EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0010-20190803

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/810/2019-08-03

02016D0010 — MT — 03.08.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2016/810 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' April 2016

dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)

(ĠU L 132 21.5.2016, p. 107)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2016/1974 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-31 ta' Ottubru 2016

  L 304

7

11.11.2016

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1312 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta' Lulju 2019

  L 204

123

2.8.2019




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2016/810 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' April 2016

dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “kriterju ta' referenza ta' self nett” ifisser l-ammont ta' self nett eliġibbli li parteċipant għandu bżonn li jaqbeż fil-perijodu 1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex jikkwalifika għal rata ta' imgħax fuq is-self TLTRO-II tal-parteċipant li huwa inqas baxx mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkulata skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddettaljati fl-Artikolu 4 u l-Anness 1, rispettivament;

(2) “kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti” tfisser is-somma tas-self pendenti eliġibbli tal-parteċipant fil-31 ta' Jannar 2016 u l-kriterju ta' referenza ta' self nett li huwa kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(3) “limitu tal-offerta” jfisser l-ammont limitu li jista' jiġi missellef minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-II kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(4) “limitu fuq is-self” ifisser l-ammont kumplessiv li jista' jiġi missellef minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-II kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(5) “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 1 );

(6) “self eliġibbli” ifisser self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) residenti, kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 ( 2 ), fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, ħlief għal self lill-unitajiet domestiċi għal xiri ta' djar, kif iddettaljat iktar fl-Anness II;

(7) “self nett eliġibbli” ifisser self gross fil-forma ta' self eliġibbli nett mill-ħlasijiet lura tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli tul perjodu speċifiku, kif huwa spjegat iktar fl-Anness II;

(8) “l-ewwel perijodu ta' referenza” ifisser l-perijodu mill-1 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Jannar 2016;

(9) “istituzzjoni finanzjarja monetarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 3 );

(10) “kodiċi IFM” ifisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal IFM fil-lista tal-IFMi miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2103 (BĊE/2013/33);

(11) “ammonti pendenti ta' self eliġibbli” tfisser self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni ta' self eliġibbli titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ, kif spjegat iktar fl-Anness II;

(12) “parteċipant” tfisser kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema b'konformità mal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), li jagħmel offerti fi proċeduri tal-offerti tat-TLTRO-II jew fuq bażi individwali jew fuq bażi ta' grupp bħala istituzzjoni prinċipali u li huwa soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċeduri tal-offerta tat-TLTRO-II;

(13) “BĊN relevanti”, b'referenza għal partiċipant partikolari, tfisser il-BĊN tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit parteċipant;

(14) “it-tieni perijodu ta' referenza” jfisser il-perijodu mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018;

Artikolu 2

It-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal

1.  L-Eurosistema għandha twettaq erba' TLTROs-II skont kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ippubblikat fuq is-sit tal-BĊE.

2.  Kull TLTRO-II għandu jimmatura erba' snin wara d-data ta' ħlas rispettiv, f'jum li jikkoinċidi mad-data tal-ħlas ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament, skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ppubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE.

3.  It-TLTROs-II għandhom:

(a) ikunu operazzjonijiet ta' treġġigħ lura li jipprovdu likwidità;

(b) jiġu eżegwiti b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(c) jiġu eżegwiti permezz ta' proċedura ta' offerti standard; u

(d) jiġu eżegwiti fil-forma ta' proċeduri ta' offerti b'rata fissa.

4.  Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊNi huma lesti li jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw fir-rigward tat-TLTROs-II, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' suq miftuħ, il-kriterji li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet u l-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema u s-sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tal-kontropartijiet. Kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija stabbilita fl-oqfsa legali ġenerali u temporanji applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kif implimentata fl-oqfsa nazzjonali kuntrattwali u/jew regolatorji tal-BĊNi.

5.  F'każ ta' kunflitt bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), flimkien ma' kwalunkwe att legali ieħor tal-BĊE li jistabbilixxi l-qafas legali applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal u/jew kwalunkwe miżura nazzjonali li timplimentah f'livell nazzjonali, għandha tipprevali din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni

1.  L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem fit-TLTROs fuq bażi individwali jekk ikunu kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

2.  L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'TLTROs-II fuq bażi ta' grupp billi jgħaqqdu grupp tat-TLTROs. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp hija relevanti sabiex jiġu kkalkolati l-limiti fuq il-limitu fuq is-self u l-kriterji ta' referenza applikabbli kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-obbligi ta' rapportar assoċjati kif stabbiliti fl-Artikolu 7. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a) istituzzjoni ma tistax tkun membru ta' iktar minn grupp wieħed tal grupp TLTRO-II;

(b) istituzzjoni li tieħu sehem fit-TLTROs-II fuq bażi ta' grupp ma tistax tieħu sehem fuq bażi individwali;

(c) l-istituzzjoni maħtura bħala l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun l-uniku membru tal-grupp tat-TLTRO-II li tista' tieħu sehem fil-proċeduri ta' offerta tat-TLTRO-II; u

(d) il-kompożizzjoni u l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-II għandhom jibqgħu l-istess għat-TLTROs kollha, bla ħsara għall-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu.

3.  Għall-parteċipazzjoni fit-TLTROs-II permezz ta' grupp TLTRO-II, għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a) B'effett mill-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, kull membru ta' grupp partikolari għandu:

(i) ikollu rabta mill-qrib ma' membru ieħor tal-grupp skont it-tifsira ta' “rabta mill-qrib” kif iddefinit fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-referenzi li fihom għal “kontroparti”, “garanti”, “emittent” jew “debitur” għandhom jinftiehmu bħala referenza għal membru ta' grupp; jew

(ii) ikollu r-riżervi meħtieġa fl-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) ( 4 ) b'mod indirett permezz ta' membru ieħor tal-grupp jew jintuża minn membru ieħor tal-grupp sabiex b'mod indirett iżomm ir-riżervi meħtieġa mal-Eurosistema.

(b) Il-grupp għandu jaħtar membru wieħed bħala l-istituzzjoni prinċipali għall-grupp. L-istituzzjoni prinċipali għandha tkun kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(c) Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stati Membru li juża l-euro bħala l-munita tiegħu u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(d) Bla ħsara għall-punt (e), l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika għal parteċipazzjoni fil-BĊN tagħha skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fuq is-sit tal-BĊE. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(i) isem l-istituzzjoni prinċipali;

(ii) lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu fil-grupp tat-TLTROs-II;

(iii) spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni fi grupp, inkluża lista tar-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(iv) fil-każ ta' membri ta' grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-II inkwistjoni u jaqbel li ma jiħux sehem f'TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp tat-TLTRO-II ieħor, flimkien mal-evidenza xierqa li l-konferma relevanti bil-miktub ġiet eżegwita minn firmatarji awtorizzati kif xieraq. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti l-konferma neċessarja fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-II tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni ewlenija. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità tal-konferma bil-miktub kkonċernata; u

(v) Fil-każ ta' membru ta' grupp li għalih japplika l-punt (i) tal-punt (a): (1) konferma bil-miktub mill-membru tal-grupp rilevanti dwar id-deċiżjoni formali tiegħu li jsir membru fil-grupp tat-TLTROs-II inkwistjoni u li ma jiħux sehem f'TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi gruppi oħrajn tat-TLTROs-II; u (2) evidenza xierqa, ikkonfermata mill-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti, li din id-deċiżjoni formali ttieħdet fl-ogħla livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istruttura korporattiva tal-membru bħall-Bord tad-Diretturi jew ekwivalenti b'konformità ma' kwalunkwe liġi applikabbli.

