EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018O0013

Linja Gwida (UE) 2018/861 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' April 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2018/13)

OJ L 153, 15.6.2018, p. 161–178 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/861/oj

15.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/161


LINJA GWIDA (UE) 2018/861 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta' April 2018

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2018/13)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b' mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ statistika kompresiva u affidabbli dwar il-finanzi tal-gvern (GFS - government finance statistics), inter alia, għal analiżi monetarja u ekonomika, biex timmonitorja is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u tħejji previżjonijiet.

(2)

Taħt l-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2013/23 (3), il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa intitolat li jagħmel emendi tekniċi għall-Annessi għal-Linja Gwida BĊE/2013/23, kemm-il darba dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażiku, u lanqas ma jaffettwaw l-obbligu tar-rapportar.

(3)

Huma neċessarji bidliet għar-rekwiżiti ta' rapportar taħt il-Linja Gwida BĊE/2013/23 sabiex tinkiseb armonizzazzjoni akbar tas-sorsi tad-dejta fl-Istati Membri taż-żona tal-euro u fis-settijiet ta' dejta. Din tagħmilha possibbli li jkun hemm analiżi aktar bir-reqqa u tiffaċilita il-paragun tal-istatistika annwali u trimestrali mal-previżjonijiet tal-istess fatturi varjabbli.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2013/23 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

L-Annessi I u II tal-Linja Gwida BĊE/2013/23 huwa mibdulin bit-test stipulat fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Effettività

1.   Din il-Linja Gwida għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Settembru 2018.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-24 ta' April 2018.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(3)  Linja Gwida BĊE/2013/23 tal-25 ta' Lulju 2013 dwar statistika dwar il- finanzi tal-Gvern (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 12).


ANNESS

ANNESS I

REKWIŻITI TA' RAPPORTAR TAD-DEJTA

Statistika dwar dħul, nefqa u defiċit/bilanċ favorevoli

Tabella 1 A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Defiċit (–) jew bilanċ favorevoli (+)

1 = 6 – 21

1 = 2 + 3 + 4 + 5

Gvern Ċentrali

2

Gvern statali

3

Gvern lokali

4

Fondi tas-sigurtà soċjali

5

Dħul totali

6 = 7 + 19

Dħul totali kurrenti

7 = 8 + 9 + 13 + 16 + 17

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid eċċ.

8

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet

9

Taxxi fuq prodotti

10

li minnhom: taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

11

Taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni

12

Kontribuzzjonijiet soċjali netti

13

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem

14

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali tal-unitajiet domestiċi

15

Bejgħ

16

Dħul kurrenti ieħor

17

li minnu: imgħax riċevibbli

18

Dħul totali ta' kapital

19

li minnu: taxxi kapitali

20

Nefqa totali

21 = 22 + 31

Nefqa kurrenti totali

22 = 23 + 24 + 26 + 27 + 28 + 29 + 30

Konsum intermedjarju

23

Kumpens tal-impjegati

24

li minnu: pagi u salarji

25

Imgħax li jrid jitħallas

26

Sussidji li jridu jitħallsu

27

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus

28

Trasferimenti soċjali mhux fi flus – produzzjoni tas-suq mixtrija

29

Nfiq attwali ieħor

30

Nefqa kapitali totali

31 = 32 + 33 + 34

Formazzjoni ta' kapital fiss gross

32

Akkwisti oħra nett ta' attiv mhux finanzjarju u tibdiliet fl-inventarji

33

Trasferimenti ta' kapital pagabbli

34

Entrati tal-Memorandum:

 

Trasferimenti ta' kapital li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali vvalutati iżda li x'aktarx ma jinġabrux

35


Tabella 1B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) mill-Istat Membru

1 = 2 + 3 + 4 + 7

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni

2

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti

3

Trasferimenti kurrenti mixxellanji u riżorsi proprji tal-UE

4

li minnhom: it-tielet riżors proprju bbażat fuq il-VAT

5

li minnhom: ir-raba' riżors proprju bbażat fuq l-introjtu nazzjonali gross

6

Trasferimenti ta' kapital

7

Nefqa tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru

8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14

Sussidji

9

Trasferimenti kurrenti lill-gvern

10

Trasferimenti kurrenti lil unitajiet mhux governattivi

11

Trasferimenti ta' kapital lill-gvern

12

Trasferimenti ta' kapital lil unitajiet mhux governattivi

13

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji

14

Bilanċ ta' Stat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE u l-FEŻ (riċevitur nett +, pagatur nett –)

15 = 8 – 1


Tabella 1Ċ

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Nefqa fuq il-konsum finali

1 = 2 + 3

1 = [1 A.23] + [1 A.24] + [1 A.29] + 4 + 5 + 6 – [1 A.16]

Nefqa fuq il-konsum individwali

2

Nefqa fuq il-konsum kollettiv

3

Konsum ta' kapital fiss

4

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji rċevuti

5

Bilanċ favorevoli tal-operat nett

6

Entrati tal-Memorandum:

 

Nefqa fuq konsum finali bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel

7

Formazzjoni tal-kapital fiss gross bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel

8

Prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet kurrenti

9

PDG bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel

10

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. imħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja

