EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0001(01)
2014/179/EU: Decision of the European Central Bank of 22 January 2014 amending Decision ECB/2004/2 adopting the Rules of Procedure of the European Central Bank (ECB/2014/1)
2014/179/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/1)
2014/179/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/1)
OJ L 95, 29.3.2014, p. 56–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/56 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2014/1)
(2014/179/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 25(2) u 26(12) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa meħtieġ li l-organizzazzjoni interna tal-BĊE u tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet jiġu aġġustati għar-rekwiżiti l-ġodda li joħorġu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 biex tiġi kkjarifikata l-interazzjoni bejn il-korpi involuti fil-proċess tat-tħejjija u tal-adottar tad-deċiżjonijiet superviżorji. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit Kodiċi ta’ Kondotta li jistabbilixxi l-istandards etiċi għal gwida tal-membri tal-Kunsill Governattiv u tas-supplenti maħtura tagħhom meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. |
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit kumitat tal-verifika ta’ livell għoli biex isaħħaħ il-livelli interni u esterni tal-kontroll u biex jikkontribwixxi għal aktar titjib fil-governanza korporattiva tal-BĊE u tal-Eurosistema. |
(4) |
L-Artikolu 21 tar-Regoli tal-Proċedura jispeċifika li l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u r-Regoli tal-Persunal għandhom jiddeterminaw ir-relazzjoni tal-impjieg bejn il-BĊE u l-persunal tiegħu. Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u r-Regoli tal-Persunal ġew emendati sabiex jinkludu r-regoli li jirregolaw l-għażla u l-ħatra tal-kandidati. L-Artikolu 20 tar-Regoli tal-Proċedura dwar l-għażla, il-ħatra u l-promozzjoni tal-persunal m’għadux meħtieġ u għalhekk għandu jiġi revokat. |
(5) |
Huwa wkoll meħtieġ li jiġu riflessi xi bidliet żgħar tekniċi u editorjali bħall-innumerar mill-ġdid tal-artikoli tat-Trattat u tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(6) |
Il-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 m’għandhiex tapplika għad-deċiżjonijiet relatati mal-qafas ġenerali li fih ser jittieħdu deċiżjonijiet superviżorji bħall-qafas organizzattiv imsemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(7) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (2) għandha tiġi emendata sabiex tikkunsidra dawn l-iżviluppi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew
Id-Deċizjoni BĊE/2004/2 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b’li gej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet
|
2. |
L-Artikolu 5a il-ġdid li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 5a Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv
|
3. |
L-Artikolu 9 huwa mibdul b’li ġej: “Artikolu 9 Il-kumitati tal-Eurosistema/tas-SEBĊ
|
4. |
L-Artikolu 9b il-ġdid li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 9b Kumitat tal-Verifika Sabiex jissaħħu l-livelli interni u esterni tal-kontroll diġà fis-seħħ u sabiex tkompli tittejjeb il-governanza korporattiva tal-BĊE u tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv jistabbilixxi kumitat tal-verifika u jistipula l-mandat u l-kompożizzjoni tiegħu.”. |
5. |
L-Artikolu 11.3 huwa mibdul b’li ġej:
|
6. |
L-Artikoli li ġejjin qegħdin jiddaħħlu: “KAPITOLU IVa KOMPITI SUPERVIŻORJI Artikolu 13a Bord superviżorju Bis-saħħa tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, Bord Superviżorju stabbilit bħala korp intern tal-BĊE iwettaq b’mod sħiħ l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti konferiti fuq il-BĊE relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (minn hawn ’il quddiem ‘kompiti superviżorji’). Kull kompitu tal-Bord Superviżorju huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE. Artikolu 13b Kompożizzjoni tal-Bord Superviżorju
Artikolu 13c Votazzjoni skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 Għall-finijiet tal-adozzjoni tal-abozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u fuq il-bażi ta’ Artikolu 16 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll (Nru 36) dwar dispożizzjonijiet tranżitorji, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
Artikolu 13d Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Superviżorju Il-Bord Superviżorju jadotta r-Regoli ta’ Proċedura wara li jkun ikkonsulta mal-Kunsill Governattiv. Ir-Regoli ta’ Proċedura jiżguraw it-trattament ugwali tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Artikolu 13e Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Bord Superviżorju
Artikolu 13f Laqgħat tal-Bord Superviżorju Il-Bord Superviżorju normalment iżomm il-laqgħat tiegħu fil-bini tal-BĊE. Il-proċedimenti tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju jiġu pprovduti lill-Kunsill Governattiv, għall-informazzjoni, malli jiġu adottati. Artikolu 13g Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013