(e) Grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 jista' jipparteċipa fit-TLTROs-II bħala grupp TLTRO-II sakemm l-istituzzjoni prinċipali tiegħu tissottometti notifika bil-miktub f'dak is-sens lill-BĊN rilevanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE. In-notifika għandha tinkludi:

(i) lista ta' membri tal-grupp TLTRO li ddeċidew formalment li jkunu membri tal-grupp TLTRO-II inkwistjoni u ma jipparteċipawx fit-TLTRO-II bħala kontropartijiet individwali jew bħala membri ta' ebda grupp TLTRO-II ieħor. Fil-każ ta' membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) jew il-punt (a), l-istituzzjoni prinċipali tista' tipprovdi n-notifika neċessarja meta jkun hemm ftehim fis-seħħ, kif imsemmi fil-punt (iv) tal-punt (d), li jgħid espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklussivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-lista; u

(ii) evidenza xierqa, kif jista' jintalab mill-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, li ġiet eżegwita mill-firmatarji debitament awtorizzati.

(f) L-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-II ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizzjonali oħra li hija relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-grupp tat-TLTRO-II potenzjali mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punti (d) jew (e) skont il-każ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, anki istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-superviżjoni konsolidata, inklużi friegħi tal-istess istituzzjoni ta' kreditu, għandhom jitqiesu bħala applikanti xierqa għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II u għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu mutatis mutandis. Din tiffaċilita t-tiswir ta' gruppi tat-TLTRO-II fost dawn l-istituzzjonijiet, meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu parti mill-istess entità ġuridika. Għall-finijiet tal-konferma tat-tiswir, jew bidla fil-kompożizzjoni, ta' grupp TLTRO-II ta' dan it-tip, il-paragrafu 39(d)(iv) u l-paragrafu 6(b)(ii)(4) għandhom japplikaw rispettivament.

4.  Jekk waħda jew iktar mill-istituzzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-BĊN relevanti jista' jiċħad b'mod parzjali l-applikazzjoni tal-grupp propost. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet li jissottomettu l-applikazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu bħala grupp TLTRO-II bil-kompożizzjoni limitata għal dawk il-membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa jew inkella jirtiraw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-II.

5.  F'każijiet eċċezzjonali, meta jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jitbiegħed mir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

6.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5 ta' hawn fuq, il-kompożizzjoni ta' grupp rikonoxxut skont il-paragrafu 3 tista' tinbidel fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) Membru għandu jiġi eskluż mill-grupp TLTRO-II jekk ma jissodisfax iktar ir-rekwiżiti tal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3. Il-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni prinċipali dwar in-nuqqas tal-membru tal-grupp li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

F'dawk il-każijiet, l-istituzzjoni prinċipali għandha tgħarraf lill-BĊN tagħha dwar il-bidla fl-istatus tal-membru tal-grupp tagħha.

(b) Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-II, jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib addizzjonali jew investimenti indiretti ta' riżervi meħtieġa mal-Eurosistema wara l-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II tista' tinbidel biex tirrifletti ż-żieda ta' membru ġdid, iżda:

▼M1

(i) l-istituzzjoni prinċipali tapplika għand il-BĊN tagħha għar-rikonoxximent tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTRO-II ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE;

▼B

(ii) l-applikazzjoni msemmija fil-punt (i) tinkludi:

(1) isem il-istituzzjoni prinċipali;

(2) il-lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li huma intiżi li jiddaħħlu fil-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTROs-II;

(3) spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni, inkluża dettalji tat-tibdil fir-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(4) fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (ii) tal-paragrafu 3(a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-II iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-II inkwistjoni u ddeċieda formalment li jkun membru tat-TLTROs-II inkwistjoni u biex ma jipparteċipax fit-TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-II ieħor. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti ċ-ċertifikazzjoni neċessarja fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-II tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-konferma bil-miktub; u

(5) fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (1) tal-paragrafu 3(a), konferma bil-miktub minn kull membru addizzjonali tad-deċiżjoni formali tiegħu biex ikun membru tal-grupp TLTRO-II inkwistjoni u mhux biex jipparteċipa fit-TLTROs-II bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-II ieħor, u konferma bil-miktub minn kull membru tal-grupp TLTRO-II, inkluż kemm fil-kompożizzjoni l-qadima u dik ġdida, tad-deċiżjoni formali tiegħu biex jaqbel mal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-II, flimkien mal-evidenza xierqa, ikkonfermat mill-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti, kif iddettaljat fil-punt (v) tal-paragrafu 3(d); u

(iii) l-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-II ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni rilevanti oħra relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTRO-II mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni previsti skont il-punt (ii).

(c) Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-II, għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni li tinvolvi membri tal-grupp TLTRO-II iseħħu wara l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u dik l-operazzjoni ma tirriżulta fl-ebda bidla fis-sett ta' self eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-II jista' jinbidel biex jirrifletti l-għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, skont il-każ, iżda l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (b) għandhom jitħarsu.

7.  Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II skont il-paragrafu 5, jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-gruppi TLTRO-II ikun sar skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:

▼M1

(a) fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5, il-paragrafu 6(b), jew il-paragrafu 6(c), l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-II fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-II tagħha biss wara li tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-II ġie rrikonoxxut; u

▼B

(b) istituzzjoni li m'għadhiex membru ta' grupp tat-TLTRO-II m'għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-II oħrajn la b'mod individwali u lanqas bħala membru ta' grupp ieħor tat-TLTRO-II, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.

8.  Jekk istituzzjoni prinċipali titlef l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-grupp tat-TLTRO-II tagħha m'għandux jibqa' rikonoxxut u din l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun obbligata li tħallas lura l-ammonti kollha mislufin taħt it-TLTROs-II.

Artikolu 4

Limitu fuq is-self, limitu tal-offerta u kriterji ta' referenza

1.  Il-limiti fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tad-dejta dwar is-self fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli u s-self nett eliġibbli tal-parteċipant individwali. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-parteċipant li huwa l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTROs għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta aggregata dwar is-self fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self eliġibbli u s-self nett eliġibbli tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTROs.

2.  Il-limitu fuq is-self ta' kull parteċipant għandu jkun ta' 30 % tal-ammont pendenti totali ta' self eliġibbli tiegħu fil-31 ta' Jannar 2016 wara li jitnaqqas kull ammont misluf qabel mill-parteċipant tat-TLTRO-II taħt l-ewwel żewġ TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 u li għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II wara li titqies kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas bikri sottomessa mill-partiċipant skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 jew kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas mill-ġdid bikri obbligatorju provdut mill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

3.  Jekk membru tal-grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 ma jkunx irid ikun membru tal-grupp TLTRO-II rispettivament, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self tat-TLTO-II għal dik l-istituzzjoni ta' kreditu bħala parteċipant individwali, dik l-istituzzjoni għandha titqies li sselfet taħt it-TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 ammont daqs l-ammont misluf mill-istituzzjoni prinċipali tal-grupp TLTRO f'dawn iż-żewġ operazzjonijiet u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II immultiplikat bis-sehem ta' self eliġibbli tal-membru lil dawk tal-grupp TLTRO fit-30 ta' April 2014. Dan l-aħħar ammont jitnaqqas mill-ammont li l-grupp TLTRO-II rispettiv jitqies li ssellef taħt it-TLTROs magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu ta' fuq is-self tat-TLTRO-II tal-istituzzjoni prinċipali.

4.  Il-limitu tal-offerta ta' kull parteċipant għandu jkun daqs il-limitu fuq is-self wara li jitnaqqsu l-ammonti mislufin taħt it-TLTROs-II ta' qabel. Dan l-ammont għandu jitqies li jirrappreżenta limitu massimu tal-offerta għal kull parteċipant u għandhom jgħoddu r-regoli applikabbli għall-offerti li jaqbżu l-limitu massimu tal-offerta, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tal-Linja Gwida(UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

5.  Il-kriterju ta' referenza ta' self nett ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' self nett eliġibbli fl-ewwel perijodu ta' referenza, kif ġej:

(a) għal parteċipanti li jirrapportaw self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun żero;

(b) għall-parteċipanti li jirrapportaw self nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun daqs is-self nett eliġibbli għall-ewwel perijodu ta' referenza.

Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I. Il-kriterju ta' referenza ta' self nett għall-parteċipanti li ngħataw liċenzji bankarji wara l-31 ta' Jannar 2015 għandu jkun żero sakemm il-Kunsill Governattiv, f'ċirkustanzi fejn huwa oġġettivament ġġustifkat, jiddeċiedi mod ieħor.

6.  Il-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma ta' self pendenti eliġibbli mill-31 ta' Jannar 2016 u l-kriterju ta' referenza tas-self nett. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

Artikolu 5

Imgħax

1.  Bla ħsara għall-paragrafu 2, ir-rata ta' imgħax applikabbli għall-ammont misluf taħt kull TLTRO-II għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li tipprevali fi żmien tal-għoti tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti.

2.  ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufin mill-parteċipanti li s-self nett eliġibbli fit-tieni perijodu ta' referenza jaqbeż il-kriterju ta' referenza tas-self nett għandu jkun marbut ukoll mar-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II skont id-dispożizzjonijiet u l-kalkoli ddettaljati stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti qabel l-ewwel data ta' ħlas lura bikri f'Ġunju 2018 skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE.

3.  L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-II, jew meta jsir il-ħlas lura bikri kif stabbilit fl-Artikolu 6, skont kif ikun applikabbli.

4.  Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammont pendenti TLTRO-II qabel ma tiġi kkomunikata r-rata tal-imgħax applikabbli lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufin minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-II għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti.

Artikolu 6

Ħlas lura bikri

1.  B'bidu minn 24 xahar wara l-ħlas ta' kull TLTRO-II, il-parteċipanti għandhom, fuq bażi trimestrali, l-għażla li jtemmu jew inaqqsu l-ammont tat-TLTROs-II kkonċernati, qabel il-maturità.

2.  Dati ta' ħlas lura bikri għandhom jikkoinċidu mad-data tal-ħlas ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament, kif speċifikat mill-Eurosistema.

▼M2

3.  Sabiex jibbenefika minn proċedura ta' ħlas lura bikri, parteċipant għandu jgħarraf lill-BĊN relevanti li biħsiebu jħallas lura bil-proċedura ta' ħlas lura bikri fid-data ta' ħlas lura bikri, tal-inqas ġimgħa qabel dik id-data ta' ħlas lura bikri.

4.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant kkonċernat ġimgħatejn qabel id-data tal-ħlas lura bikri li għalih tkun tirreferi. Nuqqas min-naħa tal-parteċipant li jħallas, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, l-ammont dovut skont il-proċedura ta' ħlas lura bikri sad-data ta' ħlas lura jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' penali finanzjarja. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandha tikkorrispondi mal-penali finanzjarja applikata għal nuqqasijiet ta' konformità mal-obbligi biex jiġi kkollateralizzat b'mod adegwat u mħallas l-ammont li l-kontroparti tkun ġiet assenjata fir-rigward ta' tranżazzjoni bil-maqlub għall-finijiet tal-politika monetarja. L-impożizzjoni ta' penali finanzjarja għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN li jeżerċita r-rimedji stabbiliti għal meta jseħħ każ ta' inadempjenza kif stipulat fl-Artikolu 166 tal-Linja Gwida 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼B

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' rapportar

1.  Kull parteċipant fit-TLTROs-II għandu jissottometti lill-BĊN relevanti d-dejta identifikata fil-mudell tar-rapportar pprovdut fl-Anness II kif ġej:

(a) dejta dwar l-ewwel perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self tal-parteċipant, il-limiti tal-offerta u l-kriterji ta' referenza (iktar 'il quddiem msejjaħ l-“ewwel rapport”); u

(b) dejta dwar it-tieni perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati ta' imgħax applikabbli (iktar 'il quddiem msejjaħ it-“tieni rapport”)

2.  Id-dejta għandha tiġi pprovduta skont:

(a) il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ppubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b) il-linji gwida previsti fl-Anness II; u

(c) l-istandards minimi għall-preċiżjoni u konformità mal-kunċetti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

3.  Termini użati fir-rapport sottomess mill-parteċipanti għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjonijiet ta' dawk it-termni fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

4.  L-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi ta' TLTRO-II għandhom jissottomettu rapporti tad-dejta aggregata fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTROs. Barra minn hekk, il-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali jew BĊN ta' membru ta' grupp tat-TLTRO-II jistgħu, f'koordinazzjoni mal-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jeħtieġu li l-istituzzjoni prinċipali tissottometti dejta diżaggregata għal kull membru ta' grupp individwali.

5.  Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-dejta sottomessa bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2 tiġi vvalutata minn awditur estern skont ir-regoli li ġejjin:

(a) l-awditur jista' jivvaluta d-dejta fl-ewwel rapport bħala parti mill-verifika tar-rendikonti finanzjarji annwali tal-partiċipant u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur għandhom jintbagħtu sal-iskadenza speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-II ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE;

(b) ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur dwar it-tieni rapport għandhom jiġu sottomessi flimkien mat-tieni rapport sakemm, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, ma tiġix approvata skadenza differenti mill-BĊN rilevanti; f'dan il-każ, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa mill-parteċipant li talab l-estensjoni għandha tiġi kkomunikata biss wara r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur jiġu sottomessi; jekk, wara l-approvazzjoni tal-BĊN rilevanti, il-parteċipant jiddeċiedi li jittermina jew inaqqas l-ammont għat-TLTROs-II tiegħu qabel ma jissottometti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti li għandhom jitħallsu lura mill-parteċipant għandha tkun ir-rata fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti;

(c) il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. B'mod partikolari, l-awditur għandu:

(i) jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta billi jivverifika li s-sett ta' self eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta' istituzzjoni prinċipali s-self eliġibbli għall-membri tal-grupp TLTRO-II, jissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà;

(ii) jivverifika li d-dejta rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti mdaħħla permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iii) jivverifika li d-dejta rapportata hija konsistenti mad-dejta miġbura bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); u

(iv) jivverifika jekk il-kontrolli u l-proċeduri humiex fis-seħħ għall-validazzjoni tal-integrità, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp, ir-riżultati għandhom jinqasmu mal-BĊNi tal-membri tal-grupp TLTRO-II oħrajn. Fuq talba tal-BĊN tal-partiċipant, riżultati ddettaljati tal-valutazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta' parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement jinqasmu mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.

L-Eurosistema tista' tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif il-valutazzjoni tal-awditur għandha ssir f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fil-valutazzjoni tagħhom.

6.  Wara bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II jew riorganizzazzjoni korporattiva, bħal għaqda, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, li taffettwa is-sett tas-self eliġibbli tal-partiċipant, l-ewwel rapport rivedut għandu jiġi sottomess skont l-istruzzjonijiet rċevuti mill-BĊN tal-partecipant. Il-BĊN rilevanti għandu jevalwa l-impatt tar-reviżjoni u jieħu azzjoni xierqa. Din l-azzjoni tista' tinkludi rekwiżit biex jitħallsu lura ammonti mislufin li, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva, jaqbżu l-limitu fuq is-self rilevanti. Il-parteċipant ikkonċernat (li jista' jinkludi entità mwaqqfa ġdida wara r-riorganizzazzjoni korporattiva) għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti għall-għajnuna fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.