11

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. imħallsin minn unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li jservu lil unitajiet domestiċi (NPISHs) lill-gvern u lill-bqija tad-dinja

12

Statistika ta' aġġustament defiċit-dejn

Tabella 2 A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji

1=[1 A.1] – 2

Transazzjonijiet finanzjarji nett (ikkonsolidati)

2 = 3 – 17

Attiv finanzjarju (ikkonsolidat)

3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13 + 14 + 15

Deheb monetarju u drittijiet speċjali ta' prelevament (SDRs)

4

Munita u depożiti

5

Titoli ta' dejn

6

Self għal żmien qasir

7

Self għal żmien twil

8

Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment

9

Privatizzazzjonijiet (nett)

10

Injezzjonijiet ta' ekwità (nett)

11

Oħrajn

12

Assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta' garanzija standardizzati

13

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet għall-impjegati li jitħallsu b'ishma

14

Kontijiet oħra riċevibbli

15

li minnhom: taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali

16

Passiv (ikkonsolidat)

17 = 18 + 19 + 20 + 21 + 22 + 23 + 24 + 25 + 26 + 27

Deheb monetarju u SDRs

18

Munita u depożiti

19

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir

20

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien twil

21

Self għal żmien qasir

22

Self għal żmien twil

23

Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment

24

Assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta' garanzija standardizzati

25

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet għall-impjegati li jitħallsu b'ishma

26

Kontijiet oħra pagabbli

27

Ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali

28 = 19 + 20 + 21 + 22 + 23

28 = 30 + 31 + 32

28 = 1 – [1 A.1] + 3 – 18 – 24 – 25 – 26 – 27

li minnhom: fuq żmien twil

29

Iddenominati f'munita nazzjonali

30

Iddenominati f'muniti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro

31

Iddenominati f'muniti oħrajn

32

Flussi oħra fid-dejn tal-gvern

33 = 34 + 37

Effetti tar-rivalutazzjoni

34 = 35 + 36

Apprezzament u depprezzament ta' dejn f'munita barranija

35

Effetti oħra tar-rivalutazzjoni (differenzi mqabbla ma' valur nominali

36 = 38 – 28 – 35 – 37

Bidliet oħra fil-volum

37

Bidla fid-dejn tal-gvern

38 = 28 + 33

38 = 1 – [1 A.1] + 3 – 18 – 24 – 25 – 26 – 27 + 33

38 = [3 A.1][T] – [3 A.1][T – 1]

Entrati tal-Memorandum:

 

Inkurżjoni netta ta' selt mogħti minn bank ċentrali

39

Tabella 2B

Xejn.

Statistika tad-dejn tal-gvern

Tabella 3 A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-gvern (ikkonsolidat)

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

1 = 7 + 12

1 = 13 + 14 + 15

1 = 16 + 17

1 = 19 + 20 + 22

Munita u depożiti

2

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir

3

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien twil

4

Self għal żmien qasir

5

Self għal żmien twil

6

Miżmum minn residenti tal-Istat Membru

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Bank ċentrali

8

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn

9

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

10

Residenti oħra

11

Miżmum minn persuni mhux residenti tal-Istat Membru

12

Iddenominat f'munita nazzjonali

13

Iddenominati f'muniti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro

14

Iddenominat f'muniti oħrajn

15

Dejn fuq perijodu qasir

16

Dejn fuq perijodu twil

17

li minnu: rata ta' imgħax varjabbli

18

Maturità residwali sa sena

19

Maturità residwali ta' aktar minn sena u sa ħames snin

20

li minnu: rata ta' imgħax varjabbli

21

Maturità residwali ta' aktar minn ħames snin

22

li minnu: rata ta' imgħax varjabbli

23

Entrati tal-Memorandum:

 

Maturità residwa medja ta' dejn

24

Dejn tal-gvern – bonds ta' kupun żero

25

Dejn tal-gvern - self mogħti minn bank ċentrali

26


Tabella 3B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-Gvern(mhux ikkonsolidat bejn is-subsetturi)

1 = 7 + 11 + 15 + 19

Elementi konsolidattivi

2 = 3 + 4 + 5 + 6

2 = 8 + 9 + 10 + 12 + 13 + 14 + 16 + 17 + 18 + 20 + 21 + 22

Munita u depożiti

3

Titoli fuq perijodu qasir

4

Titoli ta' dejn fuq perijodu twil

5

Self

6

Maħruġ mill-gvern ċentrali (ikkonsolidat)

7

miżmum mill-gvern tal-istat

8

miżmum mill-gvern lokali

9

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

10

Maħruġ mill-gvern tal-istat (ikkonsolidat)

11

miżmum mill-gvern ċentrali

12

miżmum mill-gvern lokali

13

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

14

Maħruġ mill-gvern lokali (ikkonsolidat)

15

miżmum mill-gvern ċentrali

16

miżmum mill-gvern tal-istat

17

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

18

Maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali (ikkonsolidata)

19

miżmum mill-gvern ċentrali

20

miżmum mill-gvern tal-istat

21

miżmum mill-gvern lokali

22

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI

1.   Definizzjoni ta' setturi u sub-setturi

Setturi u sub-setturi fl-ESA 2010

Ekonomija totali

S.1

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.11

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

Bank ċentrali

S.121

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali

S.122

Fondi tas-suq tal-flus

S.123

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF

S.124

Intermedjarji finanzjarji oħra, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

