EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018HB0018

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2018/18)

OJ C 260, 24.7.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Lulju 2018

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije

(BĊE/2018/18)

(2018/C 260/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banka Slovenije, Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o., intemm wara l-verifika g]as-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018 íl quddiem.

(3)

Banka Slovenije għażel lil Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Lulju 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top