7.  Id-dejta pprovduta mill-parteċipanti bis-saħħa ta' dan l-Artikolu tista' tintuża mill-Eurosistema għall-implimentazzjoni tal-qafas TLTRO-II, kif ukoll għall-analiżi tal-effettività tal-qafas u għanijiet analitiċi tal-Eurosistema oħrajn.

Artikolu 8

Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar

1.  Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-verifika, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-dejta rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) Jekk parteċiplant jonqos milli jissottometti l-ewwel rapport sal-iskadenza rilevanti, il-limitu għas-self tiegħu għandu jiħi ffissat għal żero.

(b) Jekk parteċipant jonqos milli jissottometti t-tieni rapport sal-iskadenza rilevanti jew jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(5) jew (6), ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tal-offerta fir-rigward tat-TLTRO-II rilevanti għandha tkun applikabbli għall-ammonti mislufin minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-II.

(c) Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-verifika msemmija fl-Artikolu 7(5) jew mod ieħor, jidentifika żbalji fid-dejta sottomessa fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti ikun ġie nnotifkat b'dawn l-iżbalji, jew fejn dawn l-iżbalji jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżball ikkonċernat, u (ii) il-BĊN rilevanti jista' jieħu l-azzjoni xierqa, li tista' tinkludi aġġustament għar-rata tal-imgħax applikata lis-self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-II u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti mislufa, minħabba żball, li jaqbżu l-limutu għas-self tal-parteċipant.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 al-Bank Ċentrali Ewropew ( 5 ) fir-rigward tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Mejju 2016.




ANNESS I

IT-TWETTIQ TAT-TIENI SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT IMMIRATI FUQ ŻMIEN ITWAL

1.    Kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta

Il-parteċipanti f'waħda mit-tieni serje ta' operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II), li jaġixxu jew individwalment jew bħala istituzzjoni prinċipali ta' grupp TLTRO-II, huma suġġetti għal limitu fuq is-self. Il-limitu fuq is-self ikkalkolat ser jitqarreb għall-figura multipla li jmiss ta' EUR 10 000 .

Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali fit-TLTROs-II huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta' self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2016. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-II huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti ta' self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2016 fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp TLTRO-II.

II-limitu fuq is-self huwa ta' 30 % fuq l-ammont pendenti ta' self eliġibbli li jirrigwarda lill-parteċipant ( 6 ) fil-31 ta' Jannar 2016 wara li jitneħħew l-ammonti mislufin mill-parteċipant fl-operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs) magħmulin f'Settembru u Diċembru 2014 bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II, jiġifieri:

BAk = 0,3 × OLJan 2016 – OB għal k = 1,…,4

Hawn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-II k (bi k = 1,…,4), OLJan 2016 huwa l-ammont ta' self miżmum mill-parteċipant li huwa pendenti fil-31 ta' Jannar 2016 u OBk huwa l-ammont misluf mill-parteċipant fit-TLTRO1 u t-TLTRO2 tal-ewwel serje TLTRO u għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-II k.

Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f'kull TLTRO-II huwa l-limitu ta' self wara li jitnaqqas is-self tal-parteċipant fit-TLTROs-II preċedenti.

Fejn Ck ≥ 0 ikun is-self ta' parteċipant fit-TLTRO-II k. Il-limitu tal-offerta BLk għal dan il-parteċipant f'operazzjoni k huwa:

BL 1 = BA 1 u

image , għal k = 2, 3, 4.

2.    Kalkolu tal-kriterji ta' referenza

Fejn NLm huwa s-self nett eliġibbli ta' parteċipant f'xahar kalendarju m, ikkalkulat bħala l-fluss gross ta' parteċipant ta' self eliġibbli ġdid f'dak ix-xahar bit-tnaqqis ta' ħlasijiet lura ta' self eliġibbli, kif iddefinit fl-Anness II.

Indika b'NLB il-kriterju ta' referenza tas-self nett għal dan il-parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

NLB = min(NLFeb 2015 + NLMarch 2015 + … + NLJan 2016,0)

Dan jimplika li jekk il-parteċipant għandu self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = 0. Jekk, madankollu, il-parteċipant għandu self nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = NLFeb 2015 + NLMarch 2015 + … + NLJan 2016.

Uri b'OAB l-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti ta' parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

OAB = max(OLJan 2016 + NLB,0)

3.    Kalkolu tar-rata ta' imgħax

Fejn NSJan 2018 juri l-ammont miksub billi jingħadd is-self nett eliġibbli fuq perijodu mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018 u l-ammont ta' self eliġibbli pendenti mill-31 ta' Jannar 2016; dan huwa kkalkulat bħala NSJan 2018 = OLJan 2016 + NLFeb 2016 + NLMarch 2016 + … + NLJan 2018

Indika issa b'EX il-perċentwali ta' devjazzjoni NSJan 2018 mill-kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti, jiġifieri,

image

Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 2.5.

Fejn rk hija rata ta' imgħax li tiġi applikata għat-TLTRO-II k. Fejn MROk u DFk hija r-rata tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament (MRO) u r-rata tal-faċilità tad-depożitu, espressi bħala r-rati ta' perċentwali annwali, eżistenti fiż-żmien tal-allokazzjoni tat-TLTRO-II k, rispettivament. ir-rata tal-imgħax hija ddeterminata kif ġej:

a) Jekk partiċipant ma jaqbiżx il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija daqs ir-rata MRO applikabbli fi żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II, jiġifieri:

jekk EX ≤ 0, mela rk = MROk .

b) Jekk partiċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti b'mill-inqas 2,5 % fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija daqs ir-rata tal-faċilità ta' depożitu applikabbli fi żmien tal-allokazzjoni ta' kull TLTRO-II, jiġifieri:

jekk EX ≥ 2,5, mela rk = DFk .

c) Jekk partiċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammont tas-self eliġibbli pendenti imma b'inqas minn 2,5 % fil-31 ta' Jannar 2018, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata lill-ammonti kollha mislufa mill-parteċipant taħt it-TLTROs-II hija ggradata b'mod lineari skont il-perċentwali li biha il-parteċipant jaqbeż il-kriterju ta' referenza tal-ammonti pendenti tas-self eliġibbli, jiġifieri:

jekk 0 < EX < 2,5, mela
image .

Ir-rata tal-imgħax tiġi espressa bħala rata ta' perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali li jmiss.




ANNESS II

IT-TIENI SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL — LINJI GWIDA GĦALL-MILI TAL-FORMOLA TA' RAPPORTAR

1.    Introduzzjoni ( 7 )

Dawk il-linji gwida jipprovdu struzzjonijiet għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta li l-parteċipanti fit-TLTROs-II għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 7. Ir-rekwiżiti tar-rapportar huma ppreżentati fil-mudell tar-rapportar fl-aħħar ta' dan l-Anness. Dawn il-linji gwida jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-gruppi tat-TLTRO-II li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet.

It-taqsima 2 u 3 jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni tad-dejta u t-taqsima 4 jispjegaw l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati.

2.    Informazzjoni ġenerali

Il-miżuri li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self huma marbutin ma' self tal-korporazzjonijiet finanzjarji (IFM) lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro ( 8 ), bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar, fil-muniti kollha. Skont l-Artikolu 7 rapporti tad-dejta għandhom jiġu sottomessi għal żewġ perijodi ta' referenza ddefiniti fl-Artikolu 1. B'mod partikolari, informazzjoni dwar l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fi tmiem ix-xahar ta' qabel il-bidu tal-perjodu u fi tmiem il-perjodu, kif ukoll is-self nett eliġibbli matul il-perjodu (ikkalkolat bħala self gross nett mill-ħlasijiet lura tas-self) irid jiġi rrapportat għalih għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u għal unitajiet domestiċi. Ammonti pendenti ta' self eliġibbli huma aġġustati biex jaħsbu għal self li huwa ttitolizzat jew ttrasferit mod ieħor u li mhux dekontabilizzat. Informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa wkoll fuq subkomponenti rilevanti ta' dawn il-partiti, kif ukoll fuq l-effetti li jirriżultaw f'tibdil lil ammonti pendenti ta' self eliġibbli imma ma humiex relatati ma' self nett eliġibbli (iktar 'il quddiem “aġġustamenti għall-ammonti pendenti”), li jkopru wkoll xiri u bejgħ ta' self u trasferimenti ta' self oħra.

