EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016O0032

Linja Gwida (UE) 2016/2299 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Novembru 2016 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2016/32)

OJ L 344, 17.12.2016, p. 117–122 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2016/2299/oj

17.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/117


LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Novembru 2016

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2016/32)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal- Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskju, hemm bżonn li jsiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata.

(2)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata skont kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

1.   Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fil-punt 97 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 u 2a fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

2.   Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;

(b)

il-maturità residwa jew il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 3;

(c)

l-istruttura tal-kupun tal-assi; u

(d)

il-pass ta' kwalità ta' kreditu li għalih huwa allokat l-assi”;

2.

fl-Artikolu 2, il-punti (b) u (c) huma mibdula b'dan li ġej:

“(b)

Strumenti ta' dejn maħruġin mill-gvern lokali u reġjonali, entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema, banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-(UCITS), huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;

(c)

bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS oħra u strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;”;

3.

L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli

1.   Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':

(a)

l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta' kwalità ta' kreditu 1, 2 jew 3;

(b)

il-maturità residwa tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2;

(c)

l-istruttura tal-kupun tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2.

2.   Għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut 1 sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandhom jiddependu fuq il-maturità residwa u l-istruttura tal-kupun kif ġej:

(a)

Għal assi negozjabbli b'kupuni b'rata fissa jew żero, il-haircuts ta' valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont it-Tabella 2 tal-Anness ta' din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi.

(b)

Għal assi negozjabbli b'kupuni varjabbli, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom ikunu ugwali għall-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi negozjabbli b'kupun fiss b'maturità residwa żero għal sena, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(i)

Kupuni varjabbli b'perijodi ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala kupuni b'rata fissa u l-maturità relevanti sabiex jiġi applikat il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi;

(ii)

kupuni varjabbli li għandhom indiċi ta' inflazzjoni fiż-żona tal-euro bħala rata ta' referenza għandhom jiġu ttrattati bħala kupuni b'rata fissa u l-maturità relevanti sabiex jiġi applikat il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi;

(iii)

kupuni varjabbli b'minimu li ma huwiex daqs żero u/jew kupuni variabbli b'limitu massimu għandhom jitqiesu bħala kupuni ta' rata fissa.

(c)

Il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li jkollhom aktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess pass ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi jista' jiġi kkunsidrat għal dan l-iskop.

3.   Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta' haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif dettaljat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts il-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

4.   Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' titolu ggarantit b'assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar ħlas lura għal dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b'assi użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b'assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

4.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 36,5 %.”;

5.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 huwa mibdul b'li ġej:

“7.   Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut fil-valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jitqies ineliġibbli.”;

6.

L-Anness I għal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa ssostitwit bl-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).


ANNESS

L-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

Tabella 1

Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali

ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

ċertifikati ta' dejn maħruġa minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv

strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali

strumenti ta' dejn maħruġa mill-entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema

strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali

Bonds kopert jumbo li jikkonformaw tal-UCITS

Bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS

bonds koperti oħra

strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu

Titoli ggarantiti b'assi


Tabella 2

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV

 

Kategoriji ta' telf impost

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

Passi 1 u 2

[0-1)

0,5

0,5

1,0

1,0

1,0

1,0

7,5

7,5

[1-3)

1,0

2,0

1,5

2,5

2,0

3,0

10,0

10,5

[3-5)

1,5

2,5

2,5

3,5

3,0

4,5

13,0

13,5

[5-7)

2,0

3,0

3,5

4,5

4,5

6,0

14,5

15,5

[7-10)

3,0

4,0

4,5

6,5

6,0

8,0

16,5

18,0

[10,∞)

5,0

7,0

8,0

10,5

9,0

13,0

20,0

25,5

 

Kategoriji ta' haircut

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

Pass 3

[0-1)

6,0

6,0

7,0

7,0

8,0

8,0

13,0

13,0

[1-3)

7,0

8,0

9,5

13,5

14,5

15,0

22,5

25,0

[3-5)

9,0

10,0

13,5

18,5

20,5

23,5

28,0

32,5

[5-7)

10,0

11,5

14,0

20,0

23,0

28,0

30,5

35,0

[7-10)

11,5

13,0

16,0

24,5

24,0

30,0

31,0

37,0

[10,∞)

13,0

16,0

19,0

29,5

24,5

32,0

31,5

38,0


Tabella 2a

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut V

 

 

Kategorija V

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Peżata (WAL) (*2)

Haircut ta' valutazzjoni

Passi 1 u 2 (AAA sa A–)

[0-1)

4,0

[1-3)

4,5

[3-5)

5,0

[5-7)

9,0

[7-10)

13,0

[10,∞)

20,0


Tabella 3

Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*3)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Passi 1 u 2 (AAA sa A-)

[0-1)

10,0

12,0

[1-3)

12,0

16,0

[3-5)

14,0

21,0

[5-7)

17,0

27,0

[7-10)

22,0

35,0

[10,∞)

30,0

45,0

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*3)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Pass 3 (BBB+ sa BBB-)

[0-1)

17,0

19,0

[1-3)

28,5

33,5

[3-5)

36,0

45,0

[5-7)

37,5

50,5

[7-10)

38,5

56,5

[10,∞)

40,0

63,0


(*1)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(*2)  i.e. [0-1) WAL ta' inqas minn sena, [1-3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(*3)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.


Top