoni ta' kontroll bejn l-unitajiet legali |
M (c) |
q |
Relazzjoni ta' sjieda (mhux ikkontrollata) bejn l-unitajiet legali |
O |
q |
3. Relazzjonijiet oħra |
||
Ness bejn oriġinatur u l-FVC tiegħu |
M |
q |
Ness bejn kumpannija ta' ġestjoni u l-FVC/IF tagħha (f) (***) |
M |
q |
Ness bejn fergħa mhux residenti u s-sede residenti tagħha |
M |
q (d) |
Ness bejn fergħa residenti u s-sede mhux residenti tagħha |
M |
q |
Ness bejn subfond u fond umbrella (***) |
M |
q |
M |
m |
(+) |
bl-esklużjoni ta' friegħi mhux residenti (jew sede). |
(++) |
inklużi friegħi mhux residenti (jekk japplika) |
(***) kif japplika.
(1) Jekk jogħġbok innota li l-lista ta' statistiki ta' ħlas ta' istituzzjonijiet rilevanti (PSRIs) jistgħu jikkoinċidu mal-lista ta' MFIs.
(2) Dan għandu jiġi rrappurtat għall-inqas għal waħda mill-varjabbli skont is-sistema tal-ġbir tad-data.
(c) għal “gruppi bankarji” biss bis-sede prinċipali fiż-żona tal-euro u għall-kontropartijiet ikkontemplati mir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); inkella fakoltattiv.
(d) tal-inqas trimestrali, skont is-settur.
(e) għall-entitajiet tal-AnaCredit rilevanti biss.
(f) ħlief għal entitajiet awtoġestiti.
(***) kif japplika.
ANNESS II
REĠISTRU TAD-DEJTA TA' ISTITUZZJONIJIET U AFFILJATI (RIAD) — LISTI MHUX GĦALL-PUBBLIKAZZJONI
L-attributi għandhom jiġu rrappurtati għal settijiet tad-dejta skont il-qafas legali rispettiv tagħhom imsemmi fil-Kapitolu VII ta' din il-Linja Gwida
Isem tal-attribut |
Statistiki BSI u MIR individwali (iBSI-iMIR) |
Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) |
Entitajiet rilevanti għall-Ġestjoni Kollaterali |
Sistema tal-Ġestjoni tat-Teżor (TMS) |
Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli (SHSDB) (1) |
Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (CSDB) |
Komuni Granulari (mikrodejta) Database tal-kreditu analitika (AnaCredit) (2) |
||
Identifikaturi tal-Entità |
|||||||||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
x |
x |
|
x |
x |
x |
||
|
|
|
x |
|
x |
x |
x |
||
|
|
|
x |
x |
x |
x |
x |
||
Identifikatur tal-istrument |
|||||||||
|
|
|
|
|
x |
x |
|
||
Isem |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Pajjiż ta' residenza |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Indirizz |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Forma legali |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Settur istituzzjonali |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Dettalji tas-Settur istituzzjonali |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Kontroll tas-settur istituzzjonali |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Grupp kollaterali |
|
|
x |
|
|
|
|
||
Kodiċi NACE |
|
|
|
|
x |
x |
x |
||
Pożizzjoni ġeografika (NUTS) |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Flag CCP |
|
x |
|
|
|
|
|
||
Rekwiżiti ta' rapportar |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Qafas ta' Kontabbiltà |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Impjieg totali |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Karta tal-bilanċ totali |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Daqs tal-impriża |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Fatturat Annwali |
|
|
|
|
|
|
x |
||
Status tal-proċeduri legali |
|
|
|
|
|
|
x |
||
|
|||||||||
Data ta' twelid |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Data tal-għeluq |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
Marka “IsInactive” |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
||
|
|||||||||
Relazzjonijiet |
|||||||||
|
|
|
x |
|
|
|
|
||
|
|
|
x |
|
|
|
|
||
Ness |
|||||||||
|
|
|
|
|
x |
|
x |
||
|
|
|
|
|
x |
|
x |
||
|
|
|
|
|
x |
|
x |
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
(1) Il-lista ta' attributi obbligatorji għar-rwoli rilevanti tal-kontroparti tal-SHSDB hija speċifikata fl-atti legali rispettivi.
(2) Il-lista ta' attributi obbligatorji għal kontroparti speċifika ta' AnaCredit tiddependi fuq ir-rwol tagħha (mutwatarju, garanti, eċċ.), ir-residenza (fi ħdan Stat Membru ta' rapportar jew barra) u fid-data meta ngħata s-self kif speċifikat fl-atti legali rispettivi.
(*1) “LEI” jew, jekk mhux disponibbli, “Identifikaturi Nazzjonali” għandhom jiġu pprovduti bħala attributi obbligatorji.