Fir-rigward tal-użu ta' informazzjoni miġbura, id-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fil-31 ta' Jannar 2016 se tintuża għad-determinazzjoni tal-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, id-dejta fuq self nett eliġibbli matul l-ewwel perijodu ta' referenza għandu jintuża għall-kalkolu tal-kriterju ta' referenza tas-self nett u l-kriterju ta' referenza tal-ammont pendenti. Fil-frattemp dejta fuq self nett eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-iżviluppi tas-self u, għaldaqstant, ir-rati ta' imgħax applikabbli. L-indikaturi kollha l-oħrajn fil-mudell huma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza interna tal-informazzjoni u l-konsistenza tagħha mad-dejta statistika miġbura fi ħdan l-Eurosistema, kif ukoll għall-monitoraġġ fil-fond tal-impatt tal-programm tat-TLTRO-II.

Il-qafas ġenerali sottostanti t-tlestija tar-rapporti tad-dejta huwa pprovdut mir-rekwiżiti ta' rapportar tal-IFM taż-żona tal-euro fil-kuntest tal-istatistika dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tal-IFM, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). B'mod partikolari, fir-rigward tas-self, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li dan “[għandu jiġi rrapportat] skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. It-tħassir u tnaqqis fil-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà relevanti għandhom ikunu esklużi minn dan l-ammont. […] is-self m'għandux ikun nnettjat kontra ebda assi jew passiv oħra. Madankollu, għall-kuntrarju tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(2), li jimplikaw ukoll li s-self irid jiġi rrapportat gross mill-provvedimenti, l-Artikolu 8(4) jistipula li l-BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta' self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta' self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom [jiġifieri l-valur tat-tranżazzjoni tagħhom], sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw”. L-implikazzjonijiet li din id-devjazzjoni mill-gwida ġenerali dwar il-BSI għandha għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta huma rriveduti f'iktar dettall iktar 'il quddiem.

Ir-Regolament BĊE/2013/33 għandu jintuża wkoll bħala d-dokument ta' referenza fir-rigward tad-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati fil-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta. Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 1 għad-definizzjonijiet ġenerali, u l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II għal definizzjoni tal-kategoriji tal-istrumenti li għandhom ikunu koperti taħt “self” u tas-setturi ta' parteċipanti rispettivament. Huwa importanti, fil-qafas tal-BSI, li r-riċevibbli tal-imgħax dovut fuq is-self ikun soġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif isir dovut (jiġifieri fuq bażi tad-dovuti minflok meta fil-fatt jiġi riċevut), iżda ma għandux ikun eskluż mid-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self. Madankollu, imgħax kapitalizzat għandu jiġi rreġistrat bħala parti mill-ammonti pendenti.

Filwaqt li ħafna mid-dejta li trid tiġi rrapportata fil-formola diġà tinġabar mill-IFM skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), il-parteċipanti li jagħmlu offerti fit-TLTRO-II għandhom jiġbru ċerta informazzjoni addizzjonali. Il-qafas metodoloġiku għall-istatistiki tal-BSI, kif stipulat fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” ( 9 ) (“Manwal dwar l-istatistiki tal-karta tal-bilanċ tal-IFM”), jipprovdi t-tagħrif ta' sfond kollu meħtieġ biex tinġabar din id-dejta addizzjonali; iktar dettalji huma pprovduti fil-punt 4 dwar id-definizzjonijiet tal-indikaturi individwali.

3.    Struzzjonijiet ġenerali ta' rapportar

(a)   Struttura tal-mudell dwar ir-rapportar

Il-mudell jinkludi indikazzjoni tal-perijodu li d-dejta tirriferi għalih u tiġbor flimkien l-indikaturi f'żewġ blokok: Self IFM lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lill-unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro għal xiri ta' djar. Id-dejta fiċ-ċelloli kollha mmarkati bl-isfar hija kkalkolata mid-dejta mdaħħla f'ċelloli oħrajn, fuq il-bażi tal-formuli pprovduti. Il-mudell jinkorpora wkoll regola ta' validazzjoni li tivverifika l-konsistenza bejn ammonti u tranżazzjonijiet pendenti.

(b)   Definizzjoni tal-“perjodu tar-rapportar”

Il-perjodu tar-rapportar jirrappreżenta l-medda ta' dati li għaliha tirreferi d-dejta. Hemm żewġ perijodi ta' rapportar fit-TLTRO-II, jiġifieri “l-ewwel perijodu ta' referenza”, 1 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Jannar 2016, u “t-tieni perijodu ta' referenza”, l-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2018. L-indikaturi marbutin ma' ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta' qabel ma beda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perjodu ta' referenza ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Jannar 2015 u fil-31 ta' Jannar 2016, u għat-tieni perijodu ta' referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Jannar 2018. Min-naħa tagħha, id-dejta fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti relevanti kollha li jseħħu matul il-perjodu tar-rapportar.

(c)   Ir-rapportar fir-rigward ta' gruppi tat-TLTROs

Fir-rigward ta' parteċipazzjoni ta' grupp fit-TLTROs-II, bħala regola d-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi aggregata. Madankollu, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) għandhom il-possibbiltà li jiġbru t-tagħrif fuq bażi ta' istitituzzjonijiet individwali, jekk jitqies li dan huwa xieraq.

(d)   Tranżmissjoni tar-rapporti tad-dejta

Ir-rapporti tad-dejta kompletati għandhom jintbagħtu lill-BĊN relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 7 u skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-II ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, li jistipula wkoll il-perjodi ta' referenza li jridu jkunu koperti f'kull trażmizzjoni u liema vintages tad-dejta għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni tad-dejta.

(e)   Unità tad-dejta

Id-dejta trid tiġi rrapportata f'termini ta' eluf ta' euro.

4.    Definizzjonijiet

Din is-sezzjoni tipprovdi definizzjonijiet tal-partiti li jridu jiġu rrapportati; l-enumerazzjoni użata fil-formola ta' rapportar hija indikata fil-parentesi.

(a)   Ammonti pendenti ta' self eliġibbli (1 u 4)

Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fir-rigward tal-partiti sussegwenti, jiġifieri “Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), bit-tnaqqis tal-“Ammonti pendenti ta' self li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2), b'żieda tal-“Provvedimenti pendenti kontra self eliġibbli” (1.3 u 4.3). L-aħħar subterminu huwa relevanti biss f'każijiet li fihom, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti.

(i)   Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ (1.1 u 4.1)

Din il-partita tinkludi ammonti pendenti ta' self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar. Għall-kuntrarju tal-imgħax kapitalizzat, l-imgħax dovut huwa eskluż mill-indikaturi.

Dawn iċ-ċelloli fuq il-mudell huma marbuta direttament mar-rekwiżiti tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 2 tat-Tabella 1 fuq stokks tax-xahar).