S.125

Awżiljari finanzjarji

S.126

Istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus

S.127

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

S.128

Fondi tal-pensjoni

S.129

Istituzzjoni finanzjarji monetarji

S.121 + S.122 + S.123

Gvern ġenerali

S.13

Gvern ċentrali (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1311

Gvern tal-istat (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1312

Gvern lokali (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1313

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

Unitajiet domestiċi

S.14

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi

S.15

Il-kumplament tad-dinja

S.2

Stati membri u istituzzjonijiet u Korpi tal-Unjoni Ewropea (UE)

S.21

Stati Membri tal-UE

S.211

Istituzzjonijiet u korpi tal-UE

S.212

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

S.2121

Istituzzjonijiet u korpi Ewropej, għajr il-BĊE

S.2122

Pajjiżi li mhumiex membri u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux residenti fl-Unjoni Ewropea

S.22

2.   Definizzjonijiet tal-kategoriji (1) (2)

Tabella 1 A

1.

Defiċìt (–) jew surplus (+) [1 A.1] huwa ekwivalenti għal għoti b'self nett (+)/it-teħid b'self nett (–) (B.9) ta' S.13, huwa ekwivalenti għad-dħul totali [1 A.6] bit-tnaqqis tan-nefqa totali [1 A.21], u huwa ekwivalenti għad-defiċit (–) jew is-surplus (+) tal-gvern ċentrali [1 A.2], biż-żieda tad-defiċit (–) jew is-surplus (+) tal-gvern tal-istat [1 A.3], biż-żieda tad-defiċit (–) jew is-surplus (+) tal-gvern lokali [1 A.4], biż-żieda tad-defiċit (–) jew is-surplus (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali [1 A.5].

2.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1 A.2] huwa ugwali għal għoti b'self nett (+)/it-teħid b'self nett (–) (B.9) ta' S.1311.

3.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1 A.3] huwa ugwali għal għoti b'self nett (+)/it-teħid b'self nett (–) (B.9) ta' S.1312.

4.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1 A.4] huwa ugwali għal għoti b'self nett (+)/it-teħid b'self nett (–) (B.9) ta' S.1313.

5.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) ta' fondi tas-sigurtà soċjali [1 A.5] huwa ugwali għal għoti b'self nett (+)/it-teħid b'self nett (–) (B.9) ta' S.1314.

6.

Dħul totali [1 A.6] huwa ugwali għal dħul totali kurrenti [1 A.7], biż-żieda tat-total tad-dħul kapitali [1 A.19].

7.

Dħul totali kurrenti [1 A.7] huwa ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid eċċ [1 A.8], biż-żieda tat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet [1 A.9], biż-żieda tal-kontribuzzjonijiet soċjali netti [1 A.13], biż-żieda tal-bejgħ [1 A.16], biż-żieda ta' dħul kurrenti ieħor [1 A.17].

8.

Taxxi diretti fuw id-dħul, il-ġid, eċċ [1 A.8] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq l-introjtu, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

9.

Taxxi indiretti fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet [1 A.9] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

10.

Taxxi fuq il-prodotti [1 A.10] hija ugwali għal taxxi fuq il-prodotti (D.21) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

11.

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet li minnhom it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) [1 A.11] hija ugwali għal taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta' S.13.

12.

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni [1 A.12] hija ugwali għal taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

13.

Kontribuzzjonijiet soċjali netti [1 A.13] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali netti (D.61) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

14.

Kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem [1 A.14] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem (D.6111) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

15.

Kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' unitajiet domestiċi [1 A.15] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' unitajiet domestiċi (D.613) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

16.

Bejgħ [1 A.16] hija ugwali għall-produttività tas-suq (P.11), miżjuda bil-produttività għal użu finali proprju (P.12), miżjuda b'pagamenti minn produttività oħra mhux tas-suq (P.131) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

17.

Dħul kurrenti ieħor [1 A.17] hija ugwali għal dħul minn proprjetà (D.4), miżjuda bit-trasferimenti kurrenti oħrajn (D.7) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13, minbarra riżorsi ta' S.13 li huma ta' interess (D.41) li huma wkoll użi ta' S.13, flimkien ma' riċevuti ta' sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni (D.39) li huma użi ta' S.13.

18.

Dħul kurrenti ieħor li minnu l-imgħax riċevibbli [1 A.18] hija ugwali għal imgħax (D.41) irreġistrat fost ir-riżorsi ta' S.13 u l-użu tas-setturi kollha minbarra S.13.

19.

Dħul ta' kapital totali [1 A.19] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital riċevibbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13, u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital pagabbli mis-setturi kollha minbarra S.13.

20.

Dħul ta' kapital totali li minnhom taxxi fuq il-kapital [1 A.20] hija ugwali għal taxxi fuq il-kapital (D.91) irreġistrati fost il-bidliet fil-passiv u fil-valur nett ta' S.13.

21.

Nefqa totali [1 A.21] hija ugwali għal nefqa totali kurrenti [1 A.22], miżjuda bin-nefqa kapitali totali [1 A.31].

22.

