EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018O0014
Guideline (EU) 2018/797 of the European Central Bank of 3 May 2018 on the Eurosystem's provision of reserve management services in euro to central banks and countries located outside the euro area and to international organisations (recast) (ECB/2018/14)
Linja Gwida (UE) 2018/797 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi f'euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (riformulazzjoni) (BĊE/2018/14)
Linja Gwida (UE) 2018/797 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi f'euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (riformulazzjoni) (BĊE/2018/14)
OJ L 136, 1.6.2018, p. 81–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2021; Imħassar b' 32021O0564
1.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/81 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/797 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Mejju 2018
dwar il-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi f'euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2018/14)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2006/4 (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Peress li jridu jsiru emendi ulterjuri, il-Linja Gwida BĊE/2006/4 għandha tiġi rriformulata fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 23 flimkien mal-Artikolu 42.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet ma' banek ċentrali u istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiżi oħra u, fejn xieraq, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jwettqu kull tip ta' tranżazzjoni bankarja fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali |
(3) |
Meta tipprovdi servizzi ta' ġestjoni ta' riservi tal-Eurosistema lil klijenti, irrispettivament mill-bank ċentrali tal-Eurosistema li permezz tiegħu dawn is-servizzi jiġu pprovduti, l-Eurosistema għandha taġixxi bħala sistema waħda. Għal dan l-iskop, din il-Linja Gwida għandha l-għan, fost l-oħrajn, li s-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema jiġu pprovduti fuq bażi standardizzata skont termini u kundizzjonijiet armonizzati, illi l-BĊE jirċievi informazzjoni adegwata dwar dawn is-servizzi, u li jiġu identifikati il-karatteristiċi minimi komuni li huma meħtieġa f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti. |
(4) |
L-informazzjoni, id-dejta u dokumenti kollha abbozzati minn u/jew skambjati bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-kuntest tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema huma ta' natura kunfidenzjali u huma suġġetti għall-Artikolu 37 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida:
(1) |
“it-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet bankarji” jinkludu l-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema lill-klijenti; |
(2) |
“persunal awtorizzat tal-BĊE” tfisser il-persuni fi ħdan il-BĊE kif jiġu identifikati mill-Bord Eżekuttiv, minn żmien għal żmien, bħala dawk il-persuni awtorizzati biex jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema, |
(3) |
“banek ċentrali” għandha tinkludi l-awtoritajiet monetarji, |
(4) |
“klijent” tfisser kwalunkwe bank ċentrali jew kwalunkwe pajjiż (inkluż kwalunkwe awtorità pubblika jew aġenzija tal-gvern) li jinsabu barra miż-żona tal-euro, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li għaliha huma pprovduti servizzi ta' ġestjoni ta' riserva tal-Eurosistema minn bank ċentrali tal-Eurosistema; |
(5) |
“bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; |
(6) |
“Servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema” għandha tfisser is-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi elenkati fl-Artikolu 2 li jistgħu jiġu pprovduti mill-membri tal-Eurosistema lil klijenti u li jħallu lill-klijenti biex jiġġestixxu b'mod komprensiv ir-riżervi tagħhom permezz ta' bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema, |
(7) |
“Fornitur ta' servizzi tal-Eurosistema” (FSE) għandha tfisser bank ċentrali tal-Eurosistema li jipprovdi l-ġabra sħiħa ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema; |
(8) |
“Fornitur ta' Servizzi Individwali” (FSI) għandha tfisser membru tal-Eurosistema li ma jipprovdix is-sett komplet ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema, |
(9) |
“organizzazzjoni internazzjonali” għandha tfisser kull organizzazzjoni, minbarra l-istituzzjonjiet u l-korpi tal-Unjoni stabbiliti permezz jew taħt l-awtorità ta' trattat internazzjonali, |
(10) |
“klijent potenzjali” tfisser kwalunkwe bank ċentrali jew kwalunkwe pajjiż (inkluż kwalunkwe awtorità pubblika jew aġenzija governattiva) li jinsabu barra miż-żona tal-euro, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li bdiet negozjati ma' FSE jew FSI bl-intenzjoni li tiġi stabbilita relazzjoni ta' negozju u li tkun irċeviet kuntratt għal negozjar u firma possibbli; |
(11) |
“riżervi” tfisser l-attiv eliġibbli f'denominazzjoni tal-euro ta' klijent, jiġifieri flus kontanti u kull titolu finanzjarju li huma inklużi fil-lista tal-Eurosistema ta' attiv negozjabbli eliġibbli, kif ippubblikat u aġġornat kuljum fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, ħlief għal:
|
Artikolu 2
Lista ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema
Is-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema għandhom jikkonsistu f'dawn:
(1) |
kontijiet ta' kustodja (għas-sigurtà) għar-riżervi; |
(2) |
is-servizzi ta' kustodju (għas-sigurtà) li ġejjin:
|
(3) |
is-servizzi ta' saldu li ġejjin:
|
(4) |
is-servizzi ta' flus kontanti/ta' investiment li ġejjin:
|
(5) |
is-servizzi ta' flus kontanti li ġejjin:
|
Artikolu 3
Forniment ta' servizzi minn FSE u FSI
1. Fil-qafas tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema, banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiġu kkunsidrati li huma jew FSE jew FSI.