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.1.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)   L-ammonti pendenti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ (1.2 u 4.2)

Din il-partita tinkludi l-ammonti pendenti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda li ma ġiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ. L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet tal-veikoli finanzjarji. Self provdut bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 5.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar) tkopri l-informazzjoni meħtieġa fuq self titolizzat lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi li ma ġewx dekontabilizzati, iżda ma teħtieġx li dawn tal-aħħar jitqassmu skont l-iskop. Barra minn hekk, ammonti pendenti ta' self li ġie ttrasferit b'xi mod ieħor (jiġifieri mhux permezz ta' titolizzazzjoni) iżda li mhuwiex dekontabilizzat, mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għalhekk, għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, huma meħtieġa estrazzjonijiet ta' dejta separati mid-databases interni tal-IFM.

Għal iktar dettalji tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(iii)   Provvedimenti pendenti kontra self eliġibbli (1.3 u 4.3)

Din id-dejta hija relevanti biss għal dawk l-istituzzjonijiet li, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, jirrapportaw self nett mill-provvedimenti. Fil-każ ta' istituzzjonijiet li jagħmlu offerti bħala grupp tat-TLTRO-II, dan ir-rekwiżit japplika biss għal dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp li jirreġistraw self nett mill-provvedimenti.

Din il-partita tinkludi provvedimenti individwali u kollettivi għal indeboliment u telf minn self (qabel ma jsir tħassir u tniżżil fil-valur). Id-dejta trid tirreferi għal self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, jiġifieri huwa eskluż self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ.

Kif intqal iktar 'il fuq fit-tielet subparagrafu tal-punt 2, bħala regola, fl-istatistiki tal-BSI is-self għandu jiġi rrapportat bl-ammont pendenti ta' kapital, bil-provvedimenti korrispondenti li jiġu allokati f'“Kapital u riżervi”. F'dawn il-każijiet, m'għandha tiġi rrapportata l-ebda informazzjoni separata dwar provvedimenti. Fl-istess ħin, f'każijiet li fihom is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti, dan it-tagħrif addizzjonali jrid jiġi rrapportat sabiex tinġabar dejta kompletament paragunabbli bejn l-IFM.

Meta tkun prattika normali li jiġu rrapportati ammonti pendenti ta' self nett mill-provvedimenti, il-BĊNi għandhom l-għażla li jagħmlu r-rapportar ta' dan it-tagħrif mhux obbligatorju. Madankollu, f'dawn il-każijiet il-kalkoli skont il-qafas tat-TLTROs-II ser ikunu msejsin fuq l-ammonti ta' self pendenti fil-karta tal-bilanċ nett mill-provvedimenti ( 10 ).

Għal dettalji addizzjonali, ara r-referenza għad-dispożizzjonijiet fid-definizzjoni ta' “Kapital u riżervi” fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(b)   Self nett eliġibbli (2)

Dawn iċ-ċelloli tal-mudell ta' rapportar jirreġistraw is-self nett (tranżazzjonijiet) mogħti matul il-perjodu tar-rapportar. Id-dejta tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati għas-subpartiti, jiġifieri s-“Self gross” (2.1) nieqes il-“Ħlasijiet lura” (2.2).

Self li huwa negozjat mill-ġdid matul il-perjodu tar-rapportar għandu jiġi rrapportat kemm bħala “Ħlasijiet lura” kif ukoll bħala “Self gross” meta jseħħ in-negozjar mill-ġdid. Id-dejta dwar l-aġġustament trid tinkludi effetti marbutin man-negozjar mill-ġdid tas-self.

Fil-prinċipju, tranżazzjonijiet “mreġġa' lura” matul il-perjodu (jiġifieri self mogħti u mħallas lura matul il-perjodu) għandhom jiġu rrapportati kemm bħala “Self gross” kif ukoll bħala “Ħlasijiet lura”. Madankollu, l-IFM li jagħmlu offerti jistgħu jitħallew jeskludu dawn l-operazzjonijiet ukoll meta jikkompilaw ir-rapporti tad-dejta, sabiex jittaffa l-piż tar-rapportar tagħhom. F'dan il-każ, għandhom jinfurmaw lill-BĊN rilevanti u d-dejta fuq l-aġġustamenti għall-ammonti pendenti għandha teskludi wkoll effetti marbutin ma' dawn l-operazzjonijiet imreġġa' lura. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal self mogħti matul il-perjodu li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor.

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju. Għal dawn l-istrumenti, bidliet fil-bilanċi minħabba ammonti użati jew prelevati matul il-perjodi tar-rapportar għandhom jintużaw bħala indikaturi għas-self nett. L-ammonti pożittivi għandhom jiġu rrapportati bħala “Self gross” (2.1), filwaqt li l-ammonti negattivi għandhom jiġu rrapportati (bis-sinjal pożittiv) bħala “Ħlasijiet lura” (2.2).

(i)   Self gross (2.1)

Din il-partita tinkludi l-fluss tas-self ġdid gross fil-perjodu tar-rapportar, għajr kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' self. Kreditu mogħti relatat ma' dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandu jiġi rrapportat ukoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Ammonti miżjudin matul il-perjodu mal-bilanċi dovuti tal-klijent, pereżempju, mal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax (għall-kuntrarju tad-dovuti tal-imgħax) u l-miżati, għandhom ikunu inklużi wkoll.

(ii)   Ħlasijiet lura (2.2)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' ħlasijiet lura tal-kapital matul il-perjodu tar-rapportar, bl-esklużjoni ta' dawk marbutin ma' self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ. Il-ħlasijiet lura relatati mad-dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandhom jiġu rrapportati wkoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Il-ħlasijiet tal-imgħax marbutin mal-imgħax dovut li ma jkunx għadu ġie kapitalizzat, ċessjoni tas-self u aġġustamenti oħrajn fl-ammonti pendenti (inklużi tħassir u tniżżil fil-valur) ma għandhomx jiġu rrapportati.

(c)   Aġġustamenti fl-ammonti pendenti

Dawn iċ-ċelloli tal-mudell ta' rapportar huma sabiex jiġu rrapportati bidliet fl-ammonti pendenti (tnaqqis (–) u żidiet (+)) li jseħħu tul il-perjodu tar-rapportar li mhumiex marbutin mas-self nett. Tali bidliet iseħħu minn operazzjonijiet bħal titolizzazzjonijiet tas-self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar, u minn aġġustamenti oħrajn marbutin mar-rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju, tħassir u tniżżil fil-valur ta' self u riklassifikazzjonijiet. Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata b'mod awtomatiku fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fis-subpartiti, jiġifieri “Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar” (3.1) miżjuda ma' “Aġġustamenti oħrajn” (3.2).

(i)   Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar (3.1)

—   Flussi netti ta' self titolizzat b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1 A)

Din il-partita tinkludi fiha l-ammont nett tas-self li huwa ttitolizzat matul il-perjodu tar-rapportar b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, ikkalkolati bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet ( 11 ). L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet tal-veikoli finanzjarji. It-trasferimenti tas-self għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali ta' tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B fil-mudell (ara iktar 'il quddiem). Fil-każ tal-IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti) ( 12 ).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 1.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b fuq id-dejta trimestrali) ikopru dawn l-elementi.

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Flussi netti ta' self li huwa ttrasferit b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1B)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' self soġġett għal ċessjoni jew akkwiżizzjoni matul il-perjodu b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportat f'operazzjonijiet mhux relatati ma' attivitajiet ta' titolizzazzjoni, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti).

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-taqsimiet 1.2 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti tas-self li altrimenti huwa ttrasferit b'impatt fuq l-istokks tas-self, iżda jeskludu:

(1) self soġġett għal ċessjoni lil, jew akkwiżizzjoni minn, IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għar-ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. it-trasferiment ta' ġabra ta' self minn sussidjarja domestika tal-IFM lill-IFM prinċipali);

(2) trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal għaqdiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha. Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Fir-rigward tal-“Bidliet fl-istruttura tas-settur tal-IFM”, is-Sezzjoni 1.6.3.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics” (u s-Sezzjoni 5.2 relatata tal-Anness 1.1) tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta' trasferimenti intragrupp, li tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom iseħħu trasferimenti bejn unitajiet istituzzjonali separati (eż. qabel ma unità waħda jew iktar ma jibqgħux jeżistu f'għaqda jew akkwiżizzjoni) u dawk li jseħħu meta xi unitajiet ma jibqgħux jeżistu, f'liema każ għandha ssir riklassifikazzjoni statistika. Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta fiż-żewġ każijiet l-implikazzjonijiet huma l-istess u d-dejta għandha tiġi rrapportata taħt il-partita 3.1C (u mhux taħt il-partita 3.2C).

