EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0039

Deċiżjoni (UE) 2017/2442 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deciżjoni (UE) 2016/2164 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2017/39)

OJ L 344, 23.12.2017, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2442/oj

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/59


DEĊIŻJONI (UE) 2017/2442 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deciżjoni (UE) 2016/2164 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2017/39)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Skont l-estimi tad-domanda għall-muniti tal-euro fl-2017 li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fl-2017, fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2164 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/43). (2)

(3)

Fid-19 ta' Ottubru 2017, il-Ministeru tal-Finanzi Taljan talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Italja tista' toħroġ fl-2017 jiżdied minn EUR 96,0 miljun għal EUR 141,0 miljun sabiex tkun tista' twieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għall-muniti. Il-BĊE approva din it-talba għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li l-Italja tista' toħroġ fl-2017.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2164 (BĊE/2016/43) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2164 (BĊE/2016/43) hija mibdula b'dan li ġej:

(EUR miljun)

 

Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2017

 

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

Volum ta' ħruġ ta' muniti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Il-Belġju

51,0

1,0

52,0

Il-Ġermanja

419,0

219,0

638,0

L-Estonja

9,7

0,3

10,0

L-Irlanda

30,7

0,8

31,5

Il-Greċja

106,3

0,6

106,9

Spanja

359,3

30,0

389,3

Franza

224,3

51,0

275,3

L-Italja

139,2

1,8

141,0

Ċipru

14,0

0,1

14,1

Il-Latvja

16,3

0,3

16,6

Il-Litwanja

30,0

0,3

30,3

Il-Lussemburgu

17,7

0,2

17,9

Malta

10,2

0,2

10,4

In-Netherlands

25,0

4,0

29,0

L-Awstrija

87,2

181,8

269,0

Il-Portugall

62,0

3,0

65,0

Is-Slovenja

24,0

2,0

26,0

Is-Slovakkja

15,6

1,4

17,0

Il-Finlandja

35,0

10,0

45,0

Total

1 676,5

507,8

2 184,3

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta' Diċembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2016/2164 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43) (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 73).


Top