Nefqa totali kurrenti [1 A.22] hija ugwali għal konsum intermedju [1 A.23], miżjuda bil-kumoen ta' impjegati [1 A.24], miżjuda bl-imgħax pagabbli [1 A.26], miżjuda bis-sussidji pagabbli [1 A.27], miżjuda bil-benefiċċji soċjali għajr għat-trasferimenti soċjali in natura [1 A.28], miżjuda bit-trasferimenti soċjali in natura – produzzjoni tas-suq mixtrija [1 A.29], miżjuda bin-nefqa kurrenti oħra [1 A.30].

23.

Konsum intermedju [1 A.23] hija ugwali għal konsum intermedju (P.2) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

24.

Kumpens tal-impjegati [1 A.24] hija ugwali għal kumpens tal-impjegati (D.1) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

25.

Kumpens tal-impjegati li minnu pagi u salarji [1 A.25] hija ugwali għal pagi u salarji (D.11) imniżżlin fost l-użi ta' S.13.

26.

Imgħax pagabbli [1 A.26] hija ugwali għal imgħax (D.41) irreġistrat fost l-użi ta' S.13 u r-riżorsi tas-setturi kollha minbarra S.13.

27.

Sussidji pagabbli [1 A.27] hija ugwali gġal għal tnaqqis tas-sussidji (-D.3) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

28.

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali in natura[1 A.41] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali in natura (D.62) irreġistrati fost l-użi ta' S.13.

29.

Trasferimenti soċjali in natura - produzzjoni tas-suq mixtrija [1 A.29] hija ugwali għal trasferimenti soċjali in natura relatati ma' produzzjoni tas-suq mixtrija mill-gvern ġenerali (D.632) irreġistrati fost l-użi ta' S.13.

30.

Nefqa kurrenti oħra [1 A.30] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq l-introjtu, il-ġid, eċċ (D.5), biż-żieda ta' taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29), biż-żieda ta' introjtu minn proprjetà (D.4) eskluż l-imgħax (D.41), biż-żieda ta' trasferimenti kurrenti oħra (D.7), biż-żieda ta' aġġustament għall-bidla fl-intitolamenti tal-pensjoni (D.8) irreġistrati fost l-użi ta' S.13.

31.

Nefqa kapitali totali [1 A.31] hija ugwali għal formazzjoni ta' kapital fiss gross [1 A.32], biż-żieda ta' akkwisti netti oħra ta' attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji [1 A.33], biż-żieda ta' trasferimenti ta' kapital pagabbli [1 A.34].

32.

Formazzjoni ta' kapital fiss gross [1 A.32] hija ugwali għal formazzjoni ta' kapital fiss gross (P.51 g) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13.

33.

Akkwisti netti oħra ta' attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji [1 A.33] hija ugwali għal bidliet fl-inventarji (P.52), miżjud bl-akkwist bit-tnaqqis ta' oġġetti ta' valur (P.53), miżjud l-akkwist bit-tnaqqis ta' attiv mhux finanzjarju mhux prodotti (NP) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13.

34.

Trasferimenti ta' kapital pagabbli [1 A.34] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13, u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital riċevibbli mis-setturi kollha minbarra S.13.

35.

Trasferimenti ta' kapital li jirrappreżentaw taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali evalwati iżda li x'aktarx ma jinġabrux [1 A.35] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital li jirrappreżentaw taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali evalwati iżda li x'aktarx ma jinġabrux (D.995) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

Tabella 1B

1.

Dħul tal- baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) mill-Istat Membru [1B.1] huwa ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l- importazzjonijiet (D.2) riċevibbli mill-baġit tal-UE [1B.2], biż-żieda tal kooperazzjoni internazzjonali kurrentt (D.74) pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE u lill-FEŻ [1B.3], biż-żieda ta' trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) u r-riżorsi proprji tal-UE(D.76) pagabbli mill-gvern lill-Baġit tal-UE [1B.4], biż-żieda ta' trasferimenti ta' kapital (D.9) pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

2.

Taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet [1B.2] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) irreġistrati fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE.

3.

Korporazzjoni internazzjonali kurrenti [1B.3] hija ugwali għal korporazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) irreġistrata fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ u l-użi ta' S.13.

4.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji u r-riżorsi proprji tal-UE [1B.4] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji(D.75) biż-żieda tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u riżorsi propri tal-UE ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) (D.76) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta' S.13.

5.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji u r-riżorsi proprji tal-UE li minnhom it-tielet riżors proprju bbażat fuq il-VAT [1B.5] hija ugwali għat-tielet riżors proprju bbażat fuq il-VAT (D.761) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta' S.13.

6.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji u r-riżorsi proprji tal-UE li minnhom ir-raba' riżors proprju bbażat fuq l-ING [1B.6] hija ugwali għar-raba' riżors proprju bbażat fuq l-ING (D.762) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta' S.13.

7.

Trasferimenti ta' kapital [1B.7] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13, u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital riċevibbli mill-baġit tal-UE.

8.

Infiq tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8] hija ugwali għal sussidji (D.3) li pagabbli mill-baġit tal-UE [1B.9], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħrajn (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħrajn (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], miżjuda bi trasferimenti ta' kapital (D.9) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], miżjuda bi trasferimenti ta' kapital (D.9) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13], miżjuda bl-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.14].

9.