Artikolu 13h Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013
Artikolu 13i Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 14(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 Jekk awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-BĊE bl-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord Superviżorju jittrażmetti l-abbozz ta’ deċiżjoni, flimkien mal-evalwazzjoni tagħha, lill-Kunsill Governattiv fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. L-abbozz ta’ deċiżjoni titqies adottata sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol min-notifika lill-BĊE, li tista’ tiġi estiża darba għall-istess perjodu f’każijiet iġġustifikati. Artikolu 13j Qafas ġenerali msemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 Il-Kunsill Governattiv jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-qafas ġenerali biex jiġu organizzati l–arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Superviżorju barra mill-ambitu tal-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni. Artikolu 13k Separazzjoni tal-politika monetarja u l-kompiti superviżorji
Artikolu 13l Organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-kompiti superviżorji
Artikolu 13m Struttura interna dwar il-kompiti superviżorji
Artikolu 13n Rapport skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (EU) Nru 1024/2013 Fuq proposta mill-Bord Superviżorju sottomessa mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv għandu jadotta r-rapporti annwali indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Eurogroup kif mitlub taħt l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Artikolu 13o Rappreżentanti tal-BĊE fl-Awtorità Bankarja Ewropea
|
7. |
L-Artikolu 15.1 huwa mibdul b’ li ġej:
|
8. |
L-Artikolu 17.5 huwa mibdul b’ li ġej:
|
9. |
L-Artikolu 17.8 huwa mibdul b’ li ġej:
(***) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01 p. 3.)”." |
10. |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 17a Strumenti legali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji
|
11. |
L-Artikolu 18 huwa mibdul b’ li ġej: “Artikolu 18 Il-Proċedura skont l-Artikolu 128(2) tat-Trattat L-approvazzjoni stipulata fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat għandha tiġi adottata għas-sena ta’ wara, mill-Kunsill Governattiv f’deċiżjoni waħda għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro fl-aħħar trimestru ta’ kull sena.”. |
12. |
L-Artikolu 20 huwa mħassar. |
13. |
L-Artikolu 23.1 huwa mibdul b’ li ġej:
|
14. |
Fl-Artikolu 23.3, l-ewwel sentenza hija mibdula b’ li ġej: “Id-dokumenti mfasslin jew miżmumin mill-BĊE għandhom jiġu kklassifikati u mmaniġġati skont ir-regoli ta’ organizzazzjoni dwar is-segretezza professjonali u l-immaniġġjar u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.”. |
15. |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 23a Il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali fir-rigward tal-kompiti superviżorji
|
16. |
It-test stabbilit fl-Anness jiżdied bħala anness. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Jannar 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Id-Deċizjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
ANNESS
“ANNESS
(kif imsemmi fl-Artikolu 13c(iv))
1. |
Għall-finijiet tal-votazzjoni skont l-Artikolu 13c, l-erba’ rappreżentanti tal-BĊE, għandhom, kif iddefinit fil-paragrafi li jmiss, jiġu assenjati l-voti pponderati medjani tal-Istati Membri parteċipanti skont il-kriterju ta’ voti pponderati, il-popolazzjoni medjana tal-Istati Membri parteċipanti taħt il-kriterju ta’ popolazzjoni u, bis-saħħa tal-isħubija tagħhom fil-bord Superviżorju, vot skont il-kriterju tan-numru tal-membri. |
2. |
Meta ssir klassifika, f’ordni axxendenti, tal-voti pponderati assenjati lill-Istati Membri parteċipanti mill-Artikolu 3 tal-Protokol (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri parteċipanti, il-vot ipponderat medjan huwa ddefinit bħala l-vot ipponderat mezzan jekk hemm numru fard ta’ Stati Membri parteċipanti, u bħala l-medja taż-żewġ numri mezzani, miżjuda sal-eqreb numru sħiħ, jekk in-numru huwa bis-sewwa. Il-voti ipponderati medjan immultiplikat għal erba’ darbiet għandu jiżdied man-numru totali tal-voti pponderati tal-Istati Membri parteċipanti. In-numru tal-voti pponderati li jirriżulta għandu jikkostitwixxi n-‘numru totali tal-voti pponderati’. |
3. |
Il-popolazzjoni medjana hija ddefinita skont l-istess prinċipju. Għal dan il-għan, wieħed jirrikorri għall-figuri ppubblikati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Anness III, l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (*). Il-popolazzjoni medjana tal-Istati Membri parteċipanti mmoltiplikata għal erba’ darbiet għandha tiżdied mal-popolazzjoni kkombinata fl-Istati Membri parteċipanti kollha. In-numru tal-popolazzjoni li jirriżulta għandu jikkostitwixxi ‘il-popolazzjoni totali’. |