2. Minbarra s-servizzi indikati fl-Artikolu 2, kull FSE jista' joffri wkoll servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi lill-klijenti. L-FSE għandu jiddetermina dawn is-servizzi fuq bażi individwali u dawn is-servizzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal din il-Linja Gwida.
3. FSI huma suġġetti għal din il-Linja Gwida u l-ħtiġijiet tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema fir-rigward ta' servizz jew servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema, jew parti minn dawn is-servizzi, li l-istess FSI jipprovdu u li jifformaw parti mis-sett komplet tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema. Barra minn hekk, kull FSI jista' joffri wkoll servizzi oħrajn ta' ġestjoni ta' riżervi lill-klijenti u għandhom jiddeterminaw dawn is-servizzi fuq bażi individwali. Dawn is-servizzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal din il-Linja Gwida.
4. Fir-rigward tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżerva pprovduti lill-klijenti, dawn il-klijenti jista' jkollhom arranġamenti ma' bosta banek ċentrali tal-Eurosistema.
Artikolu 4
Informazzjoni dwar is-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema
1. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jipprovdu lill-personal awtorizzat tal-BĊE b'kull informazzjoni relevanti dwar il-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema lil klijenti ġodda u eżistenti u għandhom jgħarrfu lill personal awtorizzat tal-BĊE meta javviċinahom klijent potenzjali.
2. Qabel mal-banek ċentrali tal-Eurosistema jikxfu l-identità ta' klijent eżistenti, ġdid jew potenzali, huma għandhom jippruvaw jiksbu l-kunsens tal-klijent għall-iżvelar.
3. Jekk dan il-kunsens ma jingħatax, il-bank ċentrali tal-Eurosistema inkwistjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-persunal awtorizzat tal-BĊE mingħajr ma jiżvela l-identità tal-klijent.
Artikolu 5
Projbizzjoni u sospensjoni ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema
1. Il-BĊE għandu jżomm għall-konsultazzjoni mill-membri tal-Eurosistema, lista ta' klijenti eżistenti, ġodda jew potenzjali li r-riżervi tagħhom huma milquta minn ordni ta' sekwestru jew xi miżura simili imposta jew minn wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Europea fuq il-bażi ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Unjoni Ewropea.
2. Jekk fuq il-bażi ta' miżura jew deċiżjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, adottati għal raġunijiet ta' politika nazzjonali jew ta' interess nazzjonali minn bank ċentrali tal-Eurosistema jew mill-Istat Membru fejn ikun jinsab il-bank ċentrali tal-Eurosistema, il-bank ċentrali tal-Eurosistema jissospendi l-forniment tas-servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema lil klijent eżistenti jew jirrifjuta li jipprovdi dawn is-servizzi lil klijent ġdid jew potenzjali, dan il-bank ċentrali tal-Eurosistema għandu jinnotifika minnufih lill-persunal awtorizzat tal-BĊE dwar dan. Il-persunal tal-BĊE awtorizzat għandu jinforma minnufih b'dan lill-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema. Kull miżura jew deċiżjoni ta' din ix-xorta m'għandhiex iżżomm lill-membri l-oħra tal-Eurosistema milli jipprovdu servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema lil dawn il-klijenti.
3. L-Artikolu 4(2) u (3) għandu japplika għal kwalunkwe żvelar tal-identità ta' klijent eżistenti, ġdid jew potenzjali magħmul skont il-paragrafu 2. Fin-nuqqas tal-kunsens ta' klijent, l-iżvelar tal-identità ta' klijent lill-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema għandu jsir biss meta dan l-iżvelar ikun f'konformità mal-liġi applikabbli.