Sussidji [1B.9] hija ugwali għal sussidji (D.3) irreġistrati fost l-użi tal-baġit tal-UE.

10.

Trasferimenti kurrenti lill-gvern [1B.10] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), miżjuda bit-trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13 u l-użi tal-baġit tal-UE.

11.

Trasferimenti kurrenti lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost fost l-użi tal-baġit tal-UE u r-riżorsi tas-setturi kollha minbarra S.13.

12.

Trasferimenti ta' kapital lill-gvern [1B.12] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital riċevibbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital pagabbli mill-baġit tal-UE..

13.

Trasferimenti ta' kapital lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] hija ugwali għal trasferimenti ta' kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13 u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital pagabbli mill-baġit tal-UE.

14.

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.14] huma dik il-parti tal-produzzjoni mhux tas-suq (P.13) irreġistrata fost ir-riżorsi ta' S.13 li hija l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit tal-UE.

15.

Bilanċ tal-Istat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ, (riċevitur nett +, pagatur nett –) [1B.15] hija ugwali għall-infiq tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8], bit-tnaqqis tad-dħul tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ mill-Istat Membru [1B.1].

Tabella 1Ċ

1.

Infiq fuq il-konsum finali [1C.1] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

2.

Infiq fuq il-konsum individwali [1Ċ.2] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum individwali (P.31) irreġistrat fost użu ta' S.13.

3.

Infiq tal-konsum kollettiv [1Ċ.3] hija ugwali għall-infiq tal-konsum kollettiv (P.32) irreġistrat fost użu ta' S.13.

4.

Konsum ta' kapital fiss [1C.4] hija ugwali għall-konsum ta' kapital fiss (P.51c) irreġistrat fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

5.

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji riċevuti [1C.5] hija ugwali għal ħlasijiet ta' taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost l-użi ta' S.13, bit-tnaqqis tad-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) rreġistrat fost l-użi ta' S.13.

6.

Bilanċ operattiv nett [1C.9] hija ugwali għal bilanċ operattiv nett (B.2n) ta' S.13.

7.

Infiq tal-konsum finali bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.7] hija ugwali għall-volum chain-linked tal-infiq tal-konsum finali (P.3), irreġistrat fost l-użi ta' S.13, bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

8.

Formazzjoni tal-kapital fiss gross bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.8] hija ugwali għall-volum marbut mal-indiċi katina tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross (P.51 g), irreġistrat fost il-bidliet fl-attiv ta' S.13, bil-prezzijiet tas-sena preċedenti.

9.

Prodott domestiku gross (PDG), bil-prezzijiet attwali [1C.9] ihija ugwali għal PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq.

10.

PDG bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.10] hija ugwali għall-volum marbut mal-indiċi katina tal-PDG (B.1*g) bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

11.

Taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. mħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja [1C.11] hija ugwali għal taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13 u S.2 u l-użi ta' S.11 u S.12.

12.

Taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. mħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja [1C.11] hija ugwali għal taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13 u S.2 u l-użi ta' S.14 u S.15.

Tabella 2 A

1.

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2 A.1] hija ugwali għal defiċit (–) jew bilanċ pożittiv (+) [1 A.1], bit-tnaqqis tat-transazzjonijiet netti f'attiv u passiv finanzjarju [2 A.2].

2.

Transazzjonijiet netti f'attiv u passiv finanzjarju (ikkonsolidat) [2 A.2] hija ugwali għal transazzjonijiet fl-akkwist nett ta' attiv finanzjarju [2 A.3], bit-tnaqqis tal-espożizzjoni netta għal passiv [2 A.17].

3.

Tranżazzjonijiet f'attiv finanzjarju (ikkonsolidat) [2 A.3] hija ugwali għal tranżazzjonijiet ikkonsolidati f'deheb monetarju u drittijiet speċjali ta' prelevament (SDRs) (F.2) [2 A.5], miżjudin bil-munita u depożiti (F.2) [2 A.5], miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn (F.3) [2 A.6], miżjudin bit-tranżazzjonijiet ta' self fuq żmien qasir (F.41) [2 A.7], miżjudin bit-tranżazzjonijiet ta' self fuq żmien twil (F.42) [2 A.8], miżjudin bit-tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment(F.5) [2 A.9], miżjudin bit-tranżazzjonijiet fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) [2 A.13], miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) [2 A.14], miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'kontijiet oħra riċevibbli [2 A.15], irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

4.

Transazzjonijiet f'deheb monetarju u SDRsi [2 A.4] hija ugwali għall-akkwist nett ta' deheb monetarju u SDRs (F.2) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

5.

Transazzjonijiet f'munita u depożiti [2 A.5] hija ugwali għall-akkwist nett ta' munita u depożiti (F.2) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

6.

Transazzjonijiet f'titoli ta' dejn [2 A.6] hija ugwali għall-akkwist nett titoli ta' dejn (F.3) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

7.

Transazzjonijiet f'self fuq żmien qasir [2 A.7] hija ugwali għal self fuq żmien qasir (F.41) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

8.

Transazzjonijiet f'self fuq żmien twil [2 A.8] hija ugwali għal self fuq żmien twil (F.42) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

9.

Tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment [2 A.9] hija ugwali għall-akkwist nett ta' ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment (F.5) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

10.

