EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0031

Deċiżjoni (UE) 2015/1613 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/5 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2015/31)

OJ L 249, 25.9.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1613/oj

25.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/28


DEĊIŻJONI (UE) 2015/1613 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Settembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/5 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2015/31)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Settembru 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għandu jinbeda programm ġdid ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (ABSPP). Fit-2 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Governattiv ħabbar id-dettalji tal-ABSPP u ddeċieda li l-kriterji ta' eliġibbiltà għal segmenti intermedji ggarantiti ta' titoli ggarantiti b'assi (ABS) għandhom jiġu kkomunikati fi stadju aktar tard.

(2)

Fit-18 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li s-segmenti intermedji ta' ABS għandhom jiġu kkunsidrati għal xiri taħt l-ABSPP jekk dawk is-segmenti intermedji jkunu ggarantiti b'garanzija adattata li tikkonforma mal-kriterji tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema. Id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (1) tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-ABSPP u huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi aġġornata sabiex tirrifletti dawn il-bidliet.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 hija emendata skont kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(2).

Minbarra kif huwa pprovdut fil-punt 1 iktar 'il fuq u l-punt 9 iktar 'l isfel, l-ABS jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għall-ABS sottomessi bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif stipulat fil-Linja Gwida BĊE/2014/60 (*).

(*)  Linja Gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).”;"

2.

Fl-Artikolu 2, huwa miżjud il-punt 9 li ġej:

“(9).

Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77 tal-Linja Gwida BĊE/2014/60 ma għandhomx japplikaw għal segmenti intermedji ta' ABS li jkunu eliġibbli biss għal xiri taħt l-ABSPP jekk ikunu:

(a)

iggarantiti b'garanzija:

(i)

li tissodisfa r-rekwiżiti għal garanziji ta' assi negozjabbli kif stipulat fl-Artikoli 114, 115, 117 u 118 tal-Parti Erbgħa, Titolu IV tal-Linja Gwida BĊE/2014/60; u

(ii)

maħruġa minn garanti b'valutazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 83(c) tal-Linja Gwida BĊE/2014/60 u pprovduta minn ta' mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, espressa fil-forma ta' klassifikazzjoni ta' kreditu pubblika, f'konformità, bħala minimu, mal-pass 3 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

jissodisfaw il-kriterji l-oħrajn kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal xiri taħt l-ABSPP.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ‘segment intermedju’ tfisser segment ta' ħruġ ta' ABS li, skont il-prijorità tal-ħlasijiet ta' wara l-infurzar, u jekk applikabbli, il-prijorità tal-ħlasijiet wara l-aċċelerazzjoni kif stipulat fil-prospett:

(a)

tkun ikklassifikata taħt is-segment jew subsegmenti mhux subordinati tal-istess ħruġ ta' ABS kif stipulat fl-Artikolu 77 tal-Linja Gwida BĊE/2014/60; u

(b)

tkun ikklassifikata 'l fuq mis-segment l-aktar subordinat jew subsegmenti li jkunu l-ewwel li jbatu telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b'hekk jipprovdu protezzjoni lit-tieni telf u, fejn relevanti, segmenti jew subsegmenti ta' grad aktar għoli.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Settembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


Top