—   Il-flussi netti tas-self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self (3.1C)

Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor matul il-perjodu tar-rapportar mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt l-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw self nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti). Flussi netti dwar l-għoti ta' self bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-Taqsimiet 2.1 tat-Tabella 5a dwar id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti ta' self li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self, iżda self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta' dar mhuwiex identifikat għalih u b'hekk għandu jinsilet għalih mid-databases interni tal-IFM. Barra minn hekk, kif ġie speċifikat iktar 'il fuq, ir-rekwiżiti jeskludu:

1) Self suġġett għal ċessjoni lil, jew akkwiżizzjoni minn, IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għal ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. meta sussidjarja ta' IFM domestika tittrasferixxi grupp ta' self lill-IFM prinċipali);

2) Trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal għaqdiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha.

Għal dettalji addizzjonali fuq il-partiti li jridu jiġu inklużi, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 2.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii)   Aġġustamenti oħrajn (3.2)

Dejta fuq aġġustamenti oħrajn trid tiġi rrapportata għal self eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, eskluż self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat.

—   Rivalwazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju (3.2 A)

Ċaqliq fir-rati tal-kambju kontra l-euro jġib miegħu bidliet fil-valur tas-self denominat f'muniti barranin meta jkun espress f'euro. Id-dejta fuq dawn l-effetti għandha tiġi rrapportata b'sinjal negattiv (pożittiv) meta f'termini netti jwasslu għal tnaqqis (żieda) fl-ammonti pendenti, u huma meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn is-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Dawn l-aġġustamenti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għall-finijiet tar-rapporti tad-dejta, jekk id-dejta (jew anki approssimazzjoni) ma tkunx disponibbli minnufih għall-IFM, dawn jistgħu jiġu kkalkolati skont il-gwida pprovduta fis-Sezzjoni 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Il-proċedura ta' stima ssuġġerita tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-kalkoli għall-muniti ewlenin u hija msejsa fuq l-istadji li ġejjin:

1) l-ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi l-bidu tal-perijodu u fl-aħħar tal-perijodu (partiti 1 u 4) jinqasmu skont il-munita ta' denominazzjoni, bl-iffokar ikun fuq il-grupp ta' self denominat f'GBP, USD, CHF u JPY. Jekk din id-dejta ma tkunx faċilment disponibbli, tista' tintua dejta fuq l-ammonti pendenti totali fuq il-karta tal-bilanċ, inkluż self titolizzat jew ttrasferit mod ieħor li ma huwiex dekontabilizzat — partiti 1.1 u 4.1;

2) kull grupp ta' self huwa ttrattat kif ġej. In-numri tal-ekwazzjoni relevanti fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” huma pprovduti fil-parentesi:

 l-ammonti pendenti fi tmiem ix-xahar li jiġi qabel ma jibda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu huma kkonvertiti fil-munita oriġinali ta' denominazzjoni, billi jintużaw ir-rati tal-kambju nominali korrispondenti ( 13 ) (l-ekwazzjonijiet [4.2.2] u [4.2.3]);

 il-bidla fl-ammonti pendenti matul il-perjodu ta' referenza denominati f'munita barranija hija kkalkolata u kkonvertita lura f'euro billi jintuża l-valur medju tar-rati tal-kambju ta' kuljum matul il-perjodu tar-rapportar (ekwazzjoni [4.2.4]);

 id-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti kkonvertiti f'euro, kif ikkalkolata fl-istadju ta' qabel, u l-bidla fl-ammonti pendenti f'euro hija kkalkolata (ekwazzjoni [4.2.5], bis-sinjal oppost);

3) l-aġġustament finali tar-rata tal-kambju huwa stmat bħala s-somma tal-aġġustamenti għal kull munita.

Għal iktar tagħrif, ara s-Sezzjonijiet 1.6.3.5 u 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Tħassir/tnaqqis tal-valur (3.2B)

Skont il-punt (g) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), “tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta' self fuq il-karta tal-bilanċ statistika dovut għall-indeboliment tiegħu. “B'mod simili, skont il-punt (h) l-Artikolu 1 tal-istess Regolament ‘tħassir’ tfisser tniżżil fil-valur tal-ammont riportat sħiħ ta' self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ.” L-effetti tat-tniżżil fil-valur u t-tneħħija għandhom jiġu rrapportati b'sinjal negattiv jew pożittiv meta f'termini netti dan jirriżulta fi tnaqqis jew żieda fl-ammonti pendenti. Din id-dejta hija meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn is-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Fir-rigward tat-tneħħija u tniżżil fil-valur marbut ma' self pendenti fil-karta tal-bilanċ, tista' tintuża d-dejta miġbura biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) Tabella 1 A dwar l-aġġustamenti ta' kull xahar tar-rivalutazzjoni). Madankollu, is-separazzjoni tal-impatt tat-tneħħija u tniżżil fil-valur ta' self fuq self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat teħtieġ estrazzjoni ta' dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

Fil-prinċipju, dejta fuq ammonti pendenti ta' self eliġibbli (partiti 1 u 4) hija korretta għall-ammonti pendenti ta' provvedimenti f'każijiet li fihom is-self jiġi rreġistrat bħala nett mill-provvedimenti fuq il-karta tal-bilanċ statistika.

 F'każijiet li fihom il-parteċipanti jirrapportaw il-partiti 1.3 u 4.3, id-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur tas-self għandha tinkorpora t-tħassir tal-kanċellazzjoni fl-imgħoddi fuq self li ma għadux rekuperabbli (b'mod parzjali jew sħiħ) u, barra minn hekk, għandha tinkludi wkoll kwalunkwe telf li jmur lill hinn mill-provvedimenti, jekk dan ikun applikabbli. B'mod simili, meta self provvedut ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor, irid jiġi rreġistrat tħassir jew tniżżil fil-valur li jiġi daqs il-provvedimenti pendenti, bis-sinjal oppost, sabiex jaqbel mal-bidla fil-valur fil-karta tal-bilanċ, ikkoreġut għall-ammonti ta' provvedimenti u l-valur tal-fluss nett. Il-provvedimenti jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba provvedimenti u indebolimenti ġodda għat-telf minn self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju). Tali bidliet ma għandhomx jiġu rreġistrati fir-rapporti tad-dejta bħala parti mit-tħassir/tniżżil fil-valur (peress li r-rapporti tad-dejta jibnu mill-ġdid il-valuri gross tal-provvedimenti) ( 14 ).

 Is-separazzjoni tal-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur tas-self fuq self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat tista' titneħħa jekk ma tistax tiġi estratta dejta separata mid-databases interni tal-IFM.

 Meta tkun il-prattika li l-ammonti pendenti ta' self jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti, iżda l-partiti relevanti (1.3 u 4.3) relatati mal-provvedimenti ma jkunux irrapportati (ara l-punt 4(a) iktar 'il fuq), it-tħassir/tniżżil fil-valur irid jinkludi provvedimenti għal indeboliment ġodda u telf minn self fuq il-portafoll tas-self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju) ( 15 ).

 Ma hemmx bżonn li jiġi separat l-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur fuq self titolizzat jew self ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat jekk ma tkunx tista' tiġi estratta dejta separata fuq provvedimenti mid-databases interni tal-IFM.