Privatizzazzjoni (nett) [2 A.10] hija ugwali għal transazzjonijiet f'ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.11 jew S.12 mwettqa fil-proċess ta' ċediment jew akkwist tal-kontroll (ESA 2010 paragrafi 2.36 sa 2.39) tal-unità tad-debitur minn S.13; tranżazzjonijiet bħal dawn jistgħu jitwettqu minn S.13 direttament mal-unità debitriċi, jew ma' unità oħra kreditriċi.

11.

Injezzjonijiet ta' ekwità (nett) [2 A.11] hija ugwali għal transazzjonijiet f'ekwità u ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.11 jew S.12 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta' ċediment jew ta' akkwist tal-kontroll tal-unità debitriċi minn S.13 u huma mwettqa minn S.13 direttament mal-unità debitriċi.

12.

Oħrajn [2 A.12] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f'ekwità u ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta' ċediment jew akkwist ta' kontroll tal-unità debitriċi minn S.13 u mhux imwettqa minn S.13 direttament mal-unità debitriċi, iżda ma' unità kreditriċi oħra.

13.

Transazzjonijiet fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati [2 A.13] hija ugwali għall-akkwist nett skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

14.

Transazzjonijiet f'derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati [2 A.4] hija ugwali għall-akkwist nett ta' derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

15.

Transazzjonijiet f'kontijiet oħra riċevibbli [2 A.5] hija ugwali għall-akkwist nett ta' kontijiet oħra riċevibbli (F.8) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

16.

Transazzjonijiet f'kontijiet oħra riċevibbli li minnhom it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali [2 A.16] hija ugwali għal dik il-parti ta' kontijiet oħra riċevibbli (attiv F.8) li għandha x'taqsam mat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali rreġistrati f'D2, D5, D61 u D91, bit-tnaqqis tal-ammonti ta' taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali attwalment miġbura, rreġistrati fost bidliet fl-attiv ta' S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

17.

Tranżazzjonijiet f'obbligazzjonijiet (ikkonsolidati) [2 A.17] hija ugwali għal tranżazzjonijiet ikkonsolidati f'deheb monetarju u SDRs (F.1) [2 A.18], miżjudin bit-tranżazzjonijiet fil-munita u depożiti (F.2) [2 A.19], miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn għal perijodu qasir (F.31) [2 A.20],miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn għal perijodu twil (F.32) [2 A.21], miżjudin bit-tranżazzjonijiet ta' self fuq żmien qasir (F.41) [2 A.22], miżjudin bit-tranżazzjonijiet ta' self fuq żmien twil (F.42) [2 A.23], miżjudin bit-tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment(F.5) [2 A.24], miżjudin bit-tranżazzjonijiet fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) [2 A.25], miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) [2 A.26, miżjudin bit-tranżazzjonijiet f'kontijiet oħra pagabbli [2 A.27], irreġistrati fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

18.

Tranżazzjonijiet f'deheb monetarju u SDRs [2 A.18] hija ugwali għall-inkurżjoni netta ta' deheb monetarju u SDRs (F.1) irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

19.

Tranżazzjonijiet f'munita u depożiti [2 A.19] hija ugwali għall-inkurżjoni netta ta' valuta u depożiti (F.2) irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

20.

Tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir [2 A.20 hija ugwali għall-inkurżjoni netta ta' titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' sena jew inqas, irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

21.

Tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil [2 A.21] hija ugwali għall-inkurżjoni netta ta' titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' aktar minn sena, irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

22.

Tranżazzjonijiet f'self fuq perjodu ta' żmien qasir [2 A.22] hija ugwali għal self fuq perjodu ta' żmien qasir (F.41) misluf mill-gvern, nett mill-pagamenti lura ta' self fuq perjodu ta' żmien qasir eżistenti, irreġistrat fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

23.

Transazzjonijiet f'self fuq perjodu ta' żmien twil [2 A.23] hija ugwali għal self fuq perjodu ta' żmien twil (F.42), nett mill-pagamenti lura ta' self fuq perjodu ta' żmien twil eżistenti, irreġistrat fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

24.

Tranżazzjonijiet f'ekwità u ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment [2 A.24] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' ekwità u ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.5), irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

25.

Tranżazzjonijiet relatati mal-assigurazzjoni, il-pensjoni u skemi ta' garanzija standardizzati [2 A.25] hija ugwali għall-inkurżjoni nett tal-assigurazzjoni, il-pensjoni u skemi ta' garanzija standardizzati (F.6), irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

26.

Tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati [2 A.26] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' derivati finanzjarji u opzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7), irreġistrata fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

27.

Tranżazzjonijiet f'kontijiet oħra pagabbli [2 A.27] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' kontijiet oħra pagabbli (F.8) irreġistrati fost bidliet fl-obbligazjonijiet u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

28.

Ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali [2 A.28] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' obbligazzjonijiet fil-munita u depożiti (F.2) [2 A.19], miżjuda bit-titoli ta' dejn (F.3) [2 A.20 and 2 A.21], miżjuda bis-self (F.4) [2 A.22 u 2 A.23] li mhuwiex attiv ta' S.13. Hija ukoll ugwali għal tranżazzjonijiet ikkonsolidati fi strumenti ta' dejn tal-gvern.