Artikolu 6
Responsabbilta' għall-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema
1. Kull bank ċentrali tal-Eurosistema għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe arranġament kuntrattwali mal-klijenti tiegħu li huwa jidhirlu li huwa xieraq għall-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema.
2. Bla ħsara għal kull dispożizzjoni speċifika u applikabbli, jew miftiehma minn bank ċentrali tal-Eurosistema, kull bank ċentrali tal-Eurosistema li jipprovdi servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema jew xi parti minn dawn is-servizzi lill-klijenti tiegħu, għandu jkun responsabbli għal kull servizz ta' din ix-xorta li huwa jipprovdi.
Artikolu 7
Karatteristiċi minimi u komuni f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jiżguraw illi l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom mal-klijenti jkunu konsistenti ma' din il-Linja Gwida u mal-karatteristiċi minimi u komuni addizzjonali li ġejjin. L-arranġamenti kuntrattwali għandhom:
(a) |
jiddikjaraw illi l-kontroparti tal-klijent huwa l-bank ċentrali tal-Eurosistema li miegħu dak il-klijent ikun ikkonkluda ftehim għall-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema jew xi parti minnhom, u li dak l-arranġament fih innifsu ma joħloqx drittijiet tal-konsumatur jew jeddijiet fil-konfront ta' banek ċentrali oħrajn tal-Eurosistema. |
(b) |
jirreferu għall-konnessjonijiet li jistgħu jintużaw għas-saldu ta' titoli miżmuma minn kontropartijiet tal-klijenti u r-riskji relevanti tal-użu ta' konnessjonijiet mhux eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja; |
(c) |
jirreferu għall-fatt illi ċerti tranżazzjonijiet fi ħdan il-qafas ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-aħjar sforz; |
(d) |
jirreferu għall-fatt illi l-bank ċentrali tal-Eurosistema jista' jagħmel suġġerimenti lill-klijenti dwar l-għażla taż-żmien u l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni sabiex jiġu evitati kunflitti mal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju tal-Eurosistema, u li dak il-bank ċentrali tal-Eurosistema ma jkunx responabbli għall-konsegwenzi illi dawk is-suġġerimenti jista' jkollhom għall-klijent; |
(e) |
jirreferu għall-fatt illi t-tariffi li l-banek ċentrali tal-Eurosistema jitolbu lill-klijenti tagħhom għall-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema ikunu suġġetti għal reviżjonijiet mill-Eurosistema u li l-klijenti għandhom, skont il-liġi applikabbli, ikunu marbuta bir-reviżjonijiet fit-tariffi li jistgħu jirriżultaw minn dawn ir-reviżjonijiet. |
(f) |
jiddikjaraw li l-klijent għandu jikkonferma lill-bank ċentrali tal-Eurosistema li jikkonforma mal-liġijiet kollha tal-Unjoni u nazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, sa fejn u sakemm applikabbli għalih, inklużi struzzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kompetenti, u li mhu involut fl-ebda forma ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu. |
Artikolu 8
Rwol tal-BĊE
Il-BĊE għandu jikkoordina l-forniment ġenerali ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi tal-Eurosistema u l-qafas ta' informazzjoni relatat. Kull Membru tal-Eurosistema li jsir FSE jew li jtemm l-istatus tiegħu bħala FSE għandu jgħarraf lill-BĊE dwar dan.
Artikolu 9
Revoka
1. Il-Linja Gwida BĊE/2006/4 kif emendata mil-Linji Gwida elenkati fl-Anness I hija mħassra b'effett mill-1 ta' Ottubru 2018.
2. Ir-referenzi għal-Linja Gwida mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 11
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2006/4 tas-7 ta' April 2006 dwar il-forniment ta' servizzi ta' ġestjoni ta' riżervi f'euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54).
(2) Ara l-Anness I.
ANNESS I
LINJA GWIDA MĦASSRA BIL-LISTA TAL-EMENDI SUCCESSIVI TAGĦHA
Linja Gwida BĊE/2006/4 (ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54).
Linja Gwida BĊE/2009/11 (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 34).
Linja Gwida BĊE/2013/14 (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 19).
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Linja Gwida BĊE/2006/4 |
Din il-Linja Gwida |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9-11 |