 Fil-prinċipju, dawn il-partiti jkopru wkoll rivalutazzjonijiet li jirriżultaw meta s-self ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor u l-valur tat-tranżazzjoni jvarja mill-ammont nominali pendenti meta jseħħ it-trasferiment. Dawn ir-rivalutazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati, meta jkunu jistgħu jiġu identifikati, u għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn il-valur tat-tranżazzjoni u l-ammont nominali pendenti fi żmien il-bejgħ.

 Għal iktar tagħrif, ara l-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 1.6.3.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

—   Riklassifikazzjonijiet (3.2C)

Ir-riklassifikazzjonijiet jirreġistraw l-effetti kollha l-oħrajn li mhumiex marbutin mas-self nett, kif iddefinit fil-punt 4(b), iżda jirriżultaw f'bidliet fl-ammonti pendenti ta' self fil-karta tal-bilanċ, għajr self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li ma ġiex dekontabilizzat.

Dawn l-effetti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u l-impatt tagħhom normalment jiġi stmat fuq bażi aggregata meta jissawru statistiċi makroekonomiċi. Madankollu, huma importanti fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali (jew gruppi tat-TLTROs-II) sabiex jiġu rikonċiljati s-self nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.

Għandhom jiġu rrapportati l-effetti li ġejjin, fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' self fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni ta' self titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat u tapplika l-konvenzjoni tas-soltu ta' reġistrazzjoni tal-effetti li jwasslu għat-tnaqqis (żidiet) fl-ammonti pendenti b'sinjal negattiv (pożittiv).

1) Bidliet fil-klassifikazzjoni tas-settur jew il-post ta' residenza tal-mutwatarji li jirriżultaw f'bidliet fil-pożizzjonijiet pendenti rrapportati li mhumiex dovuti għas-self nett u li b'hekk għandhom jiġu rreġistrati.

2) Bidliet fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti. Dawn jistgħu jaffettwaw l-indikaturi wkoll jekk l-ammonti pendenti ta' self jiżdiedu jew jonqsu minħabba, pereżempju, ir-riklassifikazzjoni ta' titolu ta' dejn bħala self jew bħala self jew titolu ta' dejn.

3) L-aġġustamenti li jirriżultaw mill-korrezzjoni ta' żbalji ta' rapportar, skont l-istruzzjonijiet irċevuti mill-BĊN rilevanti bis-saħħa tal-punt (c) tal-Artikolu 8(1).

Skont l-Artikolu 7(6), ir-riorganizzazzjonijiet korporattivi u t-tibdil fil-kompożizzjonijiet tal-gruppi TLTRO-II normalment jirriżulta fil-bżonn li tiġi sottomessa mill-ġdid l-ewwel rapport ta' dejta biex tirrifletti l-istruttura korporattiva ġdida u l-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II. Għaldaqstant, ebda riklassifikazzjonij ma tintua fir-rigward ta' dawk l-avvenimenti.

Għal informazzjoni addizzjonali, ara s-Sezzjonijiet 1.6.3.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Madankollu, id-differenzi kunċettwali enfasizzati iktar 'il fuq għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-derivazzjoni tad-dejta tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali.



Rapportar TLTRO-II

Perijodu ta' rapportar …

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, bl-esklużjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għax-xiri tad-djar (EUR eluf)

 

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self lil unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għal skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi), bl-esklużjoni ta' xiri ta' djar

 

 

partita

formula

validazzjoni

Aggregati ewlenin

1

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar …

0

0

1

1 = 1.1 – 1.2 (+1.3)

 

2

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar …

0

0

2

2 = 2.1 + 2.2

 

3

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (–) u żidiet (+) …

0

0

3

3 = 3.1 + 3.2

 

4

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar …

0

0

4

4 = 4.1 – 4.2 (+4.3)

4 = 1 + 2 + 3

Partiti sottostanti

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tax-xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' rapportar

1,1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

1,1

 

 

1,2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

1,2

 

 

1,3

Dispożizzjonijiet pendenti kontra self eliġibbli (1)

 

 

1,3

 

 

Self nett eliġibbli fil-perijodu ta' rapportar

2,1

Self gross …

 

 

2,1

 

 

2,2

Ħlasijiet lura …

 

 

2,2

 

 

Aġġustament għall-ammonti pendenti: tnaqqis (–) u żidiet (+)

3,1

Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar …

0

0

3,1

3.1 = 3.1A + 3.1B + 3.1C

 

3.1A

Flussi netti ta' self li huwa titolizzat b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1A

 

 

3.1B

Flussi netti ta' self li huwa ttrasferit b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1B

 

 

3.1C

Flussi netti tas-self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self …

 

 

3.1C

 

 

3,2

Aġġustamenti oħrajn …

0

0

3,2

3.2 = 3.2A + 3.2B + 3.1C

 

3.2A

Rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju …

 

 

3.2A

 

 

3.2B

Tħassir/tnaqqis tal-valur …

 

 

3.2B

 

 

3.2C.

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid …

 

 

3.2C.

 

 

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli fl-aħħar tal-perijodu ta' rapportar

4,1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

4,1

 

 

4,2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

4,2

 

 

4,3

Dispożizzjonijiet pendenti kontra self eliġibbli (1)

 

 

4,3

 

 

(*1)   Applikabbli biss f'dawk il-każijiet fejn is-self huwa rrapportat nett mid-dispożizzjonijiet; ara l-istruzzjonijiet tar-rappurtar għal iktar dettall.



( 1 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 19-22).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

( 4 ) Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

( 5 ) Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika, (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).

( 6 ) Referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi TLTRO-II

( 7 ) Il-qafas kunċettwali wara r-rekwiżiti tar-rapportar baqa' ma nbidilx meta mqabbel ma' dak speċifikat fid-Deċiżjoni BĊE/2014/34.

( 8 ) Għall-finijiet tar-rapportar ta' dejta “unitajiet domestiċi” tinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jaqdu lil unitajiet domestiċi.

( 9 ) Ara l-“Manual on MFI balance sheet statistics”, BĊE, April 2012, disponibbli fuq is-sit elettroniku www.ecb.europa.eu. B'mod partikolari, is-Sezzjoni 2.1.4, p. 76 tirrigwarda r-rapportar statistiku ta' self.

( 10 ) Din l-eċċezzjoni għandha applikazzjonijiet għar-rapportar tad-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur ukoll, kif iċċarat iktar 'il quddiem.

( 11 ) Din il-konvenzjoni tas-sinjali (li hija l-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) hija konsistenti mar-rekwiżit ġenerali dwar id-dejta ta' aġġustament, kif speċifikat iktar 'il fuq — jiġifieri effetti li jwasslu għal żidiet jew tnaqqis fl-ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati b'simbolu pożittiv jew negattiv.

( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jippermetti lill-IFM sabiex jirrapportaw self mixtri bil-valur tat-tranżazzjoni tagħhom sakemm din tkun prattika nazzjonali applikata mill-IFM kollha residenti fil-pajjiż. F'każijiet bħal dawn, il-komponenti ta' rivalwazzjoni li jistgħu jiġġarrbu għandhom jiġu rrapportati taħt il-partita 3.2B.

( 13 ) Għandhom jintużaw ir-rati tal-kambju ta' referenza tal-BĊE. Ara l-istqarrija għall-istampa tat-8 ta' Lulju 1998 dwar l-istabbiliment ta' standards tas-suq komuni li hija disponibbli fis-sit tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu.

( 14 ) Dan ir-rekwiżit huwa differenti mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

( 15 ) Dan ir-rekwiżit huwa l-istess bħall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mill-IFM li jirreġistraw self nett mill-provvedimenti.

Top