29.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil [2 A.29] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' obbligazzjonijiet fl-istess strumenti ta' dejn bħala ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali [2 A.28] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' aktar minn sena.

30.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn iddenominati fil-valuta nazzjonali [2 A.30] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' obbligazzjonijiet fl-istess strumenti ta' dejn bħala ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali [2 A.28] iddenominati fil-valuta legali tal-Istat Membru.

31.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn iddenominati fil-valuti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro [2 A.31] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' obbligazzjonijiet fl-istess strumenti ta' dejn bħala ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali [2 A.28] enominati f'ECU, miżjuda bi strumenti ta' dejn iddenominati f'euro qabel mal-Istat Membru addotta l-euro, miżjuda bi strumenti ta' dejn iddenominati fil-valuta legali tal-Istat Membru taż-żona tal-euro qabel ma sar Stat Membru taż-żona tal-euro.

32.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn iddenominati fil-valuta nazzjonali [2 A.30] hija ugwali għall-inkurżjoni nett ta' obbligazzjonijiet fl-istess strumenti ta' dejn bħala ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali [2 A.28] mhux iddenominati fi [2 A.30] or [2 A.31].

33.

Flussi oħrajn fid-dejn tal-gvern [2 A.33] hija ugwali għall-efetti tar-rivalutazzjoni [2 A.34], miżjuda b'ibidliet oħra fil-volum [2 A.37].

34.

Effetti tar-rivalutazzjoni [2 A.34] hija ugwali għall-apprezzament u d-depprezzament ta dejn f'valuta barranija [2 A.35], miżjuda b'effetti oħra tar-rivalutazzjoni (id-differenzi mqabbla mal-valur nominali) [2 A.36].

35.

Apprezzament u depprezzament ta' dejn f'valuta barranija [2 A.35] hija ugwali għal qligħ jew telf fuq ishma nominali (K.7) ta' dejn tal-gvern [3 A.1] li jibdlu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati tal-kambju tal-valuta.

36.

Effetti oħra tar-rivalutazzjoni (id-differenzi mqabbla mal-valur nominali) [2 A.36] hija ugwali għal tibdil fid-dejn tal-gvern [2 A.38], it-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn (ikkonsolidati) [2 A.28], bit-tnaqqis tal-apprezzament u d-depprezzament ta dejn f'valuta barranija [2 A.35], bit-tnaqqis ta' bidliet oħra fil-volum [2 A.37].

37.

Bidliet oħra fil-volum [2 A.37] hija ugwali għal bidliet oħra fil-volum (K.1, K.2, K.3, K.4, K.5 u K.6) fl-istess strumenti ta' dejn bħall-ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali.

38.

Tibdil fid-dejn tal-gvern [2 A.38] hija ugwali għal dejn tal-gvern [3 A.1] f'sena t, bit-tnaqqis ta' dejn tal-gvern [3 A.1] fis-sena t-1.

39.

Inkurżjoni nett ta' self mogħti minn bank ċentrali [2 A.39] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f'self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u bidliet fl-attiv ta' S.121.

Tabella 2B

Xejn.

Tabella 3 A

1.

Dejn tal-gvern (ikkonsolidat) [3 A.1] hija ugwali għal dejn kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Hija ukoll ugwali għall-obbligazzjonijiet ikkonsolidati ta' S.13 fil-valuta u d-depożiti (AF.2) [3 A.2], miżjuda b titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir (AF.31) [3 A.3], miżjuda bit-titoli ta' dejn fuq perijodu twil (AF.32) [3 A.4], miżjuda b self fuq perijodu qasir (AF.41) [3 A.5], miżjuda b'self fuq perijodu twil (AF.42) [3 A.6].

2.

Dejn – valuti u depożiti [3 A.2] hija ugwali għal dik il-parti ta' dejn tal-gvern [3 A.1] fil-valuti tal-istrument u d-depożiti (AF.2).

3.

Dejn fuq perjodu ta' żmien qasir [3 A.18] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' sena jew inqas (AF.31).

4.

Dejn - titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil [3 A.4] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' sena jew inqas (AF.32).

5.

Dejn - self fuq perjodu ta' żmien qasir [3 A.5] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-istrument ta' self li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' sena jew inqas (AF.41).

6.

Dejn - self fuq perjodu ta' żmien twil [3 A.6] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' aktar minn sena (AF.42).

7.

Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3 A.7] hija ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3 A.8], miżjuda bid-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3 A.9], miżjuda bid-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3 A.10], miżjuda bid-dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3 A.11].

8.

Dejn miżmum minn bank ċentrali [3 A.8] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta' S.121.

9.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3 A.9] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta' S.122 jew S.123.

10.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3 A.10] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta' S.124, S.125, S.126, S.127, S.128 jew S.129.

11.

Dejn miżmum minn residenti oħra [3 A.11] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta' S.11, S.14 jew S.15.

12.

Dejn miżmum minn dawn li mhumiex residenti tal-Istat Membru [3 A.12] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta' S.2.

13.

Dejn iddenominat f'valuta nazzjonali [3 A.13] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] iddenominata fil-valuta legali tal-Istat Membru.

14.

Dejn iddenominat f'valuti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro [3 A.14] hija ugwali – qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru taż-żona tal-euro – għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] iddenominata fil-valuta legali ta' wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro (ħlief għall-valuta nazzjonali [3 A.13]), miżjuda b'dejn iddenominat f'ecus jew f'euro.

15.

Dejn iddenominat f'valuti oħrajn [3 A.15] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li mhijiexx inkluża fi [3 A.13] jew [3 A.14].

16.

Dejn fuq perjodu ta' żmien qasir [3 A.16] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' sena jew inqas.

17.

Dejn fuq perjodu ta' żmien twil [3 A.17] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' aktar minn sena.

18.

Dejn fuq perjodu ta' żmien twil li għandu rata ta' imgħax varjabbli [3 A.18] hija ugwali għal dik il-parti ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil [3 A.17] li r-rata ta' imgħax tiegħu hija varjabbli.

19.

Dejn b'maturità residwa sa sena [3 A.19] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b'maturità residwa ta' sena jew inqas.

20.

Dejn b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin [3 A.20] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin.

21.

Dejn b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin li għandu rata ta' imgħax varjabbli [3 A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin [3 A.20] li r-rata ta' imgħax tiegħu hija varjabbli.

22.

Dejn b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin [3 A.22] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin.

23.

Dejn b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin li għandu rata ta' imgħax varjabbli [3 A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin [3 A.22] li r-rata ta' imgħax tiegħu hija varjabbli.

24.

Maturità residwa medja tad-dejn [3 A.24] hija ugwali għall-maturità residwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin.

25.

Dejn tal-gvern – bonds b'kupun żero [3 A.25] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fil-għamla ta' bonds b'kupun żero, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta' kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tat-tifdija u tal-ħruġ.

26.

Dejn tal-gvern – self mogħti minn bank ċentrali [3 A.26] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-istrument ta' self (AF.4) li huwa attiv ta' S.121.

Tabella 3B

1.

Dejn tal-gvern (mhux ikkonsolidat bejn is-subsetturi) [3B.1] hija ugwali għall-obbligazzjonijiet ta' S.13, bl-esklużjoni ta' (a) l-obbligazzjonijiet ta' S.1311 li huma wkoll attiv ta' S.1311; (b) l-obbligazzjonijiet ta' S.1312 li huma wkoll attiv ta' S.1312; (c) l-obbligazzjonijiet ta' S.1313 li huma wkoll attiv ta' S.1313; u (d) l-obbligazzjonijiet ta' S.1314 li huma wkoll attiv ta'S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

2.

Elementi konsolidattivi [3B.2] hija ugwali għall-obbligazzjonijiet ta' S.13 i huma wkoll attiv ta' S.13 bl-esklużjoni ta' (a) l-obbligazzjonijiet ta' S.1311 li huma wkoll attiv ta' S.1311; (b) l-obbligazzjonijiet ta' S.1312 li huma wkoll attiv ta' S.1312; (c) l-obbligazzjonijiet ta' S.1313 li huma wkoll attiv ta' S.1313; u (d) l-obbligazzjonijiet ta' S.1314 li huma wkoll attiv ta'S.1314, fil-valuta u d-depożiti [3B.3], miżjudin b'titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir [3B.4], miżjudin b'titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien twil [3B.5], miżjudin bis-self [3B.6].

3.

Elementi konsolidattivi f'valuta u depożiti [3B.3] hija ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fil-valuta tal-istrument u d-depożiti (F.2).

4.

Elementi konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir [3B.4] hija ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta' dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' sena jew inqas (F.31).

5.

Elementi konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil [3B.5] hija ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta' dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tagħha hija ta' aktar minn sena (F.32).

6.

Elementi konsolidattivi fis-self [3B.6] hija ugwali dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fis-self tal-istrument (F.4).

7.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali (ikkonsolidat) [3B.7] hija ugwali għall-passiv ta' S.1311, li mhuwiex attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

8.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-gvern tal-istat [3B.8] hija ugwali għall-passiv ta' S.1311 li huwa attiv ta' S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

9.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-gvern lokali [3B.9] hija ugwali għall-passiv ta' S.1311 li huwa attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

10.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.10] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1311, huwa attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

11.

Dejn maħruġ mill-gvern tal-istat (ikkonsolidat) [3B.11] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1312, li mhuwiex attiv ta' S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

12.

Dejn maħruġ mill-gvern tal-istat u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.12] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1312 li huwa attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

13.

Dejn maħruġ mill-gvern tal-istat u miżmum mill-gvern lokali [3B.13] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1312 li huwa attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

14.

Dejn maħruġ mill-gvern tal-istat u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.14] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1312, li huwa attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

15.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali (ikkonsolidat) [3B.15] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1313, li mhuwiex attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

16.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.16] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1313 li huwa attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

17.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-gvern tal-istat [3B.17] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1313 li huwa attiv ta' S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

18.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.18] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1313, li huwa attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

19.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali (ikkonsolidat) [3B.19] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314, li mhuwiex attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

20.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.20] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314 li huwa attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

21.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern tal-istat [3B.21] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314 li huwa attiv ta' S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

22.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern lokali [3B.22] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314 li huwa attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

(1)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  It-terminu ‘kategoriji’ jirreferi għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.


Top